|
10.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 221/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/987
tal-20 ta’ Jannar 2020
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1254/2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni residenzjali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2014 (2) fihom żbalji fil-punt (e) tal-Artikolu 1(2) fir-rigward tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni residenzjali li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Dawk l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Il-verżjoni tal-lingwa Maltija tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1254/2014 fiha żball anki fil-punt (f) tal-Artikolu 1(2) fir-rigward tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni residenzjali li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Dak l-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni. |
|
(3) |
Il-verżjoni tal-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1254/2014 fiha żball addizzjonali fil-punt (9) tal-Anness I u fil-punt (o) tal-Anness IV fir-rigward ta’ wieħed mit-termini definiti għall-finijiet tal-Annessi II sa IX. Dak l-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1254/2014 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet tal-lingwa l-oħrajn mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1254/2014 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1(2) huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
(2) |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija); |
|
(3) |
(ma japplikax għal-lingwa Maltija). |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2014 tal-11 ta’ Lulju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-unitajiet ta’ ventilazzjoni residenzjali (ĠU L 337, 25.11.2014, p. 27).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1).”;