Brussell, 13.11.2017

COM(2017) 662 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Rapport annwali dwar il-politiki ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni Ewropea u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2016


Werrej

Introduzzjoni Introduzzjoni

Ħarsa ġenerali tal-operazzjonijiet prinċipali tal-għajnuna umanitarja appoġġati fl-2016 Ħarsa ġenerali tal-operazzjonijiet prinċipali tal-għajnuna umanitarja appoġġati fl-2016

Informazzjoni u sorsi addizzjonali Informazzjoni u sorsi addizzjonali

Introduzzjoni

Dan ir-rapport jippreżenta l-attivitajiet ewlenin tal-Unjoni u l-eżiti tal-politika fl-2016 fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, imwettqa mid-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja (DĠ ECHO) tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport huwa mħejji skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 dwar l-għajnuna umanitarja, li jirrikjedi li l-Kummissjoni tressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’sommarju tal-operazzjonijiet iffinanzjati tul is-sena ta’ qabel.

Ħarsa ġenerali tal-operazzjonijiet prinċipali tal-għajnuna umanitarja appoġġati fl-2016

Fl-2016, il-kriżijiet umanitarji żdiedu fl-għadd, fil-kumplessità u fis-severità. Kien hemm aktar minn 50 konflitt armat, bi ftit jew l-ebda titjib fl-aktar kriżijiet gravi ta’ skala kbira bħal dawk fis-Sirja, il-Jemen, is-Sudan t’Isfel jew fir-reġjun tal-Lag taċ-Chad. Id-diżastri naturali — marbuta ma’ xejriet kbar bħat-tibdil fil-klima, l-urbanizzazzjoni u l-pressjonijiet demografiċi — f’dawn l-aħħar snin ħolqu ħtiġijiet umanitarji għal madwar 26 miljun persuna kull sena. B’kollox, iktar minn 95 miljun ruħ f’40 pajjiż kienu fi bżonn ta’ għajnuna umanitarja fl-2016, u kważi 65 miljun persuna (nofshom tfal) ġew imġiegħla jitilqu minn djarhom — aktar minn qatt qabel.

F’dan l-isfond drammatiku, il-baġit għall-għajnuna umanitarja tal-UE fl-2016 kien l-ogħla li qatt kien, EUR 1,8 biljun 1 .

Ir-rispons għall-kriżi Sirjana

Proporzjon sinifikanti tal-baġit umanitarju tal-UE fl-2016 mar għall-appoġġ lir-refuġjati fil-pajjiżi l-aktar milquta b’mod dirett mill-kriżi fis-Sirja, kif ukoll nies fis-Sirja li jeħtieġu għajnuna umanitarja.

B’hekk, il-Kummissjoni allokat EUR 454 miljun għal ħidmiet umanitarji fis-Sirja u l-pajjiżi ġirien, skont il-wegħdiet li saru waqt il-konferenza ta’ Londra fi Frar 2016.

Fis-Sirja, kważi nofs l-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni marret għal operazzjonijiet għas-salvataġġ immedjat tal-ħajja u umanitarji ta’ emerġenza. Barra minn hekk, l-għajnuna inkludiet il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb, is-sanità u l-iġjene, il-provvista tal-ikel, il-protezzjoni tat-tfal u oġġetti ta’ emerġenza. Fil-Ġordan u l-Libanu, il-finanzjament umanitarju tal-UE kkontribwixxa għal għajnuna fi flus għar-refuġjati l-aktar vulnerabbli, kura tas-saħħa sekondarja għas-salvataġġ tal-ħajja, l-edukazzjoni mhux formali, il-kenn kif ukoll l-ilma, l-iġjene u s-sanità. L-isforzi ffukaw ukoll fuq attivitajiet ta’ promozzjoni qawwija fil-livell internazzjonali għal aċċess umanitarju mingħajr xkiel, il-protezzjoni tar-refuġjati u r-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali.

Fl-2016 l-UE daħħlet fis-seħħ ukoll il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija 2 , sabiex tgħin biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ tliet miljun rifuġjat ospitat mit-Turkija. Il-EUR 1,4 biljun segment umanitarju tal-Faċilità għall-2016 u l-2017 huwa ffukat prinċipalment fuq l-appoġġ ta’ refuġjati barra mill-kampijiet (li jiffurmaw il-maġġoranza assoluta ta’ refuġjati fit-Turkija, u huma wkoll l-aktar vulnerabbli). Għal dan l-għan, il-Kummissjoni — b’ħidma permezz tal-Programm Dinji tal-Ikel u l-Organizzazzjoni Torka tan-Nofs Qamar l-Aħmar — nediet l-ikbar proġett umanitarju li qatt sar mill-UE, is-Sistema ta’ Protezzjoni Soċjali ta’ Emerġenza (ESSN), bl-għan li tipprovdi trasferimenti ta’ flus kontanti kull xahar lil miljun mir-refuġjati l-iżjed vulnerabbli permezz ta’ karti ta’ debitu.

Ir-rispons għall-ħtiġijiet umanitarji fl-Afrika

Bħal fis-snin preċedenti, ir-rispons għall-kriżijiet umanitarji fl-Afrika kien parti sinifikanti oħra tal-għajnuna umanitarja tal-UE, b’enfasi partikolari fuq emerġenzi kumplessi fis-Saħel u fil-Qarn tal-Afrika kif ukoll fir-reġjun tal-Lag taċ-Chad, fejn il-kriżijiet tas-sigurtà alimentari kienu koperti b’għadd ta’ kunflitti li ilhom għaddejjin. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni allokat EUR 747 miljun għal kriżijiet fl-Afrika sub-Saħarjana. Minn dawn, l-ikbar allokazzjonijiet marru għas-Sudan u s-Sudan t’Isfel.
(EUR 192 miljun) u għall-Qarn tal-Afrika (EUR 203 miljun), kif ukoll għall-Afrika tal-Punent (EUR 140 miljun). Kemm fil-Qarn kif ukoll fis-Saħel, element ċentrali tal-istrateġija tal-Kummissjoni kien li tiżgura rabtiet mill-qrib mal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE, bl-għan li tiġi appoġġata r-reżiljenza ta’ komunitajiet affettwati. Fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA), l-UE baqgħet donatur umanitarju attiv ferm, f’konformità mal-impenn ta’ profil għoli konsistenti tal-UE fir-RĊA, filwaqt li pprovdiet għajnuna fuq perjodu qasir u fit-tul u filwaqt li appoġġat il-bini tal-reżiljenza għall-vittmi tal-kunflitt fil-pajjiż stess kif ukoll lir-refuġjati f’pajjiżi ġirien.

L-Iraq, ir-reġjun usa’ tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq

L-UE kellha rwol ewlieni fl-għoti tal-għajnuna lill-vittmi tal-kunflitt fl-Iraq (EUR 159 miljun) u kienet minn ta’ quddiem fl-isforzi ta’ promozzjoni internazzjonali (inter alia permezz ta’ avveniment ta’ livell għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU ospitata mill-Kummissarju Stylianides). L-UE għenet ukoll tiskjera u tikkoordina assistenza in natura mill-Istati Membri tal-UE permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili 3 fil-kuntest tal-kunflitt madwar Mosul.

Barra minn hekk, l-UE kompliet tipprovdi appoġġ sinifikanti għall-operazzjonijiet umanitarji fil-Jemen (EUR 70 miljun), fejn is-sitwazzjoni baqgħet tiddeterjora kemm f’dak li jirrigwarda l-bżonnijiet umanitarji bażiċi u r-rispett għad-Dritt Umanitarju Internazzjonali, kif ukoll fil-Palestina (EUR 25 miljun). Fl-Afrika ta’ Fuq, ġie pprovdut appoġġ kontinwu biex jgħin jintlaħqu l-ħtiġijiet umanitarji tar-refuġjati Saħarjani kif ukoll lill-popolazzjoni milquta mill-konflitt fil-Libja.

L-Ukrajna

L-UE baqgħet waħda mill-akbar donaturi umanitarji għall-kriżi fl-Ukrajna, billi pprovdiet l-ikel, il-kenn, is-servizzi tas-saħħa u appoġġ psikoloġiku lil dawk l-aktar vulnerabbli li qed ibatu minħabba l-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna. B’kollox,
ġew mobilizzati EUR 28,4 miljun għar-rispons umanitarju tal-UE għall-kriżi.

Rispons għal diżastri naturali

Li twieġeb b’mod rapidu u effettiv għal diżastri naturali kienet prijorità ewlenija għall-Kummissjoni fl-2016 ukoll. Dan hu bbażat kemm fuq l-għajnuna umanitarja mogħtija permezz ta’ organizzazzjonijiet sħab kif ukoll fuq il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, li jiffaċilita u jikkoordina l-assistenza in natura tal-Istati Membri permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza (ERCC).

Fl-2016, ir-rispons għall-fenomenu El Niño tal-2016 — wieħed mill-agħar rreġistrati — kien prijorità ewlenija. Il-Kummissjoni allokat EUR 298 miljun f’għajnuna umanitarja ta’ emerġenza għal persuni milquta minn El Niño.

Il-Kummissjoni kienet ippreparata wkoll biex tipprovdi appoġġ fil-każ ta’ diżastri għall-għarrieda. B’mod partikolari, l-UE pprovdiet finanzjament biex tappoġġa l-vittmi taċ-ċiklun tropikali Winston f’Fiġi u n-nixfa f’Papua New Guinea, kif ukoll l-għajnuna ta’ persuni milquta mit-terremot li laqat l-Ekwador fl-2016 kemm b’għajnuna umanitarja kif ukoll bil-mobilizzazzjoni tal-assistenza Ewropea tal-protezzjoni ċivili.

Kwistjonijiet trażversali

Edukazzjoni f’emerġenzi

L-ispinta lill-edukazzjoni f’emerġenzi kienet prijorità ewlenija għall-Kummissjoni f’dawn l-aħħar snin. Fl-2016, il-Kummissjoni allokat aktar minn 4% tal-baġit ta’ għajnuna umanitarja inizjali tagħha għal programmi tal-edukazzjoni fi kriżijiet umanitarji, b’konformità mal-impenji li saru mill-Kummissarju Stylianides fil-bidu tal-mandat tiegħu.

Summit Umanitarju Dinji

Il-Kummissjoni pparteċipat b’mod attiv fis-Summit Umanitarju Dinji (WHS), li seħħ fit-23 u l-24 ta’ Mejju 2016 f’Istanbul. L-UE għamlet madwar 100 impenn. Dawn kienu jinkludu politika ġdida mmexxija mill-iżvilupp dwar iċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni 4 ; linji gwida ġodda dwar protezzjoni sussidjarja; impenn attiv u l-iffirmar fil-“Grand Bargain” bl-għan li jittejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-għajnuna; l-iffinanzjar kontinwu għall-edukazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza mill-baġit umanitarju; kif ukoll l-iffirmar tal-Karta dwar l-Inklużjoni ta’ Persuni b’Diżabilità f’Azzjoni Umanitarja 5 u l-Karta dwar Kriżijiet Urbani 6 .

The Grand Bargain

Il-Kummissjoni kellha rwol ewlieni fin-negozjati tal-Grand Bargain fit-tħejjija għas-Summit Umanitarju Dinji kif ukoll fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-impenji tagħha. Bil-Grand Bargain, id-donaturi u l-aġenziji ta’ implimentazzjoni impenjaw ruħhom għal pakkett ta’ azzjonijiet biex iżidu l-effiċjenza tal-azzjoni umanitarja fi spirtu ta’ azzjoni konġunta u impenn reċiproku. Minbarra r-rwol tagħha bħala faċilitatur għall-Grand Bargain kollu kemm hu, il-Kummissjoni qed tikkontribwixxi għall-fluss tal-ħidma dwar valutazzjonijiet komprensivi u imparzjali tal-ħtiġijiet umanitarji. Dan il-fluss ta’ xogħol huwa meqjus essenzjali peress li huwa l-bażi għall-ippjanar u l-finanzjament strateġiċi kif ukoll għal rispons umanitarju mmirat u effiċjenti.

Ir-rabta bejn l-azzjoni umanitarja u l-iżvilupp

L-importanza tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp kienet minn ta’ quddiem fid-diskussjoni kemm f’numru ta’ avvenimenti multilaterali ewlenin kif ukoll fuq il-livell Ewropew. L-2016 rat progress f’dan ir-rigward kemm fil-livell politiku (pereż. il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp 7 , id-WHS u l-Grand Bargain) kif ukoll fil-livell operattiv.

Is-servizzi tal-Kummissjoni ħadmu flimkien mill-qrib fil-Haiti dwar ir-rispons għall-Uragan Matthew, notevolment bil-ħsieb li jissaħħu s-sigurtà alimentari u r-reżiljenza rurali u fuq it-titjib tar-reżiljenza urbana. Fin-Niġerja, ġie żviluppat approċċ ta’ reżiljenza konġunta biex jiġu indirizzati kriżijiet kumplessi fil-Grigal. Ittieħdu passi preliminari mis-servizzi tal-Kummissjoni biex jidentifikaw flimkien pajjiżi pilota biex ikomplu jsaħħu u juru l-kooperazzjoni umanitarja-tal-iżvilupp.

F’kuntesti ta’ ċaqliq sfurzat, is-servizzi tal-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), qed jaħdmu flimkien mill-qrib fuq operazzjonijiet ta’ sostenn fil-qasam biex jintroduċu approċċ komprensiv u mmexxi mill-iżvilupp għal ċaqliq sfurzat. Dan hu segwitu wkoll għad-Dikjarazzjoni ta’ New York għar-Refuġjati u l-Migranti, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta’ Settembru 2016. Hija tikkontribwixxi, barra minn hekk, biex tmexxi ‘l quddiem l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-Unjoni Ewropea kif ippubblikata fl-2016.

Il-kooperazzjoni umanitarja u għall-iżvilupp ġiet imsaħħa biex tagħti rispons għall-ħtiġijiet edukattivi tat-tfal milquta minn kriżijiet u kunflitt u biex tibni sistemi ta’ edukazzjoni aktar sostenibbli f’kuntesti fraġli u milquta minn kriżijiet bil-fond “Education Cannot Wait” (l-edukazzjoni ma tistax tistenna), li ġie mniedi waqt id-WHS.

Il-Kummissjoni kompliet ukoll tapplika l-“approċċ nexus” biex ittejjeb is-sigurtà alimentari u tan-nutrizzjoni fis-Saħel permezz tal- “Inizjattiva tal-Alleanza Globali fuq ir-Reżiljenza” (AGIR). F’dan il-kuntest, l-UE impenjat EUR 1,5 biljun f’għajnuna għall-iżvilupp biex jiġu appoġġati attivitajiet ta’ bini ta’ reżiljenza fl-Afrika tal-Punent għall-perjodu 2014–2020.

Il-kriżi ta’ El Niño tal-2015/2016 kienet eżempju tajjeb ieħor ta’ azzjoni konġunta bejn l-atturi umanitarji u ta’ żvilupp kif ukoll bejn il-komunità internazzjonali u l-gvernijiet nazzjonali u lokali; il-finanzjament mill-UE totali ammonta għal
EUR 539 miljun.

Matul il-ħidma tagħha f’pajjiżi affettwati minn kriżijiet, l-UE kompliet tapplika l-prinċipju “tagħmilx ħsara”, u fittxet li tiżgura approċċ sensittiv għall-konflitt fl-azzjonijiet li tappoġġa.

Flus kontanti bħala modalità ta’ għajnuna

F’konformità mal-impenji tagħha tal- “Grand Bargain”, il-Kummissjoni żviluppat aktar l-użu ta’ għajnuna bbażata fuq flus kontanti kull meta l-kuntest kien xieraq. Il-flus kontanti bħala modalità ta’ għajnuna dejjem qed jintużaw iktar fil-forma ta’ trasferimenti bi skop multiplu mingħajr restrizzjonijiet, li joffri d-dinjità, l-għażla u l-flessibbiltà għall-popolazzjoni fil-mira. Vantaġġi oħra tal-użu tal-flus kontanti bħala modalità ta’ għajnuna jinkludu effiċjenza akbar, valur għall-flus u fl-aħħar mill-aħħar effettività mtejba għad-donaturi u l-kontribwenti, b’aktar assistenza tilħaq l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Fejn kien possibbli u xieraq, kien hemm ukoll tentattivi biex jinsab allinjament ma’ mekkaniżmi lokali u nazzjonali, bħal sistemi ta’ protezzjoni soċjali.

Iċ-ċaqliq sfurzat

Minħabba ż-żieda drammatika fl-għadd ta’ persuni spustati minħabba kunflitti madwar id-dinja, u x-xejra inkwetanti lejn sitwazzjonijiet ta’ spostament dejjem iktar fit-tul, il-Kummissjoni formalment adottat approċċ ta’ politika ġdida mmexxi mill-iżvilupp għal ċaqliq sfurzat. Din il-politika għandha l-għan li tipprevjeni ċ-ċaqliq sfurzat milli jkun fit-tul u biex gradwalment tintemm id-dipendenza fuq l-għajnuna umanitarja f’sitwazzjonijiet ta’ ċaqliq eżistenti. L-enfasi tal-approċċ il-ġdid tinsab fuq it-trawwim tal-awtodipendenza u biex persuni spustati jkunu jistgħu jibdew jgħixu fid-dinjità bħala kontributuri fis-soċjetajiet ospitanti tagħhom, sakemm ikun possibbli r-ritorn volontarju jew ir-risistemazzjoni. Barra minn hekk, sabiex tissaħħaħ il-bażi tal-għarfien dwar sitwazzjonijiet u kaġunijiet ta’ ċaqliq sfurzat fit-tul, iċ-Ċentru ta’ Għarfien tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Migrazzjoni u Demografija (KCMD) tnieda f’Ġunju 2016.

Kriżijiet minsija

L-UE kompliet tagħmel enfasi partikolari fuq l-għoti ta’ appoġġ lill-vittmi ta’ “kriżijiet minsija”, li minnhom mill-inqas 15 % tal-baġit għall-għajnuna umanitarja inizjali huwa ġeneralment iddedikat. B’mod partikolari l-UE kompliet l-appoġġ umanitarju tagħha lir-refuġjati mis-Saħara fl-Alġerija, lil persuni spostati internament fil-Myanmar u s-Sudan, lill-popolazzjonijiet affettwati mill-konflitti fil-Pakistan, u lir-refuġjati mid-Darfur fiċ-Chad.

Għodod ta’ Emerġenza

L-Għodod ta’ Emerġenza tal-UE għall-għajnuna umanitarja huma mfassla biex jirrispondu malajr għal emerġenzi li jseħħu għall-għarrieda. Dawn huma magħmula minn tliet mekkaniżmi ta’ finanzjament: għal epidemiji; għal rispons fuq skala żgħira; u għal appoġġ għall-Fond ta’ Emerġenza f’Każ ta’ Diżastru (DREF) tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar. L-allokazzjoni finanzjarja ammontat għal total ta’ EUR 11,5 miljun, li minnhom EUR 3.5 miljun għal epidemiji; EUR 5 miljun għal rispons fuq skala żgħira u
EUR 3 miljun għad-DREF.

ECHO Flight u operazzjonijiet tat-trasport u loġisitika umanitarji oħra

F’ċerti kuntesti ta’ kriżijiet, is-servizzi umanitarji bl-ajru huma l-uniku mezz ta’ aċċess f’żoni remoti u biex jintlaħqu nies fil-bżonn minħabba restrizzjonijiet ta’ sigurtà jew nuqqas ta’ infrastruttura adegwata. Is-servizzi umanitarji bl-ajru huma użati wkoll għal evakwazzjonijiet mediċi u tas-sigurtà. Biex tittratta dawn il-ħtiġijiet għal aċċess f’kuntesti insiguri jew kuntesti diffiċli oħrajn, il-Kummissjoni tiffinanzja programmi speċifiċi tat-trasport u l-loġistika, notevolment permezz tas-Servizz Umanitarju bl-Ajru u l-Logistics Cluster tan-Nazzjonijiet Uniti (għal total ta’ EUR 20,97 miljun). Il-Kummissjoni għandha wkoll is-servizzi tagħha tal-ECHO Flight għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jagħtu għajnuna umanitarja f’żoni milquta minn kriżijiet fl-Afrika tas-sub-Saħarjana (b’baġit ta’ ftit inqas minn EUR 14-il miljun).



L-evalwazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja

Il-programm ta’ evalwazzjoni tad-DĠ ECHO jkopri perjodu ta’ ħames snin u għandu l-għan li jipprovdi kopertura sħiħa tal-attivitajiet tad-DĠ ECHO matul dan il-perjodu. Għall-għajnuna umanitarja, dan huwa żgurat permezz tat-twettiq ta’ sensiela ta’ evalwazzjonijiet ġeografiċi u tematiċi li jkopru l-aspetti importanti kollha tal-interventi umanitarji tad-DĠ ECHO. Barra minn hekk, titwettaq evalwazzjoni komprensiva matul kull perjodu ta’ ħames snin, li tibni fuq 30 evalwazzjonijiet eżistenti u riċerka addizzjonali kif xieraq. Fl-2017 qed jitwettaq eżerċizzju komprensiv ta’ dan it-tip, li jkopri l-perjodu bejn l-2012 u l-2016. Din l-evalwazzjoni teżamina l-implimentazzjoni ġenerali tal-politika dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE.



Baġit 2016

1. Lista ta’ ftehimiet ta’ finanzjament konklużi mid-DĠ ECHO 8 : 

http://ec.europa.eu/echo/files/funding/agreements/agreements_2016.pdf

2. Baġit ta' implimentazzjoni tad-DĠ ECHO 2016

BAĠIT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĠ ECHO 2016

Reġjun/pajjiż

Ammont

L-Afrika

767

Is-Sudan u s-Sudan t’Isfel

192

L-Afrika Ċentrali

94

Il-Lagi l-Kbar

63

Il-Qarn tal-Afrika

203

In-Nofsinhar tal-Afrika, l-Oċean Indjan

47

L-Afrika tal-Punent

140

L-Afrika ta' Fuq

20

L-Afrika

10

Il-Lvant Nofsani u l-pajjiżi Ewropej tal-viċinat

747

Il-Lvant Nofsani

634

Il-Pajjiżi Ewropej ġirien

114

L-Asja, il-Paċifiku

119

L-Asja tal-Lbiċ u Ċentrali

73

L-Asja tax-Xlokk u l-Paċifiku

47

L-Amerka Ċentrali u t’Isfel, il-Karibew

46

L-Amerika Ċentrali u t’Isfel

28

Il-Karibew

18

Diżastri dinjija

41

Protezzjoni ċivili

42

Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE

8

Distribuzzjoni tal-ħalib

30

Operazzjonijiet u appoġġ kumplimentari

89

TOTAL

1 889

(f’miljuni ta’ EUR)


Informazzjoni u sorsi addizzjonali

·Informazzjoni ġenerali dwar id-DĠ ECHO:

http://ec.europa.eu/echo/en

·Informazzjoni finanzjarja dwar l-attivitajiet tal-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea fl-2016:    
http://ec.europa.eu/echo/funding-evaluations/funding-decisions-hips_en

·Informazzjoni operazzjonali mis-snin ta' qabel:     http://ec.europa.eu/echo/about/annual_reports_en.htm

·Ir-Rapport Annwali tal-Attività għall-2016, id-DĠ ECHO: https://ec.europa.eu/info/publications/annual-activity-reports-2016_en

·Ir-Rapport Annwali tal-Ġestjoni u tal-Prestazzjoni għall-2016:
https://ec.europa.eu/info/node/10237

·Ir-rapporti tal-evalwazzjoni tad-DĠ ECHO:
http://ec.europa.eu/echo/funding-evaluations/evaluations_en

· Id-dejta tal-finanzjament tal-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri: https://euaidexplorer.ec.europa.eu

· Lista ta’ sħab ffinanzjati fl-2016:

SĦAB 2016 — OPERAZZJONIJIET TA’ GĦAJNUNA UMANITARJA

Isem is-sieħeb

Nazzjonalità sieħba

ACCIÓN CONTRA EL HAMBRE — ES

SPANJA

ACTED — FR

FRANZA

ACTION AGAINST HUNGER - UK

IR-RENJU UNIT

ACTION CONTRE LA FAIM - FR

FRANZA

ACTIONAID - UK

IR-RENJU UNIT

ADRA DANMARK - DK

ID-DANIMARKA

ADRA DEUTSCHLAND E.V. — DE

IL-ĠERMANJA

AGA KHAN FOUNDATION - UK

IR-RENJU UNIT

AGENCY FOR CO-OPERATION AND RESEARCH IN DEVELOPMENT - UK

IR-RENJU UNIT

AGRONOMES ET VETERINAIRES SANS FRONTIERES — FR

FRANZA

ALLIANCE POUR L'ACTION MEDICALE INTERNATIONALE - FR

FRANZA

ČLOVEK V TÍSNI, O.P.S. - CZ

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

ARBEITER-SAMARITER-BUND DEUTSCHLAND E.V. - DE

IL-ĠERMANJA

ARTSEN ZONDER GRENZEN — NL

IN-NETHERLANDS

ASSOCIAZIONE INTERNAZIONALE VOLONTARI LAICI- SERVIZIO DI PACE - IT

L-ITALJA

CARE - AT

L-AWSTRIJA

CARE - DE

IL-ĠERMANJA

CARE - FR

FRANZA

CARE - NL

IN-NETHERLANDS

CARE - UK

IR-RENJU UNIT

CARITAS - AT

L-AWSTRIJA

CARITAS — CH

L-IŻVIZZERA

CARITAS — DE

IL-ĠERMANJA

CARITAS — FR

FRANZA

CARITAS — LU

IL-LUSSEMBURGU

CATHOLIC AGENCY FOR OVERSEAS DEVELOPMENT - UK

IR-RENJU UNIT

CESVI FONDAZIONE ONLUS – IT

L-ITALJA

CHRISTIAN AID - UK

IR-RENJU UNIT

COMITATO INTERNAZIONALE PER LO SVILUPPO DEI POPOLI - IT

L-ITALJA

CONCERN WORLDWIDE - IE

L-IRLANDA

COOPERAZIONE INTERNAZIONALE - IT

L-ITALJA

DANISH COMMITTEE FOR AID TO AFGHAN REFUGEES - DK

ID-DANIMARKA

DANSK FLYGTNINGEHJAELP - DK

ID-DANIMARKA

DEUTSCHE WELTHUNGERHILFE E.V. — DE

IL-ĠERMANJA

EVANGELISCHES WERK FÜR DIAKONIE UND ENTWICKLUNG E.V. - DE

IL-ĠERMANJA

FAO

INTERNATIONAL ORGANISATION

FEDERACION DE ASOCIACIONES MEDICUS MUNDI ESPAÑA - ES

SPANJA

FEDERATION HANDICAP INTERNATIONAL - FR

FRANZA

FOLKEKIRKENS NODHJAELP — DK

ID-DANIMARKA

FONDAZIONE TERRE DES HOMMES ITALIA ONLUS - IT

L-ITALJA

FUNDACION ALIANZA POR LOS DERECHOS, LA IGUALD Y LA SOLIDARIDAD INTERNACIONAL - ES

SPANJA

FUNDACION OXFAM INTERMON — ES

SPANJA

FUNDACIÓN PLAN INTERNATIONAL ESPAÑA - ES

SPANJA

FUNDACIÓN SAVE THE CHILDREN - ES

SPANJA

GOAL - IE

L-IRLANDA

GRUPPO DI VOLONTARIATO CIVILE - IT

L-ITALJA

HELP - HILFE ZUR SELBSTHILFE E.V. - DE

IL-ĠERMANJA

HELPAGE INTERNATIONAL - UK

IR-RENJU UNIT

ICRC

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

IFRC

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

INTERNATIONAL MEDICAL CORPS - UK

IR-RENJU UNIT

INTERNATIONAL NGO SAFETY ORGANISATION - UK

IR-RENJU UNIT

INTERNATIONAL RESCUE COMMITTE - UK

IR-RENJU UNIT

INTERSOS - IT

L-ITALJA

IOM

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

ISLAMIC RELIEF WORLDWIDE - UK

IR-RENJU UNIT

JOHANNITER-UNFALL-HILFE E.V. - DE

IL-ĠERMANJA

KIRKENS NØDHJELP - NO

IN-NORVEĠJA

KIRKON ULKOMAANAPU SR. - FI

IL-FINLANDJA

LA CHAINE DE L'ESPOIR - FR

FRANZA

LUTHERAN WORLD FEDERATION - CH

L-IŻVIZZERA

MALTESER HILFSDIENST E.V. - DE

IL-ĠERMANJA

MDECINS DU MONDE - BE

IL-BELĠJU

MEDAIR — CH

L-IŻVIZZERA

MEDECINS DU MONDE - FR

FRANZA

MEDECINS SANS FRONTIERES - BE

IL-BELĠJU

MEDECINS SANS FRONTIERES - CH

L-IŻVIZZERA

MEDICO INTERNATIONAL E.V - DE

IL-ĠERMANJA

MEDICOS DEL MUNDO ESPAÑA — ES

SPANJA

MERCY CORPS EUROPE - UK

IR-RENJU UNIT

MISSION AVIATION FELLOWSHIP INTERNATIONAL - UK

IR-RENJU UNIT

MISSION OST FORENING - DK

ID-DANIMARKA

MOVIMIENTO POR LA PAZ, EL DESARME Y LA LIBERTAD - ES

SPANJA

MUSLIM AID - UK

IR-RENJU UNIT

NORWEGIAN REFUGEE COUNCIL – NO

IN-NORVEĠJA

OXFAM – UK

IR-RENJU UNIT

OXFAM ITALIA ONLUS ASSOCIAZIONE – IT

L-ITALJA

OXFAM-SOLIDARITE(IT) – BE

IL-BELĠJU

PELASTAKAA LAPSET - RÄDDA BARNEN - FI

IL-FINLANDJA

PLAN INTERNATIONAL - UK

IR-RENJU UNIT

PLAN INTERNATIONAL SVERIGE INSAMLINGSSTIFTELSE - SE

L-IŻVEZJA

PLAN IRELAND CHARITABLE ASSISTANCE - IE

L-IRLANDA

POLSKA AKCJA HUMANITARNA - PL

IL-POLONJA

PRACTICAL ACTION - UK

IR-RENJU UNIT

PREMIERE URGENCE INTERNATIONALE - FR

FRANZA

RADDA BARNENS RKSFORBUND - SE

L-IŻVEZJA

RED BARNET - DK

ID-DANIMARKA

RED CROSS - BE

IL-BELĠJU

RED CROSS - DE

IL-ĠERMANJA

RED CROSS - DK

ID-DANIMARKA

RED CROSS - ES

SPANJA

RED CROSS - FI

IL-FINLANDJA

RED CROSS - FR

FRANZA

RED CROSS - LU

IL-LUSSEMBURGU

RED CROSS - NL

IN-NETHERLANDS

RED CROSS - NO

IN-NORVEĠJA

RED CROSS - UK

IR-RENJU UNIT

REDD BARNA - NO

IN-NORVEĠJA

REDR - ENGINEERS FOR DISASTER RELIEF - UK

IR-RENJU UNIT

RELIEF INTERNATIONAL - UK

IR-RENJU UNIT

SAVE THE CHILDREN - NL

IN-NETHERLANDS

SAVE THE CHILDREN ITALIA ONLUS - IT

L-ITALJA

SOLIDAR SUISSE - CH

L-IŻVIZZERA

SOLIDARITES INTERNATIONAL - FR

FRANZA

SOS SAHEL INTERNATIONAL FRANCE - FR

FRANZA

SOS-KINDERDORF INTERNATIONAL - AT

L-AWSTRIJA

STICHTING OXFAM NOVIB - NL

IN-NETHERLANDS

STICHTING WAR CHILD - NL

IN-NETHERLANDS

STICHTING WORLD VISION NEDERLAND - NL

IN-NETHERLANDS

SVENSKA KYRKAN - SE

L-IŻVEZJA

TEARFUND - UK

IR-RENJU UNIT

TERRE DES HOMMES - CH

L-IŻVIZZERA

THE INTERNATIONAL CATHOLIC MIGRATION COMMISSION - CH

L-IŻVIZZERA

THE SAVE THE CHILDREN FUND - UK

IR-RENJU UNIT

TIERÄRZTE OHNE GRENZEN E.V. - DE

IL-ĠERMANJA

TRIANGLE GENERATION HUMANITAIRE - FR

FRANZA

TROCAIRE - IE

L-IRLANDA

UN - OCHA

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UN - OHCHR

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

NU — PAHO

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNDP

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNESCO

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNFPA

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNHCR

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNICEF

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNISDR

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNOPS

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNRWA

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

UNWOMEN

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

WFP

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

WHO

ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI

WORLD VISION - DE

IL-ĠERMANJA

WORLD VISION - UK

IR-RENJU UNIT

ZOA — NL

IN-NETHERLANDS

(1)  Il-finanzjament ta’ EUR 173 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp huwa inkluż f’dan l-ammont.
(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 tal-24 ta’ Novembru 2015 dwar il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri permezz ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni — il-Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija (ĠU C 407, 8.12.2015, p. 8), kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2017 dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 tal-24 ta’ Novembru 2015.
(3)  http://ec.europa.eu/echo/what/civil-protection/mechanism_en
(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, “Lejn Ħajja b’Dinjità: minn Dipendenza fuq l-għajnuna għal Ħajja Indipendenti. L-Ispustar bil-Forza u l-Iżvilupp”, COM(2016) 234 finali
(5)  http://humanitariandisabilitycharter.org/
(6)   https://unhabitat.org/wp-content/uploads/2016/05/Global-Alliance-for-Urban-Crises-Charter-for-WHS-Final.pdf
(7)  https://ec.europa.eu/europeaid/policies/european-development-policy/european-consensus-development_en
(8) Inklużi l-ismijiet ta’ organizzazzjonijiet sħab kkonċernati.