<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-197/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0197</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:892">EU:C:2021:892</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20211028">28.10.2021</DATE> ‑ Kawżi magħquda C‑197/20 u C‑216/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">KAHL u Roeper</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20211028">28 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Subintestaturi tariffarji <FT TYPE="CN">15219091</FT> u <FT TYPE="CN">15219099</FT></KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni tan-noti ta’ spjega relatati mas‑subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT></KEYWORD><KEYWORD>Xema’ tan-naħal imdewba u ssolidifikata mill‑ġdid qabel l-importazzjoni tagħha</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑197/20 u C‑216/20,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑<DATE ISO="20200414">14 ta’ April 2020</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">KAHL GmbH &amp; Co. KG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hannover (C‑197/20),</HT></P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">C. E. Roeper GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hamburg (C‑216/20),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, Presidenta tat-Tielet Awla, li qiegħda taġixxi bħala President tad-Disa’ Awla, S. Rodin u N. Piçarra (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal KAHL GmbH &amp; Co. KG, minn T. Peterka, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal C. E. Roeper GmbH, minn M. Hackert, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Mantl u M. Salyková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tas‑subintestaturi <FT TYPE="CN">15219091</FT> u <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 312, p. 1</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-<DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="285" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 285, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil‑<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="288" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 288, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, minn naħa, KAHL GmbH Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>KAHL<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Hauptzollamt Hannover (l-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hannover, il-Ġermanja) u, min-naħa l-oħra, C. E. Roeper GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Roeper<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-Hauptzollamt Hamburg (l-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hamburg, il-Ġermanja) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tax-xema’ tan-naħal imdewba u ssolidifikata, importata minn dawn il-kumpanniji fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), ġiet stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija, konkluża fi Brussell fl‑<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>, fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD) u approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tagħha tal‑<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, permezz tad‑Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>In-Noti ta’ Spjega tas-SA, redatti fi ħdan l-ODD, konformement mad‑dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni, fil-verżjoni tagħhom applikabbli għall-fatti fil-kawżi prinċipali, jinkludu l-indikazzjonijiet li ġejjin dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Xema’ tan-naħal jew ta’ insetti oħra kemm jekk raffinati jew ikkuluriti inkella le<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">152190</FT> tas-SA:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ix-xema’ tan-naħal hija s-sustanza li biha n-naħal jikkostitwixxi ċ-ċelloli eżagonali tax-xehdiet tal-kaxxa tagħhom. Hija tista tikkonsisti f’xema’ verġni jew xema’ safra ta’ struttura mrammla, ta’ kulur isfar ċar, oranġjo u xi drabi kannella, b’riħa partikolarment pjaċevoli, jew f’xema’ ibbliċjata (bl-arja jew permezz ta’ proċessi kimiċi), ta’ kulur abjad jew bil-kemm isfar u b’riħa dgħajfa.</P><P>Hija tintuża b’mod partikolari għall-manifattura ta’ xemgħat, ta’ drapp jew karti tax-xema’, ta’ mastiċi, ta’ lostri jew ta’ kisi abbażi ta’ xema’.</P><P>[…]</P><P>Ix-xema’ tan-naħal jew ta’ insetti oħra tista’ tiġi ppreżentata jew fi stat mhux ipproċessat, anki jekk taħt forma ta’ xehda, jew imdewba, ppressata jew irraffinata, anki bbliċjata jew ikkulurita<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000 tal‑<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357), in-NM, stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea, tirregola l-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea. Hija tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt numri tas-SA, iżda s-seba’ u t-tmien numru joħolqu subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, li jinsabu fis-sezzjoni A tat‑Taqsima I tal-Ewwel Parti tagħha, jiddisponu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin.</P><P>1. It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skont it-termini tat-titli u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</P><P>[…]</P><P>6. Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subtitli ta’ titlu għandha tkun deċiża skont it-termini ta’ dawk is-subtitli u kwalunkwe noti ta’ subtitli relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skont ir-regoli ta’ hawn fuq, skont il-kondizzjoni li subtitli fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitlu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir‑Regolament Nru 254/2000, kull sena l-Kummissjoni għandha tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni kompleta tan-Nomenklatura Magħquda u tar‑rati tad-dazji doganali skont kif tirriżulta mill-miżuri adottati mill-Kunsill tal‑Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-regolament għandu jiġi ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru u għandu japplika mill‑1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni ġew adottati r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni Nri 1101/2014 u 2015/1754. Kull wieħed minn dawn ir‑regolamenti biddel in-NM, wieħed mill-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE> u l-ieħor mill‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet ta’ din in-nomenklatura li huma rilevanti għall-kawżi prinċipali żammew, madankollu, l-istess formulazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>It-Tieni Parti tan-NM, kif tirriżulta minn kull wieħed minn dawn ir‑regolamenti ta’ implimentazzjoni, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Skeda ta’ Dazji tad-Dwana<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, tinkludi t-Taqsima III, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xamgħat ta’ annimali jew ħxejjex<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Din it-taqsima tinkludi l-Kapitolu 15, bl-istess titolu, li jinkludi l-intestatura 1521 tan-NM, strutturata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" COLS="3" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kodiċi NM</CELL><CELL COL="2">Deskrizzjoni</CELL><CELL COL="3">Rata konvenzjonata’ dazju (%)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">1521</CELL><CELL COL="2"><HT TYPE="BOLD">Xemgħat veġetali (ħlief trigliċeridi), xema’ tan-naħal, xemgħat u spermaċeti ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti inkella le:</HT></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">15211000</FT></CELL><CELL COL="2"><HT TYPE="BOLD">– Xemgħat veġetali</HT></CELL><CELL COL="3">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">152190</FT></CELL><CELL COL="2"><HT TYPE="BOLD">– Oħrajn</HT></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">15219010</FT></CELL><CELL COL="2">– – Spermaċeti, kemm jekk raffinati jew kuluriti inkella le</CELL><CELL COL="3">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– – Xema’ tan-naħal u xemgħat ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti inkella le</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">15219091</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Mhux imsajrin [ipproċessati]</CELL><CELL COL="3">B’xejn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">15219099</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Oħrajn</CELL><CELL COL="3">2.5<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-noti ta’ spjega għan-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tan-NM huma adottati mill-Kummissjoni, bis-saħħa tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir‑Regolament Nru 254/2000.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Dawk li ġew ippubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tal-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="076" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, C 76, p. 1</REF.DOC.OJ>) jipprovdu.</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0002" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/><FT TYPE="CN">15219091</FT></CELL><CELL COL="2"><P><HT TYPE="BOLD">Mhux imsajrin [ipproċessati]</HT></P><P>Dan is-subtitlu jinkludi [b’mod partikolari] xemgħat naturali f’xehdiet naturali.</P></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">15219099</FT></CELL><CELL COL="2"><P><HT TYPE="BOLD">Oħrajn</HT></P><P>Dan is-subtitlu jinkludi xemgħat, [imdewba], magħfusin [ippressati] jew raffinati, kemm jekk ibbliċjati jew ikkuluriti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011.</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(1)(ċ) tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 tal‑<DATE ISO="20110225">25 ta’ Frar 2011</DATE> li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal‑annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil‑Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="054" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 54, p. 1</REF.DOC.OJ>), jissuġġetta x-xema’ tan-naħal taħt il-forma ta’ xehda tal-għasel għal projbizzjoni ta’ importazzjoni u ta’ tranżitu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑197/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20151211">11 ta’ Diċembru 2015</DATE>, KAHL, li l-attività tagħha hija l-importazzjoni fl‑Unjoni u l-ipproċessar tax-xema’, talbet lill-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hannover informazzjoni tariffarja vinkolanti (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>BTI<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) dwar il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija li hija indikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>xema’ tan‑naħal, mhux ipproċessata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, filwaqt li pproponiet li tikklassifikaha fis‑subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, li tipprevedi eżenzjoni mid-dazji doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160210">10 ta’ Frar 2016</DATE>, l-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hannover ħareġ BTI lil KAHL li tikklassifika l-merkanzija inkwistjoni fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM, li tkopri x-xema’ tan-naħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li għaliha jikkorrispondi dazju doganali ta’ 2.5 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara ċ-ċaħda tal-ilment tagħha ppreżentat, fit-<DATE ISO="20160222">22 ta’ Frar 2016</DATE>, kontra din id-deċiżjoni, fit-<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE> KAHL ressqet rikors quddiem il-qorti tar-rinviju filwaqt li sostniet, insostenn tat-talba tagħha għall-klassifikazzjoni tal-merkanzija inkwistjoni fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, li l-klassifikazzjoni ta’ xema’ tan-naħal f’din is-subintestatura ma tistax tiddependi mil-livell ta’ impuritajiet li jinsabu fiha u li l-eliminazzjoni ta’ xi sustanzi barranin waqt il-proċess ta’ tidwib ma għandha l-ebda impatt f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hannover iżomm il-pożizzjoni tiegħu li l-merkanzija inkwistjoni, peress li ma għandhiex il-forma ta’ xehda u li għandha impuritajiet tipiċi tax-xema’ taħt din il-forma, ma taqax taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, iżda taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddeskrivi l-merkanzija inkwistjoni bħala li hija xema’ tan-naħal li kienet imdewba u ffiltrata b’mod mhux estensiv fl-Istat ta’ esportazzjoni, u sussegwentement issolidifikata qabel ma ġiet esportata u li hija magħmula minn biċċiet imdewba b’madwar 15 x 5 ċentimetri (ċm) u minn frammenti ta’ madwar 7 x 4 ċm, faċli li jinqatgħu, ta’ kulur isfar tal-għasel, bir-riħa tax-xema’ tan-naħal, bi xquq u bi strutturi li jirriżultaw mis-solidifikazzjoni tax-xema’ imdewba, li tinkludi xi impuritajiet skuri li jeħlu mal-parti esterjuri. Skont dik il-qorti, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk dawn humiex sustanzi barranin li kienu jinsabu fix-xema’ qabel ma ddewbet, jew ħmieġ li ġej mill-forom li fihom ix-xema’ likwida tkun tkessħet, peress li l-ebda materjal barrani ma huwa viżibbli fix-xema’ ma’ eżami mhux profond.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tosserva li teżisti diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi tan-noti ta’ spjega relatati mas-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM. Fil-fatt, filwaqt li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>imdewba<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jiżdied mat-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ppressati u rraffinati<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> f’ċerti verżjonijiet ta’ dawn in-noti, bħall-verżjoni bil-lingwa Spanjola, Ġermaniża, Franċiża, Taljana, Olandiża, Portugiża u Rumena tagħhom, dan it-terminu ma jinsabx ħdejn dawn l-aħħar żewġ kelmiet f’verżjonijiet oħra, bħall-verżjoni bil-lingwa Ċeka, Daniża, Ingliża, Maltija, Pollakka u Svediża tal-imsemmija noti. Dik il-qorti tqis li huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja titressaq quddiemha l-kwistjoni dwar jekk in-noti ta’ spjega relatati mas-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM għandhomx jiġu applikati fil-verżjoni lingwistika tagħhom fejn jidher it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>imdewba<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont dik il-qorti, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fin-negattiv għal din id-domanda, l-interpretazzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li jinsab fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM issir deċiżiva għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tax-xema’ tan-naħal li minnha jkunu parzjalment tneħħew sustanzi barranin. Fid-dawl tat-tifsira normali ta’ dan it-terminu, kif ukoll tad-definizzjonijiet tiegħu speċifiċi għall-qasam ikkonċernat, dan huwa inklinat li jikklassifika l-merkanzija inkwistjoni fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, speċjalment peress li tali klassifikazzjoni tikkorrispondi wkoll, fil-fehma tagħha, għall-perċezzjoni tal-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja) ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin.</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1)</NO.P><TXT>In-Noti ta’ spjega għan-[NM] japplikaw sa fejn għas-subintestatura 1521 9099 tintuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>imdewba<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel domanda magħmula tingħata risposta fin-negattiv: it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li jinsabu fis-subintestatura 1521 9091 tan-[NM] għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xama’ tan-naħal, li ġiet imdewba fil-pajjiż li qed jesporta u li minnha l-materjal barrani ġie sseparat b’mod mekkaniku matul il-proċess tat-tidwib, li fiha jkun għad hemm materjal barrani, għandha tiġi kklassifikata taħt din is-subintestatura?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C‑216/20</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Roeper timporta xema’ tan-naħal fl-Unjoni bil-għan li terġa’ tbigħha lil impriżi li jipproċessawha b’mod estensiv għall-industrija kożmetika, farmaċewtika u alimentari. Fis-<DATE ISO="20150107">7 ta’ Jannar 2015</DATE>, hija ddikjarat quddiem l-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hamburg, bil-għan tar-rilaxx tagħhom għal ċirkulazzjoni libera, 800 xkora ta’ xema’ tan-naħal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Wara l-eżami tal-kampjun, l-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hamburg qies li l-merkanzija inkwistjoni kellha tiġi kklassifikata bħala xema’ tan-naħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM. F’dawn iċ-ċirkustanzi, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, dan l-uffiċċju doganali talab il-ħlas tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2614</FT> lil Roeper, li tikkorrispondi għad-dazju doganali ta’ 2.5 % applikat lil din il-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara ċ-ċaħda tal-ilment tagħha ppreżentat fl-<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE> kontra din id-deċiżjoni, Roeper ressqet rikors quddiem il-qorti tar-rinviju fil-<DATE ISO="20170925">25 ta’ Settembru 2017</DATE>. Hija sostniet, insostenn tal-pożizzjoni tagħha li l-merkanzija inkwistjoni tikkostitwixxi xema’ tan-naħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li taqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>imdewba<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tan‑noti ta’ spjega relatati mas-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM, ma jirreferix sempliċement għall-proċess termiku u l-filtrazzjoni mekkanika tax-xema’ tan‑naħal, iżda jkopri wkoll l-ipproċessar ulterjuri li jinkludi l-purifikazzjoni u s‑separazzjoni tal-komponenti tax-xema’, fejn dawn l-aħħar fażijiet iseħħu biss wara l-importazzjoni. Barra minn hekk, Roeper poġġiet f’dubju l-applikazzjoni, bħala kriterju ta’ delimitazzjoni bejn xema’ tan-naħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u xema’ tan-naħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, il-grad ta’ impurità tax-xema’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hamburg iżomm il-pożizzjoni tiegħu li l‑merkanzija inkwistjoni taqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM, li tkopri x-xema’ tan-naħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u mhux taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, li tkopri x-xema’ tan-naħal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-motivazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑216/20 tikkorrispondi għal dik tat-talba għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑197/20, kif miġbura fil-qosor fil-punti 18 sa 20 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li l-formulazzjoni tagħhom hija identika għal dik tad-domandi magħmula fil-Kawża C‑197/20, stabbiliti fil-punt 21 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑<DATE ISO="20200629">29 ta’ Ġunju 2020</DATE>, il-Kawżi C‑197/20 u C‑216/20 ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-fażi bil-miktub u tal-fażi orali tal-proċedura, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar‑rinviju essenzjalment tistaqsi jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li x-xema’ tan-naħal li tkun ġiet imdewba, u li minnha tkun tneħħiet mekkanikament parti mill-materjal barrani matul il-proċess ta’ tidwib, imbagħad tkun ġiet issolidifikata sabiex jiġu fformati blokki jew pjanċi, taqa’ taħt is‑subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> ta’ din in-nomenklatura, li tkopri x-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jew taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tagħha, li tkopri x‑xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi ppreċiżat li, peress li, fil-Kawża C‑197/20, it‑tilwima tnisslet minn BTI maħruġa mill-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Hannover fl-<DATE ISO="20160210">10 ta’ Frar 2016</DATE>, u li, fil-Kawża C‑216/20, il-fatti fil‑kawża prinċipali seħħew matul is-sena 2015, il-verżjonijiet tan-NM applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawżi prinċipali huma dawk li jirriżultaw mir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1754, li daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1101/2014, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>,<?PAGE NO="8"?> rispettivament (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schenker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑409/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:643">EU:C:2016:643</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Onlineshop</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:353">EU:C:2019:353</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Id‑dispożizzjonijiet ta’ din in-nomenklatura li huma rilevanti għall-kawżi prinċipali żammew, madankollu, kif ġie rrilevat fil-punt 8 ta’ din is-sentenza, l‑istess formulazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tan-NM mitluba għandu jitfakkar li, skont ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tagħha, il-klassifikazzjoni tal-merkanzija hija ddeterminata skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli ta’ din in-nomenklatura. Fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jinstab, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-kwalitajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tal-imsemmija nomenklatura u tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu. L-użu intenzjonat tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa fejn dan ikun inerenti għal dan il-prodott, fejn din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Flavourstream</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑822/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:444">EU:C:2021:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li, minkejja l-fatt li ma għandhomx saħħa vinkolanti, in-Noti ta’ Spjega għan-NM u tas-SA jikkostitwixxu strumenti importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200618">18 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Hydro Energo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑340/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:488">EU:C:2020:488</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li l-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala l-bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas ma tista’ tingħata prijorità fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, peress li d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi kollha tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210324">24 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑950/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:230">EU:C:2021:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet tan-NM rilevanti għal dawn il-kawżi prinċipali, l-intestatura 1521, li tinkludi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>[x]emgħat veġetali (ħlief trigliċeridi), xema’ tan-naħal, xemgħat u spermaċeti ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti inkella le<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, tinqasam f’żewġ subintestaturi, jiġifieri, is-subintestatura <FT TYPE="CN">15211000</FT>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[x]emgħat veġetali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, u s-subintestatura <FT TYPE="CN">152190</FT>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[o]ħrajn<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Fost il-prodotti li jaqgħu taħt din is-subintestatura tal-aħħar hemm, b’mod partikolari, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[x]ema’ tan-naħal u xemgħat ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti inkella le<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Dawn huma inklużi f’żewġ subintestaturi tan-NM, jiġifieri s-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, u s-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Din tal-aħħar, kif tindika l-formulazzjoni tagħha, hija subintestatura residwa, li tkopri x-xema’ tan-naħal jew ta’ insetti oħra mhux inklużi fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tan-NM ma jinkludu ebda element li jippreċiża sa liema grad ta’ trasformazzjoni x-xema’ tan-naħal jew ta’ insetti oħra żżomm in-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tagħha, għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, u lil hinn mil-liema grad ta’ trasformazzjoni ta’ din ix-xema’ għandha tiġi kklassifikata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM, bħala xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Fin-nuqqas ta’ tali preċiżazzjoni fin-NM, għandu jsir riferiment għas-sens abitwali tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fil-lingwaġġ ta’ kuljum, li tindika dak li huwa fl-istat naturali, li għadu ma ġiex maħdum jew ittrasformat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, interpretazzjoni tas-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM fis-sens li x-xema’ li tkun għaddiet minn proċess termiku, li matulu parti mis-sustanzi barranin ikunu tneħħew u li jikkostitwixxi l-ewwel stadju tal-proċess ta’ trasformazzjoni u ta’ raffinar ta’ din ix-xema’, ma taqax taħt il-kunċett ta’ xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, u għaldaqstant, taħt din is-subintestatura, għandha tingħata minħabba s-sens abitwali tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fil-lingwaġġ kurrenti, li għalih għandu jsir riferiment, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, bl-għan ta’ ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tas-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM hija sostnuta min-noti ta’ spjega tas-SA dwar is-subintestatura <FT TYPE="CN">152190</FT> tagħha, li jippreċiżaw, fil-verżjoni uffiċjali tagħhom bil-lingwa Franċiża, kif ukoll, b’mod partikolari, fil-verżjoni tagħhom bil-lingwa Ġermaniża, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>[i]x-xema’ tan-naħal jew ta’ insetti oħra tista’ tiġi ppreżentata jew fi stat mhux ipproċessat, anki jekk taħt forma ta’ xehda, jew imdewba, ppressata jew irraffinata, anki bbliċjata jew ikkulurita<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-enumerazzjoni tax-xema’ ppreżentata taħt forma mdewba fost xema’ oħra li tkun għaddiet minn proċessi ta’ trattament permezz ta’ ppressar jew raffinar tindika li x-xema’ mdewba ma hijiex ikkunsidrata bħala xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>mhux ipproċessata<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>mdewba<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>melted<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>) huwa assenti mill-verżjoni uffiċjali bil-lingwa Ingliża tan-noti ta’ spjega tas-SA dwar is-subintestatura <FT TYPE="CN">152190</FT> tagħha, fejn hemm biss it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>pressed or refined<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, jirriżulta madankollu mid-distinzjoni magħmula f’din il-verżjoni kif ukoll fil-verżjoni uffiċjali ta’ dawn in-noti bil-lingwa Franċiża bejn, minn naħa, ix-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>mhux ipproċessata<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, u, min-naħa l-oħra, ix-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>ppressata jew irraffinata, anki bbliċjata jew ikkulurita<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] li x-xema’ mhux ipproċessata jew ittrasformata titqies li hija differenti mix-xema’ li tkun suġġettata għal proċess, kemm jekk kimiku u kemm jekk le, bl-għan li tiġi ttrasformata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni adottata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza hija, barra minn hekk, ikkonfermata min-noti ta’ spjega tan-NM. Dawn jippreċiżaw, minn naħa, li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>[b’mod partikolari] xemgħat naturali f’xehdiet naturali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u, min-naħa l-oħra, li s-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>jinkludi xemgħat, [imdewba], magħfusin [ippressati] jew raffinati, kemm jekk ibbliċjati jew ikkuluriti<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Mill-kliem stess ta’ dawn in-noti ta’ spjega, fil-verżjonijiet lingwistiċi li fihom tidher il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>mdewba<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, jiġifieri, minn tal-inqas fil-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola, Ġermaniża, Franċiża, Taljana, Olandiża, Portugiża u Rumena, jirriżulta li x-xema’ li kienet suġġetta għal ipproċessar permezz ta’ tidwib taqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalkemm it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>mdewba<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> huwa nieqes minn verżjonijiet lingwistiċi oħra tan-noti ta’ spjega tan-NM, bħall-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka, Daniża, Ingliża, Maltija, Pollakka u Svediża, is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> ma tistax tiġi interpretata, anki fil-preżenza ta’ tali diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dawn in-noti, fis-sens li x-xema’ tan-naħal li tkun suġġetta għall-proċessi msemmija fid-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju taqa’ taħt din is-subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Qabel kollox, ix-xema’ tan-naħal li tkun għaddiet minn tali proċessi ma hijiex ippreżentata, bid-differenza mix-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>taħt forma ta’ xehda<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, imsemmija fin-noti ta’ spjega relatati mas-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, fl-istat naturali, kif teżiġi l-formulazzjoni ta’ din is-subintestatura, moqrija fid-dawl tal-għan imsemmi fil-punt 31 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-formulazzjoni tan-noti ta’ spjega relatati mas-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM, li ssemmi x-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, tinkludi, fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha ta’ dawn in-noti, ix-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>magħfusin [ippressati] jew raffinati, kemm jekk ibbliċjati jew ikkuluriti<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, u tindika għalhekk il-prodotti li kienu ssuġġettati għal proċess bl-għan li jiġu ttrasformati. Għaldaqstant, din is-subintestatura, bil-kontra għal dak li jsostnu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma tistax tiġi interpretata b’mod restrittiv, fis-sens li tkopri biss proċessi li jbiddlu s-sustanza jew il-kompożizzjoni materjali tax-xema’, li għandhom jiġu distinti minn sempliċi proċess termiku, li jħalli din is-sustanza jew din il-kompożizzjoni materjali intatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma hemm ebda indikazzjoni fin-noti ta’ spjega relatata mas-subintestaturi <FT TYPE="CN">15219091</FT> u <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM, fis-sens li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni f’waħda jew fl-oħra minn dawn is-subintestaturi, għandha ssir distinzjoni bejn il-proċessi li jbiddlu s-sustanza jew il-kompożizzjoni materjali tax-xema’, li huma l-bażi ta’ prodott li jaqa’ taħt it-tieni subintestatura, u l-proċessi li ma jinvolvux tali bidla, li jwasslu għal prodott li jaqa’ taħt l-ewwel subintestatura. Bil-kontra, il-formulazzjoni tan-noti ta’ spjega relatati mas-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM tissuġġerixxi li din għandha tinftiehem f’sens strett, fejn ix-xema’ li tkun ġiet suġġetta għal kwalunkwe proċess bl-għan li tiġi ttrasformata jew raffinata tiġi eskluża u għandha, għaldaqstant, tiġi kklassifikata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> tan-NM, bħala xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mid-deċiżjonijiet tar-rinviju jirriżulta li l-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu xema’ tan-naħal li ġiet imdewba, u li minnha tneħħa mekkanikament materjal barrani matul il-proċess ta’ tidwib, li mbagħad issaħħnet mill-ġdid f’temperatura massima ta’ 120 grad Celsius, qabel ma tferrgħet, minn ġo għeriebel, xbieki tan-nemus jew sempliċi tessuti tal-qoton, fil-forom u ġiet issolidifikata sabiex tifforma blokki jew pjanċi. Issa, tali xema’, li tkun għaddiet minn diversi proċessi bil-għan li tiġi ttrasformata, inkluż il-proċessi ta’ tidwib u ta’ filtrazzjoni, ma hijiex ippreżentata fl-istat naturali tagħha, b’tali mod li l-klassifikazzjoni tagħha fis-subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tan-NM, bħala xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, hija eskluża. Konsegwentement, tali xema’ taqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> ta’ din in-nomenklatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li x-xema’ tan-naħal li tkun ġiet imdewba, u li minnha tkun tneħħiet mekkanikament parti mill-materjal barrani waqt il-proċess tat-tidwib, u mbagħad tkun ġiet issolidifikata sabiex tifforma blokki jew pjanċi, taqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> ta’ din in‑nomenklatura, li tkopri x-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, u mhux taħt is‑subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tal-imsemmija nomenklatura, li tkopri x-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal‑osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar<?PAGE NO="11"?> it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE> u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-<DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li x-xema’ tan-naħal li tkun ġiet imdewba, u li minnha tkun tneħħiet mekkanikament parti mill-materjal barrani waqt il‑proċess tat-tidwib, u mbagħad tkun ġiet issolidifikata sabiex tifforma blokki jew pjanċi, taqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">15219099</FT> ta’ din in‑nomenklatura, li tkopri x-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, u mhux taħt is‑subintestatura <FT TYPE="CN">15219091</FT> tal-imsemmija nomenklatura, li tkopri x-xema’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>mhux imsajrin [ipproċessati]<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>