|
23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/18 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10714 – VGRD / ASSETS OF AUTO-HOLDING DRESDEN)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 206/04)
1.
Fit-13 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
VGRD GmbH (“VGRD”, il-Ġermanja), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Volkswagen AG (VW AG), tappartjeni għall-Volkswagen Group, |
|
— |
ċerti assi ta’ Auto-Holding-Dresden (“il-Kumpanija fil-Mira”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-Auto-Holding-Dresden (il-Ġermanja). |
VGRD se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpanija fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
VGRD tħaddem bini għat-tiswija tal-karozzi u ħwienet tal-karozzi fil-Ġermanja. VW Group, li jagħmel parti minnu, huwa attiv fid-dinja kollha fl-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, xarabanks, kowċis, xażi għax-xarabanks u magni diżil, u roti bil-mutur, kull waħda tinkludi spare parts u aċċessorji, |
|
— |
Il-Kumpanija fil-Mira jikkonsisti f’sitt ħwienet tal-bejgħ tal-VW fiż-żona metropolitana ta’ Dresden, il-Ġermanja, li huma prinċipalment attivi fid-distribuzzjoni bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda u użati u vetturi kummerċjali ħfief tal-VW Group Brands, l-ispare parts OEM tal-marka VW, l-ispare parts mhux OE u servizzi relatati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10714 – VGRD / ASSETS OF AUTO-HOLDING DRESDEN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).