|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/542 |
9.6.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/542
tat-12 ta’ Marzu 2026
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/287 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Frar 2019 li jimplimenta klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/287 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali u mekkaniżmi oħra għall-irtirar temporanju ta’ preferenzi tariffarji jew ta’ trattament preferenzjali ieħor li jinsabu f’ċerti ftehimiet kummerċjali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiż terz wieħed jew aktar u msemmija fl-Anness ta’ dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/287 japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tinsab f’dawk il-ftehimiet kummerċjali, meta tali dispożizzjonijiet ma jkunux f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Tali dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu f’ċerti ftehimiet kummerċjali huma elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287. |
|
(2) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (2), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 3/2025 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (3) (“il-Ftehim”), mhuwiex elenkat fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287 u fih ċerti dispożizzjonijiet dwar mekkaniżmi li jippermettu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi tariffarji jew ta’ trattament preferenzjali ieħor fir-rigward ta’ ċerti prodotti, li mhumiex f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/287. Konsegwentement, jenħtieġ li fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287 tiġi inkluża referenza għall-Ftehim u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tiegħu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 29(4) tal-Ftehim, l-UE u l-Ukrajna qablu li jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tneħħija tad-dazji doganali fil-kummerċ bilaterali tagħhom. Barra minn hekk, huma qablu dwar mekkaniżmi speċifiċi fir-rigward tal-preferenzi miftiehma:
|
|
(4) |
Peress li dawn il-mekkaniżmi speċifiċi jipprevedu l-irtirar temporanju ta’ preferenzi tariffarji jew trattament preferenzjali ieħor fir-rigward ta’ ċerti prodotti, dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/287, li jirregola l-mekkaniżmi u l-kriterji għal tali rtirar temporanju. |
|
(5) |
Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287 billi jiġu inklużi referenzi għall-Ftehim u għad-dispożizzjonijiet li jappartjenu għal dawk il-mekkaniżmi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied mat-test fl-Anness tar-Regolament (UE) 2019/287.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 53, 22.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/287/oj.
(2) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/295/oj.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 3/2025 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tal-14 ta’ Ottubru 2025 dwar it-tnaqqis u t-tneħħija tad-dazji doganali skont l-Artikolu 29(4) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra [2025/2130] (ĠU L, 2025/2130, 20.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2130/oj).
ANNESS
“Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra,
|
Data ta’ Applikazzjoni |
29.10.2025 |
|
Mekkaniżmi oħra |
|
|
Dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Ftehim |
L-Anness I – E Artikolu 2 – Standards tal-produzzjoni ‘1. L-Ukrajna għandha tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha mal-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness sal-31 ta’ Diċembru 2028.’ ‘5. Jekk, minkejja l-paragrafu 4, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tikkonkludi li l-Ukrajna ssodisfat l-obbligu tagħha skont il-paragrafu 1, l-Unjoni tista’ tissospendi l-preferenzi kollha jew parti minnhom mogħtija skont l-Artikolu 1 għall-prodotti rilevanti. L-Unjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat notifika lill-Ukrajna li tistabbilixxi l-intenzjoni tagħha li tissospendi l-preferenzi. Is-sospensjoni ma tistax tapplika qabel 30 jum mid-data tal-wasla tan-notifika lill-Ukrajna. 6. Fuq talba tal-Ukrajna, u b’segwitu għall-wasla ta’ informazzjoni ġdida, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-konformità tal-Ukrajna mal-paragrafu 1 fir-rigward tal-att legali rilevanti tal-Unjoni. Ir-rieżami ma għandux jieħu aktar minn 4 ġimgħat u jista’ jinvolvi konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ukrajna kkonformat mal-paragrafu 1, l-Unjoni għandha tintroduċi mill-ġdid il-parti sospiża tal-preferenzi skont l-Artikolu 1 fi żmien xahrejn.’ Artikolu 3 – Miżuri ta’ salvagwardja ‘1. Jekk jinqalgħu jew ikun hemm riskju li jinqalgħu diffikultajiet ekonomiċi, soċjetali jew ambjentali serji ta’ natura settorjali jew reġjonali li huwa probabbli li jippersistu fi kwalunkwe waħda mill-Partijiet, inkluż, fil-każ tal-Unjoni, fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri, kaġun ta’ importazzjonijiet ta’ prodott kopert mit-tnaqqis jew tneħħija addizzjonali tad-dazji doganali skont l-Artikolu 1, il-Parti kkonċernata tista’ tieħu miżuri ta’ salvagwardja xierqa fir-rigward tal-preferenzi mogħtija skont l-Artikolu 1. 2. Il-Parti kkonċernata għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħha li tieħu miżuri ta’ salvagwardja u għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-Partijiet għandhom minnufih jidħlu f’konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli reċiprokament. 3. Il-Parti kkonċernata ma tistax tieħu miżuri ta’ salvagwardja qabel ma jkun għadda xahar mid-data tan-notifika skont il-paragrafu 2, sakemm il-proċedura ta’ konsultazzjoni skont il-paragrafu 2 ma tkunx ġiet konkluża qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ żmien iddikjarat. Fil-każ li ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni li jkunu jeħtieġu azzjoni immedjata jeskludu eżami preliminari, il-Parti kkonċernata tista’ tapplika minnufih il-miżuri ta’ salvagwardja strettament meħtieġa biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.’” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/542/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)