19.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 208/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9315 — Chr. Hansen/Lonza/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 208/05)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Chr. Hansen Holding A/S (“Chr. Hansen”, id-Danimarka),

—

Lonza Ltd (“Lonza”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Lonza Group Ltd,

—

Impriża konġunta (joint venture, JV) maħluqa ġdida (il-“JV”, l-Iżvizzera).

Chr. Hansen u Lonza jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Chr. Hansen: l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet naturali għall-industriji tal-ikel, dawk nutrittivi, farmaċewtiċi u agrikoli,

—   Lonza: il-forniment ta’ diversi servizzi minn riċerka għall-manifattura tal-prodott finali fl-industriji farmaċewtiċi, tal-kura tas-saħħa u tax-xjenza tal-ħajja, inkluż l-iżvilupp ta’ kuntratti u servizzi ta’ manifattura (“CDMO”) u servizzi relatati ma’ servizzi ta’ formulazzjoni ta’ mediċini u teknoloġiji ta’ twassil ta’ mediċini,

—   il-JV: il-provvista ta’ servizzi ta’ CDMO lil kumpaniji farmaċewtiċi fir-rigward ta’ prodotti bijoterapewtiċi ħajjin u phages.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9315 — Chr. Hansen/Lonza/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).