|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7183 |
26.11.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2936, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
(C/2024/7183)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2936 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 (3), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 u fir-Regolament (UE) 2019/1890 jenħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta' tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 9 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta' Lulju 2025, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2936, u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2019/1890.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 291, 12.11.2019, p. 47.
(2) ĠU L, 2024/2936, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2936/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7183/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)