12006E116

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VII - Politika Ekonomika u Monetarja - Kapitolu 4 - Disposizzjonijiet Transitorji . - Artikolu 116

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0093 - 0094
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0081 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0227 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0039 - Consolidated version


Artikolu 116

1. It-tieni stadju għall-attwazzjoni ta’ unjoni ekonomika u monetarja jibda fl- 1 ta’ Jannar 1994.

2. Qabel dik id-data

a) kull Stat Membru għandu:

- jadotta, meta neċessarju, miżuri adattati biex iħares il-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 56 u fl-Artikoli 101 u 102(1);

- jadotta, jekk ikun meħtieġ, bil-għan li jippermetti l-eżami li dwaru hemm provdut fis-subparagrafu (b), programmi multiannwali li għandhom l-għan li jassiguraw il-konverġenza permanenti neċessarja għall-attwazzjoni ta’ unjoni ekonomika u monetarja, b’mod partikolari fejn għandha x’taqsam l-istabbiltà fil-prezzjijiet u l-finanzi pubbliċi sodi;

b) il-Kunsill għandu, abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni, jistma l-progress magħmul fil-konverġernza ekonomika u monetarja, b’mod partikolari fejn għandha x’taqsam l-istabbiltà fil-prezzjijiet u l-finanzi pubbliċi sodi u l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Komunità fejn għandu x’jaqsam is-suq intern.

3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 101, 102(1), 103(1) u 104 bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 1, 9, 11 u 14 ser jibdew japplikaw mill-bidu tat-tieni stadju.

Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 100(2), 104(1), (9) u (11), 105, 106, 108, 111, 112, 113 u 114 (2) u (4) għandhom japplikaw mill-bidu tat-tielet stadju.

4. Fit-tieni stadju, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw kull żbilanċ eċċessiv min-naħa tal-gvern.

5. Matul it-tieni stadju, kull Stat Membru għandu, kif ikun xieraq, jibda l-proċess li jwassal għall-indipendanza tal-bank entrali tiegħu, skond kif hemm provdut fl-Artikolu 109.

--------------------------------------------------