|
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
362 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/589/PESK
ta’ 28 ta' Lulju 2005
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2003 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Lulju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/565/PESK (2), li taħtar lis-Sur Michael Sahlin bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
|
(3) |
Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi estiż għal perijodu ta' xahrejn u nofs, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Michael SAHLIN bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK, huwa b’dan estiż sal-15 ta' Novembru 2005.
Artikolu 2
L-Artikolu 5(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK għandu jinbidel b'dan li ġej:
“1. L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 195 000.”
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, 28 ta' Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW