<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-222/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0222</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:356">EU:T:2019:356</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190523">23.5.2019</DATE> – Kawża T‑222/17 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Recylex <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20190523">23 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq tar-riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza taċ-ċomb u tal-aċtu</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Koordinazzjoni tal-prezzijiet tax-xiri</KEYWORD><KEYWORD>Multi</KEYWORD><KEYWORD>Punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006</KEYWORD><KEYWORD>Punt 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sħiħa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑222/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Recylex SA</HT>, stabbilita f’Pariġi (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">Fonderie et Manufacture de Métaux SA</HT>, stabbilita fi Brussell (il-Belġju),</P><P><HT TYPE="BOLD">Harz-Metall GmbH</HT>, stabbilita f’Goslar (il-Ġermanja),</P><P>irrappreżentati minn M. Wellinger, S. Reinart u K. Bongs, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn I. Rogalski, J. Szczodrowski u F. van Schaik, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 900 final tat‑<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE> dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.40018 – Riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn A. M. Collins (Relatur), President, M. Kancheva u R. Barents, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Schall, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Recylex SA, Fonderie et Manufacture de Métaux SA u Harz-Metall GmbH (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Recylex<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) huma kumpanniji stabbiliti, rispettivament, fi Franza, fil-Belġju u fil-Ġermanja, attivi fil-produzzjoni taċ-ċomb irriċiklat u ta’ prodotti oħra (polipropilen, żingu u metalli speċjali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 900 final tat‑<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE> dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.40018 – Riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE fis-settur tax-xiri tal-iskart ta’ batteriji tal-karozza taċ-ċomb u tal-aċtu użat għall-produzzjoni taċ-ċomb irriċiklat. Dan il-ksur, li fih kienu pparteċipaw erba’ impriżi jew gruppi ta’ impriżi, jiġifieri, l-ewwel nett, Campine NV u Campine Recycling NV (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Campine<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), it-tieni nett, Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH u Société de traitement chimique des métaux SAS (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Eco-Bat<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), it-tielet nett, Johnson Controls, Inc., Johnson Controls Tolling GmbH &amp; Co. KG u Johnson Controls Recycling GmbH (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>JCI<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), u, ir-raba’ nett, Recylex, twettaq matul il-perijodu mit‑<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> sas‑<DATE ISO="20120926">26 ta’ Settembru 2012</DATE> (premessi 1 u 2, u l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-ksur inkwistjoni, li jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu, ħa l-forma ta’ ftehimiet jew ta’ prattiki miftiehma fit-territorju tal-Belġju, tal-Ġermanja, ta’ Franza u tal-Pajjiżi l-Baxxi. Dan kien jikkonsisti, għall-erba’ impriżi jew gruppi ta’ impriżi msemmija fil-punt 2 iktar ’il fuq, fil-koordinazzjoni tal-aġir tagħhom fil-qasam tal-prezzijiet tax-xiri tal-iskart ta’ batteriji tal-karozzi taċ-ċomb u tal-aċtu użat għall-produzzjoni taċ-ċomb irriċiklat (premessi 1 u 2, u l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura amministrattiva li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-proċedura amministrattiva nfetħet wara talba għal immunità, fis-sens tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell [akkordji] (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), imressqa fit‑<DATE ISO="20120622">22 ta’ Ġunju 2012</DATE> minn JCI. Fit‑<DATE ISO="20120913">13 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni tat immunità kundizzjonali lil din l-impriża, skont il-punt 18 ta’ dan l-avviż (premessa 29 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Eco-Bat, fis‑<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, u Recylex, fit‑<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ressqu talba għal immunità jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006. Fl‑<DATE ISO="20121204">4 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Campine ressqet talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa bis-saħħa tal-istess avviż (premessa 31 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-Kummissjoni informat lil Eco-Bat u lil Recylex bil-konklużjoni provviżorja tagħha li tgħid li l-provi li dawn tal-aħħar kienu kkomunikawlha kienu jikkostitwixxu valur miżjud sinjifikattiv fis-sens tal-punti 24 u 25 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 u, għaldaqstant, bl-intenzjoni tagħha li tnaqqas l-ammont tal-multa li kellha tiġi imposta<?PAGE NO="3"?> fuqhom. Permezz ta’ ittra tal-istess jum, il-Kummissjoni informat ukoll lil Campine bil-konklużjoni provviżorja tagħha li tgħid li din tal-aħħar ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika minn tnaqqis tal-ammont tal-multa skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 (premessa 33 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, li fiha, b’mod partikolari, tikkritika lil Recylex talli pparteċipat fil-ksur imsemmi fil-punt 3 iktar ’il fuq mit‑<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> sas‑<DATE ISO="20120926">26 ta’ Settembru 2012</DATE> u imponiet fuqha, in solidum, multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">26739000</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 għal dak li jirrigwarda l-kooperazzjoni ta’ Eco-Bat</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tagħha, Recylex issostni li Eco-Bat ma ssodisfatx id-dmir tagħha ta’ kooperazzjoni fis-sens tal-punt 12(a) u (c) tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006, kif meħtieġ mill-punt 24 ta’ dan l-avviż. Fil-fehma tagħha, peress li, sabiex tkun tista’ titlob tnaqqis tal-ammont tal-multa, il-kundizzjonijiet kumulattivi tal-punt 12(a) sa (c) ta’ dan l-avviż għandhom jiġu ssodisfatti, Eco-Bat ma setgħetx tibbenefika minn tnaqqis tal-multa. Għalhekk għandu jiġi konkluż li, minflok ma kienet it-tieni impriża li pproduċiet provi b’valur miżjud sinjifikattiv, Recylex kienet l-ewwel impriża li pproduċiet tali provi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni wettqet żball fl-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 billi tatha tnaqqis ta’ bejn 20 u 30 % minflok ta’ bejn 30 u 50 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Recylex tallega li Eco-Bat ma ssodisfatx id-dmir tagħha ta’ kooperazzjoni taħt diversi aspetti. L-ewwel nett, Eco-Bat ipprovdiet, qabel it-talba ta’ klemenza ta’ Recylex, informazzjoni inkompleta u qarrieqa fir-rigward tat-territorji kkonċernati mill-ksur. Fil-fatt, Eco-Bat sostniet li l-ksur kien limitat għall-Ġermanja, għall-Pajjiżi l-Baxxi u, xi kultant, għall-Belġju. Eco-Bat wieġbet ukoll b’mod evażiv għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni dwar il-ksur għal dak li jirrigwarda Franza. It-tieni nett, Eco-Bat ma kinitx żvelat il-portata kollha tal-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tagħha fil-ksur, li juri li hija ma kinitx wettqet riċerki serji sabiex tipprovdi lill-Kummissjoni b’deskrizzjoni kompleta tal-parteċipazzjoni tagħha. It-tielet nett, Eco-Bat kienet ipprovdiet informazzjoni qarrieqa dwar ir-rwol ta’ wieħed mir-rappreżentanti tagħha. B’mod iktar ġenerali, it-tweġibiet ta’ Eco-Bat għat-talbiet għal informazzjoni tal-Kummissjoni ma jurux kooperazzjoni ġenwina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-iskwalifika ta’ Eco-Bat, Recylex tqis li hija kellha dritt għal tnaqqis massimu ta’ 50 % fl-ewwel marġni tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006. Għal dak li jirrigwarda l-valur miżjud sinjifikattiv tal-provi li hija pproduċiet, Recylex tibbaża ruħha, essenzjalment, fuq l-istess argumenti bħal dawk invokati minnha insostenn tal-ewwel u tat-tieni motiv tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Matul is-seduta, Recylex ikkonfermat li, b’dan il-motiv, hija ma kellhiex l-intenzjoni ċċaħħad lil Eco-Bat mit-tnaqqis ta’ 50 % li minnu kienet tgawdi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li huwa paċifiku bejn il-partijiet li Eco-Bat, fis‑<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, kienet l-ewwel impriża li pproduċiet provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv. Recylex, fit‑<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, kienet it-tieni impriża li pproduċiet tali provi. Fid-dawl tal-ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni ta’ provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv, Recylex ma tistax, fi kwalunkwe każ,<?PAGE NO="4"?> tiġi kklassifikata bħala l-ewwel impriża li pproduċiet provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv, anki jekk Eco-Bat kellha tiġi skwalifikata minn kwalunkwe tnaqqis minħabba ksur tad-dmir ta’ kooperazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-punt 12 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006. Konsegwentement, l-ilmenti ta’ Recylex dwar il-ksur tad-dmir ta’ kooperazzjoni ta’ Eco-Bat u l-affermazzjonijiet tagħha dwar il-valur miżjud sinjifikattiv tal-provi li hija pproduċiet huma mingħajr skop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>L-ewwel kwistjoni li tqum hija dwar jekk, fil-każ fejn żewġ impriżi jkunu pproduċew provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv, dik li tkun ipproduċiethom fit-tieni lok tistax tieħu post l-ewwel waħda, jekk jirriżulta li l-kooperazzjoni ta’ din tal-aħħar ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tal-punt 12 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li, bl-adozzjoni tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006, il-Kummissjoni ħolqot aspettattivi leġittimi, fatt li hija rrikonoxxiet fil-punt 38 tal-imsemmi avviż. Fid-dawl tal-aspettattivi leġittimi li l-impriżi li jixtiequ jikkooperaw mal-Kummissjoni jistgħu jisiltu minn dan l-avviż, il-Kummissjoni hija għalhekk obbligata li tikkonforma ruħha miegħu (ara s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160229">29 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schenker vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑265/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:111">EU:T:2016:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0361">361</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li, peress li l-proċedura ta’ klemenza tikkostitwixxi eċċezzjoni għar-regola li tgħid li impriża għandha tiġi ssanzjonata għal kull ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, ir-regoli relatati magħha għandhom għaldaqstant jiġu interpretati b’mod strett (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>LG Display u LG Display Taiwan vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:88">EU:T:2014:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0167">167</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006, huwa previst dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>F’kull deċiżjoni finali mogħtija fi tmiem il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-livell ta’ tnaqqis li minnu għandha tibbenefika l-impriża, relattiv mal-multa li altrimenti tiġi imposta. Għal:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel impriża li tipprovdi valur miżjud sinjifikanti: tnaqqis ta’ bejn 30 u 50 %,</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni impriża li tipprovdi valur miżjud sinjifikanti: tnaqqis ta’ bejn 20 u 30 %,</P></ITEM><ITEM><P>impriża oħra li jipprovdu valur miżjud sinjifikanti: tnaqqis massimu ta’ 20 %.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Il-punt 24 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 jipprovdi li, sabiex tikkwalifika għal tnaqqis, impriża għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fil-punti 12(a) sa (c) tal-imsemmi avviż. Il-punt 12 jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar id-dmir ta’ kooperazzjoni. Dan jipprovdi, essenzjalment, li l-impriża għandha, l-ewwel nett, tikkoopera b’mod ġenwin, sħiħ, u fuq bażi kontinwa u mingħajr dewmien matul il-proċedura amministrattiva kollha, li jeħtieġ li l-impriża tipproduċi informazzjoni preċiża, mhux qarrieqa u kompleta. It-tieni nett, hija trid ittemm il-parteċipazzjoni tagħha fl-allegat akkordju u, it-tielet nett, hija ma tridx tkun qerdet, iffalsifikat jew ħbiet provi tal-allegat akkordju. F’dan il-każ, ir-rikorrenti ma jikkontestawx li Eco-Bat kienet tissodisfa t-tieni kundizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>L-aħħar paragrafu tal-punt 30 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 jipprovdi li, jekk il-Kummissjoni tikkonstata li impriża ma tkunx tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 12, hija ma għandha tibbenefika mill-ebda trattament favorevoli taħt dan l-avviż. Għaldaqstant, kif wara kollox huwa paċifiku bejn il-partijiet, ir-rekwiżit ta’ kooperazzjoni, fis-sens tal-punt 12 tal-avviż inkwistjoni, jikkostitwixxi kriterju inerenti sabiex jiġi ddeterminat jekk impriża għandhiex dritt għal immunità totali jew parzjali, jew għal tnaqqis tal-ammont tal-multa. Jekk hija ma ssodisfatx id-dmir tagħha ta’ kooperazzjoni, hija ma tistax tibbenefika mill-klemenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, min-naħa l-oħra, li mill-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 ma jirriżultax li ksur tad-dmir ta’ kooperazzjoni jaffettwa l-ordni tal-wasla mogħti lit-talbiet ta’ klemenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, mil-loġika stess tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2002, kif ukoll dak tal‑2006, jirriżulta li l-effett mixtieq huwa li tinħoloq klima ta’ inċertezza fi ħdan l-akkordji billi titħeġġeġ id-denunzja tagħhom lill-Kummissjoni. Din l-inċertezza tirriżulta preċiżament mill-fatt li l-parteċipanti fl-akkordju jafu li wieħed biss fosthom jista’ jibbenefika minn immunità minn multa billi jiddenunzja lill-parteċipanti l-oħra fil-ksur, sabiex b’hekk ikunu esposti għar-riskju li jiġu imposti multi fuqhom. Fil-kuntest ta’ din is-sistema, u skont l-istess loġika, l-impriżi li jipprovdu l-kooperazzjoni tagħhom l-iktar malajr jibbenefikaw minn tnaqqis ikbar tal-multi li kieku kienu jeħlu minn dak mogħti lill-impriżi li jikkooperaw inqas malajr (ara s-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Wabco Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:449">EU:T:2013:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0147">147</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Repsol Lubricantes y Especialidades <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑496/07</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:464">EU:T:2013:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0334">334</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>L-ordni kronoloġiku u l-ħeffa tal-kooperazzjoni offruta mill-membri tal-akkordju jikkostitwixxu elementi fundamentali tas-sistema stabbilita mill-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111005">5 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Transcatab vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑39/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:562">EU:T:2011:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0380">380</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Wabco Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:449">EU:T:2013:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0148">148</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li la l-formulazzjoni tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 u lanqas il-loġika tagħha ma jappoġġjaw interpretazzjoni li tgħid li, fil-każ fejn żewġ impriżi jkunu pproduċew provi li jirrappreżentaw valur miżjud sinjifikattiv, dik li tkun ipproduċiethom fit-tieni lok tieħu post l-ewwel waħda, jekk jirriżulta li l-kooperazzjoni ta’ din tal-aħħar ma kinitx konformi mar-rekwiżiti tal-punt 12 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Konklużjoni kuntrarja tista’ twassal għal sitwazzjoni ipotetika fejn żewġ impriżi jibbenefikaw mit-tnaqqis previst f’kull inċiż tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006. Dan jista’ jdgħajjef l-inċentiv, ta’ kull impriża li tkun qiegħda tipparteċipa f’akkordju antikompetittiv, sabiex tikkoopera mal-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun mingħajr madankollu ma jiżdied l-inċentiv sabiex tikkoopera magħha għalkollox, peress li l-inċentiv li tipprovdi kooperazzjoni ġenwina huwa diġà kompletament protett mit-theddida tal-applikazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-punti 24 u 30 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat ukoll li Recylex ma invokat la fin-noti tagħha u lanqas fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija magħmula fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura argumenti rilevanti li jqiegħdu inkwistjoni din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma wettqitx żball meta ma tatx lil Recylex tnaqqis ta’ bejn 30 sa 50 %, skont l-ewwel inċiż tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006. Fil-fatt, għalkemm Eco-Bat naqset mid-dmir tagħha li tikkoopera għalkollox mal-Kummissjoni, xorta jibqa’ l-fatt li Recylex kienet it-tieni impriża li pproduċiet provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argumenti li jifdal huma ineffettivi u li r-raba’ motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><?PAGE NO="6"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Recylex SA, Fonderie et Manufacture de Métaux SA u Harz-Metall GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Barents</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑<DATE ISO="20190523">23 ta’ Mejju 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>