Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 557 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL











li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652

{SEC(2021) 657 final} - {SWD(2021) 620 final} - {SWD(2021) 621 final} - {SWD(2021) 622 final}


ANNESS I

L-Annessi tad-Direttiva (UE) Nru 2018/2001 huma emendati kif ġej:

(1)fl-Anness I, titħassar l-aħħar ringiela fit-tabella;

(2)jiddaħħal l-Anness 1a li ġej:

“ANNESS 1a

ISHMA TAT-TISĦIN U T-TKESSIĦ NAZZJONALI TAL-ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI FIL-KONSUM FINALI GROSS TAL-ENERĠIJA GĦALL-2020-2030

Żieda tal-ishma ta’ referenza (f’punti perċentwali)

(REF20/NECPs)

Ishma tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli riżultanti fl-2030 f’punti perċentwali inklużi żidiet (mill-inqas)

Il-Belġju

0,3 %

1,4 %

Il-Bulgarija

0,9 %

1,4 %

Ir-Repubblika Ċeka

0,5 %

1,4 %

Id-Danimarka

0,9 %

1,4 %

Il-Ġermanja

0,9 %

1,5 %

L-Estonja

1,2 %

1,5 %

L-Irlanda

2,1 %

2,9 %

Il-Greċja

1,6 %

2,0 %

Spanja

1,1 %

1,4 %

Franza

1,4 %

1,8 %

Il-Kroazja

0,7 %

1,4 %

L-Italja

1,2 %

1,6 %

Ċipru

0,5 %

1,6 %

Il-Latvja

0,8 %

1,0 %

Il-Litwanja

1,6 %

2,0 %

Il-Lussemburgu

2,0 %

2,7 %

L-Ungerija

0,9 %

1,5 %

Malta

0,5 %

1,5 %

In-Netherlands

0,7 %

1,4 %

L-Awstrija

0,7 %

1,5 %

Il-Polonja

1,0 %

1,5 %

Il-Portugall

1,0 %

1,4 %

Ir-Rumanija

0,6 %

1,4 %

Is-Slovenja

0,7 %

1,4 %

Is-Slovakkja

0,3 %

1,4 %

Il-Finlandja

0,5 %

0,8 %

L-Iżvezja

0,3 %

0,6 %

(3)L-Anness III huwa sostitwit b’dan li ġej:

KONTENUT TA’ ENERĠIJA FIL-KARBURANTI

Karburant

Kontenut ta’ enerġija skont il-piż (valur kalorifiku aktar baxx, MJ/kg)

Kontenut ta’ enerġija skont il-volum (valur kalorifiku aktar baxx, MJ/l)

KARBURANTI MILL-BIJOMASSA U/JEW OPERAZZJONIJIET TAL-IPPROĊESSAR TAL-BIJOMASSA

Bijopropan

46

24

Żejt veġetali pur (żejt prodott minn pjanti taż-żejt permezz tal-ippressar, l-estrazzjoni jew proċeduri paragunabbli, grezz jew raffinat imma mhux modifikat kimikament)

37

34

Bijodiżil - aċidu grass metilester (metilester prodott minn żejt ta’ oriġini mill-bijomassa)

37

33

Bijodiżil - aċidu grass etilester (etilester prodott minn żejt ta’ oriġini mill-bijomassa)

38

34

Bijogass li jista’ jissaffa sa kwalità ta’ gass naturali

50

—

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta’ oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għad-diżil

44

34

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta’ oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-petrol

45

30

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta’ oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-karburant tal-ġettijiet

44

34

Żejt idrotrattat (trattat termokimikament bl-idroġenu) ta’ oriġini mill-bijomassa, li jintuża bħala sostitut għall-gass likwifikat miż-żejt

46

24

Żejt koproċessat (proċessat f’raffinerija fl-istess waqt ma’ karburant fossili) ta’ oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għad-diżil

43

36

Żejt koproċessat (proċessat f’raffinerija fl-istess waqt ma’ karburant fossili) ta’ oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-petrol

44

32

Żejt koproċessat (proċessat f’raffinerija fl-istess waqt ma’ karburant fossili) ta’ oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-karburant tal-ġettijiet

43

33

Żejt koproċessat (proċessat f’raffinerija fl-istess waqt ma’ karburant fossili) ta’ oriġini mill-bijomassa jew il-bijomassa pirolizzata li jintuża bħala sostitut għall-gass likwifikat miż-żejt

46

23

KARBURANTI RINNOVABBLI LI JISTGĦU JIĠU PRODOTTI MINN SORSI RINNOVABBLI VARJI INKLUŻI, IL-BIJOMASSA

Metanol minn sorsi rinnovabbli

20

16

Etanol minn sorsi rinnovabbli

27

21

Propanol minn sorsi rinnovabbli

31

25

Butanol minn sorsi rinnovabbli

33

27

Diżil Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta’ idrokarburi sintetiċi li tintuża bħala sostitut għad-diżil)

44

34

Petrol Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta’ idrokarburi sintetiċi prodotta mill-bijomassa li tintuża bħala sostitut għall-petrol)

44

33

Karburant tal-ġettijiet Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta’ idrokarburi sintetiċi prodotta mill-bijomassa li tintuża bħala sostitut għall-karburant tal-avjazzjoni)

44

33

Gass likwifikat miż-żejt Fischer-Tropsch (idrokarbur sintetiku jew taħlita ta’ idrokarburi sintetiċi li tintuża bħala sostitut għall-gass tal-petroljum likwifikat)

46

24

DME (dimetileter)

28

19

Idroġenu minn sorsi rinnovabbli

120

—

ETBE (etiltertjobutileter prodott abbażi tal-etanol)

36 (li minnu 37 % minn sorsi rinnovabbli)

27 (li minnu 37 % minn sorsi rinnovabbli)

MTBE (metiltertjobutileter prodott fuq il-bażi tal-metanol)

35 (li minnu 22 % minn sorsi rinnovabbli)

26 (li minnu 22 % minn sorsi rinnovabbli)

TAEE (amiletileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal-etanol)

38 (li minnu 29 % minn sorsi rinnovabbli)

29 (li minnu 29 % minn sorsi rinnovabbli)

TAME (amilmetileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal-metanol)

36 (li minnu 18 % minn sorsi rinnovabbli)

28 (li minnu 18 % minn sorsi rinnovabbli)

THxEE (eżiletileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal-metanol)

38 (li minnu 25 % minn sorsi rinnovabbli)

30 (li minnu 25 % minn sorsi rinnovabbli)

THxME (eżilmetileterterzjarju prodott fuq il-bażi tal-metanol)

38 (li minnu 14 % minn sorsi rinnovabbli)

30 (li minnu 14 % minn sorsi rinnovabbli)

KARBURANTI MHUX RINNOVABBLI

Petrol

43

32

Diżil

43

36

Idroġenu minn sorsi mhux rinnovabbli

120

—

(4)L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“TAĦRIĠ U ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLATURI U D-DISINJATURI TA’ INSTALLAZZJONIJIET RINNOVABBLI”

b)is-sentenza introduttorja u l-ewwel paragrafu huma sostitwiti b’dan li ġej:

“L-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew il-programmi ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 18(3) għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

1. Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun trasparenti u definit b’mod ċar mill-Istati Membri jew mill-korp amministrattiv maħtur minnhom.”;

c)Jiddaħħlu l-punti 1a u 1b li ġejjin:

“1a. Iċ-ċertifikati maħruġa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu definiti b’mod ċar u faċli biex jiġu identifikati l-ħaddiema u l-professjonisti li jkunu jixtiequ jiksbu ċ-ċertifikazzjoni.

1b. Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni għandu jippermetti lill-installaturi jistabbilixxu installazzjonijiet ta’ kwalità għolja li joperaw b’mod affidabbli.”;

d)Il-punti 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li gej:

“2. L-installaturi tal-bijomassa, tal-pompi tas-sħana, tal-enerġija ġeotermali tal-wiċċ u tas-sistemi fotovoltajċi solari u termali solari għandhom ikunu ċċertifikati minn programm ta’ taħriġ jew minn fornitur tat-taħriġ akkreditat.”

3. L-akkreditazzjoni tal-programm ta’ taħriġ jew tal-fornitur għandha ssir mill-Istati Membri jew mill-korp amministrattiv maħtur minnhom. Il-korp ta’ akkreditazzjoni għandu jiżgura li l-programm ta’ taħriġ offrut mill-fornitur tat-taħriġ għandu kontinwità u kopertura reġjonali jew nazzjonali.

Il-fornitur tat-taħriġ għandu jkollu faċilitajiet tekniċi adegwati biex jipprovdi taħriġ prattiku, inkluż biżżejjed tagħmir tal-laboratorju jew faċilitajiet korrispondenti biex jipprovdi taħriġ prattiku.

Minbarra t-taħriġ bażiku, il-fornitur tat-taħriġ għandu joffri korsijiet iqsar ta’ aġġornament u titjib tal-ħiliet organizzati f’moduli ta’ taħriġ li jippermettu lill-installaturi u lid-disinjaturi jżidu kompetenzi ġodda, iwessgħu u jiddiversifikaw il-ħiliet tagħhom f’diversi teknoloġiji u l-kombinamenti tagħhom. Il-fornitur tat-taħriġ għandu jiżgura l-adattament tat-taħriġ għal teknoloġiji rinnovabbli ġodda fil-kuntest tal-bini, l-industrija u l-agrikoltura. Il-fornituri tat-taħriġ għandhom jirrikonoxxu l-ħiliet rilevanti miksuba.

Il-programmi u l-moduli ta’ taħriġ għandhom jitfasslu b’tali mod li jippermettu t-tagħlim tul il-ħajja f’installazzjonijiet rinnovabbli u li jkunu kompatibbli mat-taħriġ vokazzjonali għal dawk li jkunu jfittxu impjieg għall-ewwel darba u l-adulti li jkunu qed ifittxu taħriġ mill-ġdid jew impjieg ġdid.

Il-programmi ta’ taħriġ għandhom jitfasslu sabiex jiffaċilitaw il-kisba ta’ kwalifika f’teknoloġiji u f’soluzzjonijiet differenti u jevitaw speċjalizzazzjoni limitata f’marka jew teknoloġija speċifika. Il-fornitur tat-taħriġ jista’ jkun il-manifattur tat-tagħmir jew tas-sistema, jew istitut jew assoċjazzjoni.”;

e) Fil-punt 6(c), jiżdiedu l-punti (iv) u (v) li ġejjin:

“(iv)    konoxxenza tal-istudji tal-fattibbiltà u tad-disinn;

(v)    konoxxenza tat-tħaffir, f’każ ta’ pompi tas-sħana ġeotermali.”;

(5) fl-Anness V, il-parti C hija emendata kif ġej:

a)il-punti 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5. L-emissjonijiet mill-estrazzjoni jew il-kultivazzjoni ta’ materja prima, eec, għandhom jinkludu emissjonijiet mill-proċess ta’ estrazzjoni jew kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir, it-tnixxif u l-ħażna ta’ materja prima; mill-iskart u t-tnixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti użati fl-estrazzjoni jew il-kultivazzjoni. Il-qbid ta’ CO2 fil-kultivazzjoni ta’ materja prima għandu jiġi eskluż. Jekk ikunu disponibbli, fil-kalkolu għandhom jiġu applikati l-valuri awtomatiċi diżaggregati għall-emissjonijiet ta’ N2O fil-ħamrija stabbiliti fil-Parti D. Huwa permess li l-medji jiġu kkalkulati abbażi tal-prattiki tal-biedja lokali bbażati fuq id-data ta’ grupp ta’ azjendi agrikoli, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali.”;

6. Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 1(a), l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn ġestjoni agrikola mtejba, esca, bħal pereżempju billi naqilbu għal tnaqqis jew tneħħija tal-ħrit, għal titjib tar-rotazzjoni tal-għelejjel, l-użu ta’ wċuħ tar-raba’, inkluża l-ġestjoni tar-residwu mill-għelejjel, u l-użu ta’ sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija (eż. kompost, diġestat tal-fermentazzjoni tad-demel), għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk ma jaffettwawx il-bijodiversità b’mod negattiv. Għandha tiġi pprovduta aktar evidenza solida u verifikabbli li l-karbonju fil-ħamrija żdied, jew li huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dan żdied matul il-perjodu li fih tkun ġiet ikkultivata l-materja prima kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet fejn dawn il-prattiki jwasslu għal żieda fl-użu tal-erbiċidi u tal-fertilizzanti 1 .”;

b)jitħassar il-punt 15:

c)il-punt 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“18. Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + e l + esca + dwak il-frazzjonijiet ta’ ep, etd, eccs u eccr li jsiru sa u inkluż l-istadju tal-proċess li fih huwa prodott il-prodott sekondarju. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ proċess preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dawk l-għanijiet minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet. Fil-każ ta’ bijogass u bijometan, il-prodotti sekondarji kollha li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 7, għandhom ikunu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dak il-kalkolu. L-ebda emissjonijiet ma għandhom jiġu allokati għal skart u residwi. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-finijiet tal-kalkolu. L-iskart u r-residwi, inkluż l-iskart u r-residwi inklużi fl-Anness IX għandhom jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja sal-proċess tal-ġbir ta’ dawk il-materjali irrispettivament minn jekk humiex ipproċessati fi prodotti intermedji qabel jiġu ttrasformati fil-prodott finali. Ir-residwi li mhumiex inklużi fl-Anness IX u li huma tajbin għall-użu fis-suq tal-ikel jew tal-għalf għandhom jitqiesu li għandhom l-istess ammont ta’ emissjonijiet mill-estrazzjoni, mill-ħsad jew mill-kultivazzjoni tal-materja prima, eec bħala l-eqreb sostitut tagħhom fis-suq tal-ikel u tal-għalf li huwa inkluż fit-tabella fil-Parti D. Fil-każ ta’ karburanti mill-bijomassa prodotti fir-raffineriji, minbarra l-kombinament ta’ impjanti tal-ipproċessar ma’ bojlers jew unitajiet ta’ koġenerazzjoni li jipprovdu s-sħana u/jew l-elettriku lill-impjant tal-ipproċessar, l-unità tal-analiżi għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 17 għandha tkun ir-raffinerija”;

(6)Fl-Anness VI, il-Parti B hija emendata kif ġej:

a)il-punti 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5. L-emissjonijiet mill-estrazzjoni jew il-kultivazzjoni ta’ materja prima, eec, għandhom jinkludu emissjonijiet mill-proċess ta’ estrazzjoni jew kultivazzjoni nnifsu; mill-ġbir, it-tnixxif u l-ħażna ta’ materja prima; mill-iskart u t-tnixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti użati fl-estrazzjoni jew il-kultivazzjoni. Il-qbid ta’ CO2 fil-kultivazzjoni ta’ materja prima għandu jiġi eskluż. Jekk ikunu disponibbli, fil-kalkolu għandhom jiġu applikati l-valuri awtomatiċi diżaggregati għall-emissjonijiet ta’ N2O fil-ħamrija stabbiliti fil-Parti D. Huwa permess li l-medji jiġu kkalkulati abbażi tal-prattiki tal-biedja lokali bbażati fuq id-data ta’ grupp ta’ azjendi agrikoli, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri attwali.”

6. Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 1(a), l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn ġestjoni agrikola mtejba, esca, bħal pereżempju billi naqilbu għal tnaqqis jew tneħħija tal-ħrit, għal titjib tar-rotazzjoni tal-għelejjel, l-użu ta’ wċuħ tar-raba’, inkluża l-ġestjoni tar-residwu mill-għelejjel, u l-użu ta’ sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija (eż. kompost, diġestat tal-fermentazzjoni tad-demel), għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk ma jaffettwawx il-bijodiversità b’mod negattiv. Għandha tiġi pprovduta aktar evidenza solida u verifikabbli li l-karbonju fil-ħamrija żdied, jew li huwa raġonevoli li wieħed jistenna li dan żdied matul il-perjodu li fih tkun ġiet ikkultivata l-materja prima kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet fejn dawn il-prattiki jwasslu għal żieda fl-użu tal-erbiċidi u tal-fertilizzanti 2 .”;

b)jitħassar il-punt 15:

c)il-punt 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“18. Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-punt 17, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el + esca + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep, etd, eccs u eccr li jsiru sa u inkluż l-istadju tal-proċess li fih huwa prodott il-prodott sekondarju. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ proċess preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dawk l-għanijiet minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet.

Fil-każ ta’ bijogass u bijometan, il-prodotti sekondarji kollha li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 7, għandhom ikunu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dak il-kalkolu. L-ebda emissjonijiet ma għandhom jiġu allokati għal skart u residwi. Il-prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-finijiet tal-kalkolu.

L-iskart u r-residwi, inkluż l-iskart u r-residwi inklużi fl-Anness IX għandhom jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja sal-proċess tal-ġbir ta’ dawk il-materjali irrispettivament minn jekk humiex ipproċessati fi prodotti intermedji qabel jiġu ttrasformati fil-prodott finali. Ir-residwi li mhumiex inklużi fl-Anness IX u li huma tajbin għall-użu fis-suq tal-ikel jew tal-għalf għandhom jitqiesu li għandhom l-istess ammont ta’ emissjonijiet mill-estrazzjoni, mill-ħsad jew mill-kultivazzjoni tal-materja prima, eec bħala tal-eqreb sostitut tagħhom fis-suq tal-ikel u tal-għalf li huwa inkluż fit-tabella fil-Parti D tal-Anness V.

Fil-każ ta’ karburanti mill-bijomassa prodotti fir-raffineriji, minbarra l-kombinament ta’ impjanti tal-ipproċessar ma’ bojlers jew unitajiet ta’ koġenerazzjoni li jipprovdu s-sħana u/jew l-elettriku lill-impjant tal-ipproċessar, l-unità tal-analiżi għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 17 għandha tkun ir-raffinerija”

(7) fl-Anness VII, fid-definizzjoni ta’ “Qużabbli”, ir-referenza għall-Artikolu 7(4) hija sostitwita b’referenza għall-Artikolu 7(3).

(8)L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)fil-Parti A, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Materja prima għall-produzzjoni ta’ bijogass għat-trasport u ta’ bijokarburanti avvanzati:”

(b)Fil-Parti B, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-materja prima għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass għat-trasport, li l-kontribut tagħha għall-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25, għandha tkun limitata:”;

ANNESS II

L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 98/70/KE huma emendati kif ġej:

(1) L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)it-test tan-nota f’qiegħ il-paġna 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1) Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 228:2012+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 228:2012+A1:2017 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.” ;

(b)it-test tan-nota f’qiegħ il-paġna 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

   “(2) il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, it-termini ta’ EN ISO 4259-1:2017/A1:2021 “Petroleum u prodotti relatati — Preċiżjoni tal-metodi ta’ kejl u riżultati – Parti 1: Ġiet applikata determinazzjoni tad-data ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-metodi tat-test u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259-2:2017/A1:2019.”;

(c)it-test tan-nota f’qiegħ il-paġna 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(6) Monoalkoħols u eteri oħra b’punt finali ta’ togħlija li ma jkunx ogħla minn dak iddikjarat f’EN 228:2012 +A1:2017.”

(2) L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)fl-aħħar linja tat-tabella, “Kontenut ta’ FAME — EN 14078”, l-entrata fl-aħħar kolonna “Limiti” “Massimu”, “7,0” hija sostitwita bi “10,0”;

(b)it-test tan-nota f’qiegħ il-paġna 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1) Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 590:2013+A1:2017. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2013+A1:2017 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.”;

(c)it-test tan-nota f’qiegħ il-paġna 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2) il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma “valuri reali”. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu tagħhom, it-termini EN ISO 4259-1:2017/A1:2021 “Petroleum u prodotti relatati — Preċiżjoni tal-metodi ta’ kejl u riżultati – Parti 1: Ġiet applikata determinazzjoni tad-data ta’ preċiżjoni fir-rigward tal-metodi tat-test u sabiex jiġi ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = riproduċibbiltà). Ir-riżultati ta’ kejl individwali għandhom ikunu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f’EN ISO 4259-2:2017/A1:2019.”;

(3)L-Annessi IV u V huma mħassra.

(1)    Il-kejl tal-karbonju fil-ħamrija jista’ jikkostitwixxi evidenza bħal din, eż. permezz tal-ewwel kejl qabel dak tal-kultivazzjoni u dawk sussegwenti f’intervalli regolari b’ħafna snin bejn kull wieħed. F’każ bħal dan, qabel ma jkun disponibbli t-tieni kejl, iż-żieda fil-karbonju fil-ħamrija tista’ tiġi stmata fuq il-bażi ta’ esperimenti jew kampjuni tal-ħamrija rappreżentattivi. Mit-tieni kejl ’il quddiem, il-kejl ikun jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ żieda fil-karbonju fil-ħamrija u d-daqs tagħha.
(2)    Il-kejl tal-karbonju fil-ħamrija jista’ jikkostitwixxi evidenza bħal din, eż. permezz tal-ewwel kejl qabel dak tal-kultivazzjoni u dawk sussegwenti f’intervalli regolari b’ħafna snin bejn kull wieħed. F’każ bħal dan, qabel ma jkun disponibbli t-tieni kejl, iż-żieda fil-karbonju fil-ħamrija tista’ tiġi stmata fuq il-bażi ta’ esperimenti jew kampjuni tal-ħamrija rappreżentattivi. Mit-tieni kejl ’il quddiem, il-kejl ikun jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ żieda fil-karbonju fil-ħamrija u d-daqs tagħha.