<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑309/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0309</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:523">EU:C:2015:523</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150902">2.9.2015</DATE> — KAWŻA C‑309/14</P><P>CGIL U INCA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/109/KE</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Ħruġ u tiġdid tal-permess ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kontribuzzjoni finanzjarja obbligatorja</KEYWORD><KEYWORD>Ammont tmien darbiet ogħla minn dak għall-kisba tal-karta ta’ identità nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tal-prinċipji tad-Direttiva 2003/19/KE</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑309/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Presidenza del Consiglio dei Ministri,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Interno,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Economia e delle Finanze,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, J. L. da Cruz Vilaça u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), minn V. Angiolini, L. Formilan u L. Santini, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA), minn V. Angiolini, L. Formilan u L. Santini, avvocati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn F.‑X. Bréchot u D. Colas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou‑Durande u A. Aresu, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal‑<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272), kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110511">11 ta’ Mejju 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 132, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2003/109<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Confederazione Generale Italiana del Lavoro (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>CGIL<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) flimkien mal-Istituto Nazionale Confederale Assistenza (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>INCA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u l-Presidenza del Consiglio dei Ministri (Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri), flimkien mal-Ministero dell’Interno (Ministeru tal-Intern) u mal-Ministero dell’Economia e delle Finanze (Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi), għall-finijiet tal-annullament ta’ digriet adottat minn dawn iż-żewġ ministeri, fis‑<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, dwar il-kontribuzzjoni li għandha titħallas għall-ħruġ u t-tiġdid tal-permess ta’ residenza (GURI Nru 304, tal‑<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>digriet 2011<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kif ukoll kull att preparatorju, konsekuttiv jew konness.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 9, 10 u 18 tad-Direttiva 2003/109:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(9)</NO.P><TXT>Il-konsiderazzjonijiet ekonomiċi ma għandhomx ikunu bażi għar-rifjut ta’ l-għoti ta’ status ta’ residenti għal perjodu fit-tul u ma għandhomx ikunu kunsidrati bħala li jfixxklu l-kondizzjonijiet relevanti.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Għandu jiġi preskritt sett ta’ regoli li jirregolaw il-proċeduri għall-eżami ta’ l-applikazzjoni għall-istatus ta’ residenti ta’ perjodu twil ta’ żmien. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu effettivi u maniġġabbli, u jagħtu kont ta’ l-ammont normali tax-xogħol ta’ l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri, kif ukoll ikunu trasparenti u ġusti, sabiex joffru ċ-ċertezza legali adattata lil dawk konċernati. Dawn ma għandhomx jikkostitwixxu mezz biex ifixklu l-eżerċizzju tad-dritt tar-residenza.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>L-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet li skond dawn id-dritt tar-residenza fi Stat Membru ieħor jista’ jiġi akkwistat minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ikunu residenti għat-tul għandu jikkontribwixxi għal ksib effettiv tas-suq intern bħala żona li fiha il-moviment ħieles ta’ persuni jiġi assigurat. Dan jista’ ukoll jikkostitwixxi fattur prinċipali ta’ mobilità, notevolment fis-suq ta’ l-impiegi ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Permess [UE] ta’ residenza għal residenti għat-tul<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, l-Artikolu 8(2) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istati Membri għandhom joħorġu Permess [UE] ta’ residenza għal residenza għat-tul lir-residenti għat-tul. Il-permess għandu ikun validu għal ta’ l-anqas ħames snin; dan għandu ma’ l-applikazzjoni jekk meħtieġa, jiġġedded awtomatikament malli jiskadi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/109, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Eżami ta’ l-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-permess ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kondizzjonijiet li hemm provvidiment dwarhom fl-Artikoli 14, 15 u 16 jiġu sodisfatti, allura, bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jirrelataw mal-politika pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika, it-tieni Stat Membru għandu joħroġ lir-resident għat-tul permess ta’ residenza li jiġġedded. Il-permess ta’ residenza għandu, b’applikazzjoni, jekk meħtieġ, jiġġedded malli jiskadi. It-tieni Stat Membru għandu jinforma lill-ewwel Stat Membru bid-deċiżjoni tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-tieni Stat Membru għandu joħroġ lill-membri tal-familja ta’ residenti għat-tul permessi ta’ residenza li ikunu validi għall-istess perjodu bħal dak tal-permess maħruġ lir-residenti għat-tul.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2b) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998, tal‑<DATE ISO="19980725">25 ta’ Lulju 1998</DATE>, dwar test uniku tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni u r-regoli dwar il-kundizzjoni tal-barrani (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 191, tat‑<DATE ISO="19980818">18 ta’ Awwissu 1998</DATE>), inkluż f’dan id-digriet leġiżlattiv permezz tal-Artikolu 1(22)(b) tal-Liġi Nru 94, tal‑<DATE ISO="20090715">15 ta’ Lulju 2009</DATE>, dwar dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ sigurtà pubblika (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 170, tal‑<DATE ISO="20090724">24 ta’ Lulju 2009</DATE>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>It-talba ta’ ħruġ u ta’ tiġdid ta’ permess ta’ residenza għandu jkun suġġett għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni, li l-ammont tagħha għandu jkun stabbilit bejn minimu ta’ EUR 80 u massimu ta’ EUR 200 b’digriet tal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, b’konsultazzjoni mal-Ministru tal-Intern, li jistabbilixx barra minn hekk il-modalitajiet ta’ ħlas kif ukoll il-modalitajiet ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 14a(2) [tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998]. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni ma huwiex meħtieġ għall-ħruġ u t-tiġdid tal-permess ta’ residenza minħabba l-ażil, l-applikazzjonijiet għall-ażil, għall-protezzjoni sussidjarja, għall-permess ta’ residenza minħabba raġunijiet umanitarji.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14a tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998 jistabbilixxi u jirregola l-Fond għar-ripatrijazzjonijiet (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fondi rimpatri<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jiġi stabbilit Fond għar-ripatrijazzjonijiet fi ħdan il-Ministero dell’Interno, sabiex jiġu ffinanzjati l-ispejjeż marbuta mar-ritorn tal-barranin lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ provenjenza tagħhom.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Nofs il-kwota miksuba mill-ġbir tal-kontribuzzjoni msemmja fl-Artikolu 5(2b), kif ukoll il-kontribuzzjonijiet eventwalment previsti mill-Unjoni Ewropea għall-għanijiet segwii mill-Fond għandu jiġi ttrasferit lill-Fond. Il-kwota residwa tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2b) għandha tiġi ttrasferita lejn l-estimi tal-baġit tal-Ministeru tal-Intern, biex jiġu koperti l-ispejjeż marbuta mal-investigazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ ħruġ u ta’ tiġdid tal-permessi ta’ residenza.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Digriet 2011, adottat skont l-Artikoli 5(2b) u 14a tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998, jiffissa l-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu għall-ħruġ u t-tiġdid ta’ titolu ta’ residenza skont kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>a)</NO.P><TXT>EUR 80 għall-permessi ta’ residenza ta’ tul ta’ żmien ogħla minn tliet xhur u inqas minn jew ugwali għal sena;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>EUR 100 għall-permessi ta’ residenza ta’ tul ta’ żmien ogħla minn sena u inqas minn jew ugwali għal sentejn;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>EUR 200 għall-ħruġ tal-permess ta’ residenza KE għar-residenti għat-tul u għall-applikanti għal permess ta’ residenza fis-sens tal-Artikolu 27(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru [286/1998].<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Minkejja li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi ebda riferiment għal dispożizzjonijiet nazzjonali oħra li jistabbilixxu somom oħra li għandhom jitħallsu għall-ħruġ u t-tiġdid tal-permessi ta’ residenza, mill-osservazzjonijiet imressqa mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll miċ-CGIL u l-INCA jirriżulta li, skont il-leġiżlazzjoni Taljana preeżistenti, li għadha fis-seħħ, għall-ħruġ u t-tiġdid tal-permessi ta’ residenza għandu jitħallas ammont totali ta’ EUR 73.50, indipendentement mit-tul ta’ żmien tal-permess ta’ residenza, minbarra l-kontribuzzjonijiet previsti mid-Digriet 2011.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mill-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni jirriżulta li, skont l-Artikolu 7sb(1)(b) tad-Digriet Liġi Nru 7, tal‑<DATE ISO="20050131">31 ta’ Jannar 2005</DATE>, li jipprovdi dispożizzjonijiet urġenti għall-università u għar-riċerka, għall-patrimonju u għall-attivitajiet kulturali, għat-twettiq tax-xogħlijiet strateġiċi kbar, għall-mobbiltà tal-uffiċjali pubbliċi u għas-simplifikazzjoni tal-formalitajiet relatati mal-kontribuzzjonijiet tal-bolla u mat-taxxi ta’ konċessjoni, li ġie kkonvertit f’liġi, b’emendi, permezz tal-Liġi Nru 43, tal‑<DATE ISO="20050331">31 ta’ Marzu 2005</DATE>, il-permessi ta’ residenza f’forma kartaċea għandhom jiġu ssostitwiti, meta ssir l-applikazzjoni għall-ewwel ħruġ jew tiġdid tagħhom, b’permessi ta’ residenza elettroniċi konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002, tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 3), u dan mill‑<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 1 tad-digriet tal-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi tal‑<DATE ISO="20060404">4 ta’ April 2006</DATE> li jiffissa l-ammont tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-applikanti għall-permess ta’ residenza elettroniku, l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż huwa ffissat għal EUR 27.50, inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-artikolu uniku tad-digriet tal-Ministru tal-Intern tat‑<DATE ISO="20051012">12 ta’ Ottubru 2005</DATE>, li jiffissa l-ammont tal-oneru fuq il-persuna kkonċernata għall-ħruġ u għat-tiġdid tal-permessi u tat-titoli ta’ residenza fil-kuntest tal-ftehim konkluż fis-sens tal-Artikolu 39(4a) tal-Liġi Nru 3, tas‑<DATE ISO="20031216">16 ta’ Diċembru 2003</DATE>, l-ispiża għas-servizz li għandu jħallas l-applikant għal din it-tip ta’ proċedura hija ffissata għal EUR 30.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, konformement mal-parti 1 tal-Artikolu 4 tat-tariffa li tinsab fl-Anness A tad-Digriet Nru 642 tal-President tar-Repubblika, tas‑<DATE ISO="19721026">26 ta’ Ottubru 1972</DATE>, li jipprovdi regolamentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-bolla, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-bolla għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-permessi ta’ residenza huwa stabbilit b’mod fiss għal EUR 16.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Iċ-CGIL u l-INCA, talbu lit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (tribunal amministrattiv reġjonali għar-reġjun ta’ Lazio) l-annullament tad-Digriet 2011, fejn sostnew li l-kontribuzzjoni li għandha titħallas, skont dan id-digriet, għall-ħruġ u t-tiġdid ta’ permess ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma hijiex ekwa u/jew hija sproporzjonata.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju qieset li kien meħtieġ li tiġi eżaminata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-konformità, mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’dan ir-rigward, tar-regoli nazzjonali li jimponu, billi jiffissaw b’mod partikolari limiti fil-leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni, il-ħlas ta’ kontribuzzjoni għall-ħruġ ta’ permess ta’ residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju, billi straħet fuq is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tosserva li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat jista’ josserva l-prinċipji msemmija mid-Direttiva 2003/109 biss jekk l-ammont tal-kontribuzzjonijiet mitluba, li jistgħu madankollu jvarjaw ġewwa sensiela ta’ valuri, ma jilħqux, mill-iktar valur żgħir, somma li tkun sproporzjonatament għolja u għaldaqstant sproporzjonata meta mqabbla mal-ammont dovut miċ-ċittadini tal-istess Stat sabiex jiksbu titolu analogu bħal karta nazzjonali ta’ identità.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tfakkar li, fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tqiesu li huma inkompatibbli mal-prinċipji ddikjarati mid-Direttiva 2003/109 id-dispożizzjonijiet tal-ordinament ġuridiku tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi li kien jipprovdi, u dan sa mill-iżgħar valur tal-kontribuzzjoni mitluba għall-ħruġ ta’ titolu ta’ residenza, ammont ugwali għal madwar seba’ darbiet dak meħtieġ għall-ħruġ ta’ karta nazzjonali ta’ identità għal ċittadin tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li l-ispiża għall-ħruġ tal-karta ta’ identità nazzjonali fl-Italja hija attwalment ta’ madwar EUR 10, skont il-qorti tar-rinviju, u li l-inqas ammont iffissat mid-Digriet 2011 huwa ta’ EUR 80, b’tali mod li l-oneru finanzjarju impost fuq iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb il-ħruġ ta’ permess ta’ residenza fit-territorju nazzjonali huwa madwar tmien darbiet ogħla, din il-qorti tesprimi dubji fir-rigward tal-konformità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-prinċipji tad-Direttiva 2003/109, fid-dawl tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-prinċipji stabbiliti mid-Direttiva 2003/109 […] kif emendata u kkompletata suċċessivament, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik stabbilita bl-Artikolu 5(2b) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286, tal‑<DATE ISO="19980725">25 ta’ Lulju 1998</DATE>, li tipprovdi li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>t-talba ta’ ħruġ u ta’ tiġdid ta’ permess ta’ residenza għandu jkun suġġett għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni, li l-ammont tagħha għandu jkun stabbilit bejn minimu ta’ EUR 80 u massimu ta’ EUR 200 b’digriet tal-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, b’konsultazzjoni mal-Ministru tal-Intern, li jistabbilixx barra minn hekk il-modalitajiet ta’ ħlas […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, fejn b’tali mod jiġi stabbilit ammont minimu tal-kontribuzzjoni ta’ madwar tmien darbiet tal-ispiża għall-ħruġ ta’ karta tal-identità nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2003/109 tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal din inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li japplikaw għall-ħruġ jew it-tiġdid ta’ permess ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat, il-ħlas ta’ kontribuzzjoni li l-ammont tagħha jvarja bejn EUR 80 u EUR 200.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-premessi 4, 6 u 12 tad-Direttiva 2003/109, l-għan prinċipali ta’ din tal-aħħar huwa l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti fit-tul fl-Istati Membri (sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 66).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw il-ħruġ ta’ permessi u ta’ titoli ta’ residenza skont id-Direttiva 2003/109 għall-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u li, fl-iffissar tal-ammont ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet, huma jgawdu minn marġni ta’ diskrezzjoni (sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li s-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Istat Membri f’dan ir-rigward ma hijiex mingħajr limiti, u li dawn tal-aħħar ma jistgħux japplikaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tista’ tippreġudika t-twettiq tal-għanijiet segwiti mid-Direttiva 2003/109 u, għalhekk, li ċċaħdilha l-effettività tagħha (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-miżuri għall-implementazzjoni tad-Direttiva 2003/109 għandhom ikunu idonei għat-twettiq tal-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni u ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex dawn jinkisbu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 75).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm l-Istati Membru jistgħu jissuġġettaw il-ħruġ tal-permessi ta’ residenza taħt id-Direttiva 2003/109 għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet, xorta jibqa’ l-fatt li, konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-livell li fuqu dawn huma ffissati ma għandux ikollu la bħala għan u lanqas bħala effett li joħloq ostakolu għall-kisba ta’ status ta’ resident għat-tul mogħti minn din id-direttiva kif ukoll ta’ drittijiet oħra li jirriżultaw minn dan l-istatus, inkella jiġu ppreġudikati kemm l-għan segwit minn din id-direttiva kif ukoll l-ispirtu tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, C‑508/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:243">EU:C:2012:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ammont tal-kontribuzzjoni inkwistjoni huwa ta’ EUR 80 għall-ħruġ u t-tiġdid tal-permessi ta’ residenza ta’ tul ta’ żmien ogħla minn tliet xhur u inqas minn jew ugwali għal sena, ta’ EUR 100 għall-permessi ta’ residenza ta’ tul ta’ żmien ogħla minn sena u inqas minn jew ugwali għal sentejn, u ta’ EUR 200 għall-ħruġ tal-permess ta’ residenza UE għar-residenti għat-tul.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, l-effett finanzjarju ta’ kontribuzzjoni bħal din jista’ jkun kunsiderevoli għal ċerti ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mid-Direttiva 2003/109 għall-għoti tal-permessi ta’ residenza msemmija minnha, u dan huwa wisq iżjed minnu meta, fid-dawl tat-tul ta’ żmien ta’ permessi bħal dawn, dawn iċ-ċittadini jkunu kostretti jitolbu t-tiġdid tat-titoli tagħhom pjuttost ta’ spiss u li, mal-ammont ta’ din l-istess kontribuzzjoni jista’ jiżdied dak ta’ kontribuzzjonijiet oħra previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali preeżistenti, b’tali mod li, f’ċirkustanzi bħal dawn, l-obbligu ta’ ħlas tal-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jista’ jikkostitwixxi ostakolu għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jinvokaw id-drittijiet tagħhom mogħtija minn din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, sew fl-osservazzjonijiet tagħhom kif ukoll waqt is-seduta, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni rrilevaw li, skont il-leġiżlazzjoni Taljana preeżistenti, li għadha fis-seħħ, kontribuzzjoni oħra li l-ammont tagħha jammonta għal EUR 73.50 għandha titħallas, fi kwalunkwe każ, kemm għall-ħruġ kif ukoll għat-tiġdid tal-permessi ta’ residenza, u dan indipendentement mit-tul ta’ żmien tal-permess ta’ residenza inkwistjoni, fejn dan l-ammont jiżdied ma’ dak tal-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, konformement mal-Artikolu 14a tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998, nofs id-dħul iġġenerat mill-ġbir tal-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa intiż sabiex jiffinanzja l-ispejjeż marbuta mar-ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ provenjenza taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li nstabu li kienu f’sitwazzjoni illegali fit-territorju nazzjonali, fejn il-gvern Taljan ikkonferma dan il-punt waqt is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argument tal-gvern Taljan li l-kontribuzzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tkun sproporzjonata, peress li d-dħul iġġenerat minn din il-kontribuzzjoni huwa marbut mal-attività ta’ investigazzjoni neċessarja bil-għan li tiġi vverifikata l-osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kisba tal-permessi ta’ residenza taħt id-Direttiva 2003/109, ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2003/109 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz, li japplikaw għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ permess ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat, il-ħlas ta’ kontribuzzjoni li l-ammont tagħha jvarja bejn EUR 80 u EUR 200, sa fejn din il-kontribuzzjoni hija sproporzjonata fir-rigward tal-għan segwit minn din id-direttiva u tista’ toħloq ostakolu għall-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija minnha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal‑<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20110511">11 ta’ Mejju 2011</DATE>, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz, li japplikaw għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ permess ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat, il-ħlas ta’ kontribuzzjoni li l-ammont tagħha jvarja bejn EUR 80 u EUR 200, sa fejn din il-kontribuzzjoni hija sproporzjonata fir-rigward tal-għan segwit minn din id-direttiva u tista’ toħloq ostakolu għall-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija minnha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>