Official Journal L 179 , 11/07/1985 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0230
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 36 P. 0058
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0230
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 36 P. 0058
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1907/85 tal-10 ta’ Lulju 1985 fuq il-lista ta’ varjetajiet ta’ inbid u reġjuni li jipprovdu inbid impurtat biex isiru inbejjed frizzanti fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 798/85 [2], u b’mod partikolari Artikolu 48a tiegħu, Billi Artikolu 48a tar-Regolament (KEE) Nru 337/79 jipprovdi li inbid impurtat fil-Komunità li jista’ jintuża’ biex isiru bih inbejjed frizzanti irid ikun ġej minn varjetajiet ta’ dwieli u reġjuni fejn jagħmlu l-inbid biex hu jkun jista’ jiġi distint minn inbid prodott fil-Komunità; billi lista tat-tali varjetajiet u reġjuni għandha għalhekk tkun stabbilita; Billi l-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-inbid importat fil-Komunità li jista’ jintuża biex isiru l-inbejjed frizzanti jirid ikun ġej minn: (a) il-varjeta’ Fetească neagra kultivata fin-naħa ta’ isfel u tal-lvant fl-għoljiet Sub-Karpetjani fir-Rumanija; (b) il-varjetajiet Fetească u Fetească regală kultivati fin-naħa ta’ isfel u tal-lvant ta’ l-għoljiet Sub-Karpetjani u Transilvanja fir-Rumanija. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Lulju 1985. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 1. [2] ĠU L 89, tad-29.3.1985, p. 1. --------------------------------------------------