31970R1108



Official Journal L 130 , 15/06/1970 P. 0004 - 0014
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 1 P. 0100
Danish special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0312
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 1 P. 0100
English special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0363
Greek special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0138
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0130
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 1 P. 0130


Ir-Regolament (KEE) Nru. 1108/70 tal-Kunsill

ta' l-4 ta' Ġunju 1970

li jintroduċi sistema ta' kontabilità dwar l-infiq fuq l-infrastruttura fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1964 [1] dwar l-organizazzjoni ta' inkjesta dwar l-ispejjeż infrastrutturali għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3];

Billi, sabiex tiġi stabbilita sistema ta' ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura taħt il-politika komuni tat-trasport, huwa meħtieġ b'mod partikolari li wieħed ikun jaf kemm saru spejjeż fuq l-infrastruttura; billi dan it-tagħrif jista' jiġi miksub bl-aħjar mod permezz ta' l-introduzzjoni ta' sistema permanenti ta' kontabilità li tuża forom ta' kontijiet standard għal kull mezz ta' trasport fl-Istati Membri kollha;

Billi l-kontijiet ta' l-ispejjeż infrastrutturali għandhom ikopru l-infrastruttura kollha miftuħa għat-trasport pubbliku bil-ferrovija, bit-triq u b'passaġġi fuq l-ilma interni; billi, pero', ċerti tipi ta' infrastruttura ta' importanza sekondarja u ċerti passaġġi ta' l-ilma interni ta' natura marittima jistgħu jigu esklużi faċilment;

Billi huwa xieraq, sabiex jiġu meqjusa l-fatturi u ċ-ċirkostanzi speċjali li jvarjaw minn każ għall-ieħor, li l-Istati Membri jitħallew liberi sabiex jistabbilixxu il-proċeduri dettaljati għaż-żamma tal-kontijiet ta' l-ispejjeż infrastrutturali;

Billi, bil-għan li titwaqqaf sistema biex isir ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura, huma meħtieġa l-prospetti relattivi għall-użu ta' l-infrastruttura u li titħejja wkoll skeda ta' dawn il-prospetti;

Billi l-Istati Membri għandhom jibagħtu regolarment lill-Kummissjoni l-kontijiet li juru l-ispejjeż fuq infrastruttura, u l-Kummissjoni għandha tippreżenta dawn il-kontijiet lill-Kunsill f'sommarju annwali;

Billi, sabiex jiġi assigurat li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu applikati b'mod kemm jista' jkun uniformi, il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna ta' kumitat ta' esperti tal-gvern, tikkoordina il-miżuri varji li joħorġu minn dan ir-Regolament;

Billi għandha tiġi stabbilita proċedura li permezz tagħha l-forom ta' kontijiet, il-lista tat-tipi ta' infrastruttura u l-iskeda tal-prospetti li jirrigwardaw l-użu ta' l-infrastruttura jkunu jistgħu jiġu aġġustati kontinwament fid-dawl ta' l-esperjenza u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar it-trasport;

Billi għandhom jiġu stabbiliti ċerti derogi mir-regoli ġenerali sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni d-diffikultajiet li ċerti Stati Membri jiltaqgħu magħhom matul l-ewwel snin ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Mill-1 ta' Jannar 1971, għandha tiġi ntrodotta, bil-mod ipprovdut f'dan ir-Regolament, sistema ta' kontabilità standard u permanenti dwar l-ispiża infrastrutturali fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

L-Artikolu 2

1. L-ispejjeż li għandhom jiġu murija fil-kontijiet għandhom jinkludu kemm l-ispejjeż speċifikament relatati ma' l-iskop ta' l-infrastruttura fit-trasport kif ukoll dik il-parti ta' l-ispejjeż komuni għal dik il-funzjoni u funzjonijiet oħrajn attribwiti għall-funzjoni tat-trasport.

2. Irrispettivament mir-regoli tal-kontabilità applikati fl-Istati Membri, l-ispejjeż li għandhom jintwerew għal sena partikolari għandhom ikunu l-ispejjeż li jkunu ntefqu f'dik is-sena għall-kostruzzjoni, tmexxija u amministrazzjoni ta' l-infrastruttura. Il-maħfra u l-imgħax li jakkumula fuq is-self kuntrattat bil-għan li jiġu ffinanzjati l-ispejjez ta' l-infrastruttura m'għandhomx jiġu nklużi.

L-Artikolu 3

Għandhom jinżammu kontijiet ta' l-ispejjeż fuq infrastruttura fir-rigward ta' kull linja ta' ferrovija, toroq u passaġġi fuq l-ilma interni li huma miftuħa għat-traffiku pubbliku, bl-eċċezzjonijiet segwenti:

(a) linji tal-ferrovija mhux konnessi man-network prinċipali tad-diversi Stati Membri;

(b) toroq magħluqin għat-traffiku bil-muturi, jiġifieri għal vetturi li għandhom ċilindrata ta' 50 ċentimetru kubiku jew iktar;

(ċ) toroq użati esklussivament minn vetturi agrikoli jew tal-forestrija jew li jservu biss sabiex jipprovdu aċċess għal xogħol konness ma' operazzjonijiet agrikoli jew tal-forestrija;

(d) passaġġi ta' l-ilma interni li fihom it-traffiku huwa limitat għal bastimenti ta' inqas minn 250 tunnellati metriċi piż mejjet;

(e) passaġġi ta' l-ilma ta' karattru marittimu, li lista tagħhom għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9. Din il-lista għandha tikkunsidra il-proporzjon tat-traffiku fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni ta' karattru marittimu li jirrisulta mit-traffiku fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni, jew tal-vantaġġi li tiġi ntrodotta sistema ta' kontabilità dwar l-ispejjez ta' l-infrastruttura fuq dawn il-passaġġi ta' l-ilma fid-dawl ta' l-istabbiliment ta' sistema li biha jintalab il-ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura.

L-Artikolu 4

Il-kontijiet ta' l-ispiża fuq infrastuttura għandhom jiġu mħejjija skond il-forom murija fl-Anness I.

Il-proċeduri dettaljati għat-tħejjija ta' dawn il-kontijiet għandhom jiġu stabbiliti minn kull Stat Membru.

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena, il-kontijiet tas-sena preċedenti ta' l-ispiża ta' l-infrastruttura u għandhom jippreżentaw dawn il-kontijiet skond il-forom murija fl-Anness 1.

2. Għandhom jiġu preżentati kontijiet separati:

(a) fir-rigward tal-linji tal-ferrovija:

(i) għal kull waħda min-networks elenkati fl-Anness II A;

(ii) għan-networks l-oħra kollha meħudin bħala ħaġa waħda;

(b) fir-rigward ta' toroq, għal kull kategorija ta' triq elenkata fl-Anness II B, u għandhom jingħataw ċifri separati għal dawk is-sezzjonijiet ta' toroq li huma fil-viċinanżi ta' żoni żviluppati u dawk li huma "il barra minn dawn iż-żoni;"

(ċ) fir-rigward ta' passaġġi fuq l-ilma interni, skond l-intestaturi stabbiliti fl-Anness II C.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess ħin meta jibagħtu l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 5, u fir-rigward ta' l-istess perjodu, it-totali ta' l-ispiza fuq infrastruttura wżata minn kull mezz ta' trasport fir-rigward tas-segwenti:

- self kuntrattat matul is-sena sabiex tiġi ffinanzjata l-ispiża fuq l-infrastruttura;

- il-maħfra u l-imgħax fuq is-self kuntrattat qabel.

Sabiex jikkumpilaw dawn it-totali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw biss dak is-self allokat speċifikament sabiex tiġi finanzjata l-ispiża fuq l-infrastruttura.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess waqt li fih jibgħatu l-kontijiet imsemmija f'l-Artikolu 5, u fir-rigward ta' l-istess perjodu, il-prospetti relatattivi għall-użu ta' l-infrastruttura hekk kif murija fil-lista ta' l-Anness III.

Madanakollu, il-prospetti koperti fit-Tabella B 2 ta' dak l-Anness għandhom jintbagħtu biss darba kull ħames snin, u jibdew minn dawk tas-sena 1970.

L-Artikolu 8

1. Sakemm jiġu stabbiliti kriterji komuni mill-Kummissjoni ta' kif għandu jiġi stabbilit l-proporzjon attribwibbli għall-funzjoni ta' trasport ta' l-infrastruttura komuni għal dik il-funzjoni u għal funzjonijiet oħra ta' l-ispiża ta' l-infrastruttura b'mod konformi ma' l-Artikolu 9(1) u sakemm jiġu applikati mill-Istati Membri, l-ispiża relattiva speċifikament għall-funzjoni tat-trasport u l-ispiża komuni totali għandha tintwera separatament taħt id-diversi intestaturi murija fil-formoli tal-kontijiet.

2. Sakemm, b'mod konformi ma' l-Artikolu 9(1), jintlaħaq ftehim dwar il-kriterji applikabbli sabiex jiġu stabbiliti l-linji diviżorji bejn toroq li huma fil-viċinanzi ta' żoni żviluppati u dawk li huma barra minn dawn iż-żoni, l-Istati Membri għandhom, waqt li jkunu qegħdin jiġbru l-figuri msemmija fl-Artikolu 5(2)(b) u fl-Anness III B, jużaw kriterji li jagħżlu huma stess, li d-dettalji dwarhom għandhom jiffurmaw parti mill-informazzjoni li jibgħatu lill-Kummissjoni skond l-Artikoli 5 u 7.

3. Fir-rigward tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta' l-informazzjoni murija fl-Anness II C għandha tkun obbligatorja biss b'effett mill-prospett tas-sena 1972.

4. Il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-prospett dwar l-użu ta' l-infrastruttura koperta bit-Tabella B 1 u fl-Anness III fir-rigward tal-prospetti tas-snin 1972 u 1974, hija obbligatorja għall-kategoriji ta' vetturi b'numru wieħed u fakoltattiva għall-kategoriji l-oħra kollha.

5. Fir-rigward ta' l-Olanda, il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-prospett dwar l-użu ta' l-infrastruttura msemmija fit-Tabella B u fl-Anness III għandha tkun obbligatorja biss fir-rigward tat-toroq tal-pajjiżi li jaqgħu f'kategorija 5 fl-Anness II B mill-prospett tas-sena 1975 'il quddiem.

6. Fir-rigward ta' l-Italja, il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-prospett dwar l-użu ta' l-infrastruttura msemmija fit-Tabella B 2 ta' l-Anness III għandha ssir għall-ewwel darba fir-rigward tal-prospett għas-sena 1971. Il-komunikazzjoni sussegwenti tal-prospetti fir-rigward ta' dik it-Tabella għandha ssir fis-snin murija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 7.

7. Il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-prospetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu ta' l-infrastruttura msemmija fit-Tabella Ċ ta' l-Anness III għandha tkun obbligatorja:

- fil-każ tal-Belġju, fir-rigward tal-bastimenti fil-kategoriji (e) u (f) u tat-traffiku fil-baċir marittimu tax-Scheldt, b'effett biss mill-prospett tas-sena 1973;

- fil-każ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, b'effett biss mill-prospett tas-sena 1973;

- fil-każ ta' Franza, fir-rispett tal-bastimenti fil-kategoriji (e) u (f) u tan-numru ta' bastimenti li jgħaddu mill-magħluq, b'effett biss mill-prospett tas-sena 1974;

- fil-każ ta' l-Olanda, fir-rigward tax-xmajjar regolati, b'effett biss mill-prospett tas-sena 1972.

L-Artikolu 9

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali tal-miżuri differenti li joħorġu minn dan ir-Regolament u sabiex tara li d-dispożizzjonijiet tiegħu huma applikati b'mod uniformi. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kuntenut tad-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet u murija fl-Anness I u għandha tistabbilixxi l-kriterji komuni sabiex jiġi stabbilit il-proporzjon attribwibbli għall-funzjoni tat-trasport għall-ispiża li hija komuni għal dik il-funzjoni u għall-funzjonijiet l-oħrajn ta' l-infrastruttura.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel ħilitha sabiex iġġib l-allinjament progressiv tal-proċeduri dettaljati tal-kontabilità applikati fl-Istati Membri, l-approsimazzjoni tal-kriterji applikati sabiex tiġi stabbliti l-linja diviżorja bejn it-toroq li qegħdin fil-viċinanzi ta' żoni żviluppati u dawk li qegħdin barra minn dawn iż-żoni, u t-titjib u l-approssimazzjoni tal-metodi li bihom jinġabru l-prospetti dwar l-użu ta' l-infrastruttura.

2. Il-kumitat ta' l-esperti tal-Gvern imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 1965 [4] li timplimenta l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 64/389/KEE tat-22 ta' Ġunju 1964 dwar l-organizazzjoni ta' stħarriġ dwar l-ispejjeż ta' l-infrastruttura fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, għandu jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq ta' dawn il-funzjonijiet kif ukoll fit-tħejjija ta' lista ta' passaġġi fuq l-ilma interni msemmija fl-Artikolu 3(e).

3. Il-Kummissjoni għandha ta' kull sena, sitt xhur wara li tkun irċeviet l-informazzjoni provduta fl-Artikoli 5, 6 u 7, tissottometti lill-Kunsill sommarju li juri l-aspetti prinċipali tal-kontijiet li jirrigwardaw l-ispiża fuq infrastruttura.

L-Artikolu 10

Il-Kunsill jista', fuq proposta mill-Kummissjoni approvata b'maġġoranza kwalifikata, jagħmel dawk l-emendi għall-Annessi ta' dan ir-Regolament li jistgħu jkunu meħtieġa fid-dawl ta' l-esperjenza u ta' miżuri addottati fir-rigward tal-ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura.

L-Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom, fi żmien opportun u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jadottaw dawk il-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Fil-każ li Stat Membru jagħmel talba, jew meta l-Kummissjoni jidhrilha li huwa approprjat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri konċernati dwar it-termini proposti tal-miżuri msemmija fil-paragrafu preċedenti.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul il-Lussemburgu, fl-4 ta' Ġunju 1970.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Bertrand

[1] ĠU 102, ta' l-29.6.1964, p. 1598/64.

[2] ĠU C 135, ta' l-14.12.1968, p. 33.

[3] ĠU C 48, ta' l-16.4.1969, p. 1.

[4] ĠU C 88, ta' l-24.5.1965, p. 1473/65.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

FORMOLI GĦALL-KONTIJIET DWAR L-ISPIŻA MSEMMIJA Fl-ARTIKOLU 4

A. LINJI TAL-FERROVIJA

1. Spiża f'investiment

(spejjeż fuq bini ġdid, estensjoni, rikostruzzjoni u rinovazzjonijiet)

2. Spejjeż kurrenti

(spejjeż fuq manutenzjoni u operazzjoni)

3. Spejjeż ġenerali

B. TOROQ

1. Spejjeż ta' investiment

(spejjeż fuq bini ġdid, estensjoni, rikostruzzjoni u rinovazzjoni)

2. Spejjeż kurrenti

(spejjeż fuq manutenzjoni u operazzjoni)

20. Manutenzjoni tal-wiċċ tal-karreġġjata

21. Spejjeż rikorrenti oħra

3. Pulizija tat-traffiku

4. Spejjeż ġenerali

C. PASSAĠĠI TA' L-ILMA INTERNI

1. Spiża ta' investiment

(nefqa f'bini ġdid, estensjoni, rikostruzzjoni u tiġdid)

2. Spejjeż kurrenti

(spejjeż fuq manutenzjoni u operazzjoni)

3. Pulizija tal-passaġġi ta' l-ilma

4. Spejjeż ġenerali

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

SKEDA TAN-NETWORKS TAL-LINJI TAL-FERROVIJA, KATEGORIJI TA' TOROQ U PASSAĠĠI TA' L-ILMA INTERNI MSEMMIJA F'L-ARTIKOLU 5(2)

A. LINJI TAL-FERROVIJA

Ir-Renju tal-Belġju

- Société nationale des chemins de fer belgesNationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

- Deutsche Bundesbahn

Ir-Repubblika ta' Franza

- Société nationale des chemins de fer français

Ir-Repubblika ta' l-Italja

- Azienda autonoma delle ferrovie dello Stato

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

- Société nationale des chemins de fer luxembourgeois

Ir-Renju ta' l-Olanda

- N.V. Nederlandse Spoorwegen

B. TOROQ

Ir-Renju tal-Belġju

1. Autoroutes/Autosnelwegen

2. Autres Routes de l'Etat/Andere rijkswegen

3. Routes provinciales/Provinciale wegen

4. Routes communales/Gemeentewegen

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

1. Bundesautobahnen

2. Bundesstraßen

3. Land-(Staats-)straßen

4. Kreisstraßen

5. Gemeindestraßen

Ir-Repubblika ta' Franza

1. Autoroutes

2. Routes nationales

3. Chemins départementaux

4. Voies communales

Ir-Repubblika ta' l-Italja

1. Autostrade

2. Strade statali

3. Strade regionali e provinciali

4. Strade communali

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

1. Routes d'Etat

2. Chemins repris

3. Chemins vicinaux

Ir-Renju ta' l-Olanda

1.Autonsnelwegen van het Rijkswegenplan | (primarie wegen) |

2.Overige wegen van het Rijkswegenplan |

3.Wegen van de secundaire wegenplannen | |

4.Wegen van de tertiare wegenplannen | |

5.Overige verharde wegen | |

C. PASSAĠĠI TA' L-ILMA INTERNI

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

SKEDA TA' PROSPETTI DWAR L-UŻU TA' L-INFRASTRUTTURA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

TABELLA A - FERROVIJA

+++++ TIFF +++++

IT-TABELLA B - TRASPORT BIT-TOROQ

1. Vetturi/kilometri li jsiru ta' kull sena fuq toroq li huma 'l barra minn żoni żviluppati

+++++ TIFF +++++

2. Analiżi tad-distanza koperta minn vetturi kummerċjali kategorizzati skond il-piż gross massimu u t-togħbija attwali tal-fus

(Toroq li huma 'l barra minn żoni żviluppati)

+++++ TIFF +++++

TABELLA Ċ - PASSAĠĠI TA' L-ILMA INTERNI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------