12005SPN07/09/A

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness VII:Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: disposizzjonijiet transitorji, Rumanija - 9.L-Ambjent - A.Il-kwalità ta' l-arja

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0157 - 0158


A. IL-KWALITÀ TA' L-ARJA

31994 L 0063: Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24), kif emendat bi:

- 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

1. B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I għad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għall-installazzjonijiet ta' ħażna eżistenti f'terminali m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija:

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 115-il installazzjoni ta' ħazna fi 12-il terminal u sal- 31 ta' Diċembru 2008 għal 4 installazzjonijiet ta' ħażna f'terminal wieħed b'volum ikbar minn 25000 tunnellata/sena iżda inqas minn jew daqs 50000 tunnellata/sena;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 138-il installazzjoni ta' ħażna fi 13-il terminal, sal- 31 ta' Diċembru 2008 għal 57-il installazzjoni ta' ħażna f'10 terminali u sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 526 installazzjoni ta' ħażna f'63-il terminal b'volum ta' inqas minn jew daqs 25000 tunnellata/sena.

2. B'deroga mill-Artikolu 4 u mill-Anness II għad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għat-tagħbija u l-ħatt ta' containers mobbli eżistenti f'terminali m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija:

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 36 installazzjoni ta' ħażna fi 12-il terminal b'volum akbar minn 25000 tunnellata/sena iżda inqas minn jew daqs 150000 tunnellata/sena;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 82 installazzjoni ta' ħażna fi 18-il terminal, sal- 31 ta' Diċembru 2008 għal 14-il installazzjoni ta' tagħbija u ta' ħatt fi 11-il terminal u sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 114-il installazzjoni ta' tagħbija u ta' ħatt fi 58-il terminal b'volum ta' inqas minn jew daqs 25000 tunnellata/sena.

3. B'deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għal containers mobbli eżistenti f'terminali m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija:

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 31 tanker tat-triq;

- sal- 31 ta' Diċembru 2008 għal 101 tanker tat-triq oħra;

- sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 432-il tanker tat-triq oħra.

4. B'deroga mill-Artikolu 6 u mill-Anness III għad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għat-tagħbija għal ġo installazzjonijet ta' ħażna eżistenti fi stazzjonijiet ta' servizz m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija:

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 116-il stazzjon ta' servizz, sal- 31 ta' Diċembru 2008 għal 19-il stazzjon ta' servizz oħra u sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 106 stazzjon ta' servizz oħra b' volum ikbar minn 1000 m3/sena;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 49-il stazzjon ta' servizz, sal- 31 ta' Diċembru 2008 għal 11-il stazzjon ta' servizz oħra u sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 85 stazzjon ta' servizz oħra b' volum ikbar minn 500 m3/sena iżda inqas minn jew daqs 1000 m3/sena;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal 23 stazzjon ta' servizz, sal- 31 ta' Diċembru 2008 għal 14-il stazzjon ta' servizz oħra u sal- 31 ta' Diċembru 2009 għal 188 stazzjon ta' servizz oħra b' volum inqas minn jew daqs 500 m3/sena.

--------------------------------------------------