Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 559 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

{SEC(2021) 560 final} - {SWD(2021) 631 final} - {SWD(2021) 632 final} - {SWD(2021) 637 final} - {SWD(2021) 638 final}


ANNESS I

Rapportar

Ir-rapport ta’ progress imsemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

1.l-iffissar tal-miri

(a)il-projezzjonijiet tal-adozzjoni tal-vetturi għall-31 ta’ Diċembru tas-snin 2025, 2030 u 2035 għal:

–vetturi tat-triq ħfief, separatament għal vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi ibridi rikarikabbli, u vetturi li jaħdmu bl-idroġenu;

–vetturi tat-triq tqal, separatament għal vetturi elettriċi bil-batterija u vetturi li jaħdmu bl-idroġenu;

(b)il-miri għall-31 ta’ Diċembru 2025, 2030 u 2035 għal:

–l-infrastruttura tal-irriċarġjar bl-elettriku għall-vetturi ħfief: l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar u l-output tal-potenza (il-klassifikazzjoni tal-istazzjonijiet tal-irriċarġjar skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament);

–l-iżvilupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar għall-vetturi ħfief li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku;

–l-infrastruttura tal-irriċarġjar bl-elettriku għall-vetturi tqal: l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar u l-output tal-potenza;

–l-iżvilupp ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar għall-vetturi tqal li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku;

–l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu: l-għadd ta’ stazzjonijiet tar-riforniment, il-kapaċità tal-istazzjonijiet tar-riforniment u l-konnettur ipprovdut;

–l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-LNG fit-triq: l-għadd ta’ stazzjonijiet tar-riforniment u l-kapaċità tal-istazzjonijiet;

–il-punt tar-riforniment tal-LNG fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T inkluż il-post (port) u l-kapaċità għal kull port;

–il-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T, inkluż il-post eżatt (il-port) u l-kapaċità ta’ kull installazzjoni fil-port;

–il-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet tal-passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T, inkluż il-post (il-port) u l-kapaċità;

–il-provvista tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji, l-għadd ta’ installazzjonijiet għal kull ajruport tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T;

–miri u objettivi nazzjonali oħra li għalihom ma teżisti l-ebda mira nazzjonali obbligatorja tal-UE. Għall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet, fl-ajruporti u għat-trasport ferrovjarju, iridu jiġu rrapportati l-post u l-kapaċità/id-daqs tal-installazzjoni;

2.ir-rati ta’ utilizzazzjoni: għall-kategoriji taħt il-punt 1(b), ir-rapportar tal-utilizzazzjoni ta’ dik l-infrastruttura;

3.il-livell ta’ kisba tal-objettivi nazzjonali għall-varar ta’ fjuwils alternattivi fil-modi tat-trasport differenti (bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru);

–il-livell ta’ kisba tal-miri għall-varar tal-infrastruttura kif imsemmi fil-punt 1(b) għall-modi kollha tat-trasport, b’mod partikolari għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar elettriku, għas-sistema ta’ triq elettrika (jekk applikabbli), għall-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu, għall-provvista tal-elettriku mix-xatt fil-portijiet marittimi u tal-passaġġi fuq l-ilma interni, għall-bunkering tal-LNG fil-portijiet marittimi tan-network ewlieni TEN-T, għal infrastruttura oħra tal-fjuwils alternattivi fil-portijiet, għall-provvista tal-elettriku għall-inġenji tal-ajru stazzjonarji, kif ukoll għall-punti tar-riforniment tal-idroġenu u għall-punti tal-irriċarġjar tal-elettriku għall-ferroviji;

–għall-punti tal-irriċarġjar, l-ispeċifikar tal-proporzjon tal-infrastruttura pubblika għal dik privata;

–il-varar tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fin-nodi urbani;

4.il-miżuri legali: informazzjoni dwar miżuri legali, li jistgħu jikkonsistu minn miżuri leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi b’appoġġ għall-bini ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, bħall-permessi għall-bini, il-permessi għall-parkeġġi, iċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tan-negozji u konċessjonijiet ta’ stazzjonijiet tal-fjuwil;

5.informazzjoni dwar il-miżuri ta’ politika b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika nazzjonali, inkluż:

–l-inċentivi diretti għax-xiri ta’ mezzi tat-trasport li jużaw il-fjuwils alternattivi jew għall-bini tal-infrastruttura;

–id-disponibbiltà ta’ inċentivi tat-taxxa għall-promozzjoni ta’ mezzi tat-trasport li jużaw fjuwils alternattivi u l-infrastruttura rilevanti;

–l-użu ta’ akkwist pubbliku b’appoġġ għall-fjuwils alternattivi, inkluż l-akkwist konġunt;

–inċentivi min-naħa tad-domanda li mhumiex ta’ natura finanzjarja: pereżempju aċċess preferenzjali għal żoni ristretti, politika tal-parkeġġ u korsiji ddedikati;

6.l-appoġġ għall-varar u għall-manifattura, inkluż:

–baġit pubbliku annwali allokat għall-varar tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi, imqassam skont il-fjuwil alternattiv u skont il-mod tat-trasport (bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru);

–baġit pubbliku annwali allokat għall-appoġġ ta’ impjanti għall-manifattura ta’ teknoloġiji li jużaw fjuwils alternattivi, imqassam skont il-fjuwil alternattiv u skont il-mod tat-trasport.

–konsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa partikolari waqt il-fażi inizjali tal-varar ta’ infrastrutturi għall-fjuwils alternattivi.

7.riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (RŻT&D): baġit pubbliku annwali allokat għall-appoġġ tal-fjuwils alternattivi RŻT&D, imqassam skont il-fjuwil u l-oriġini tiegħu, li jiddistingwi bejn forom fossili u rinnovabbli u skont il-mod tat-trasport.

ANNESS II

Speċifikazzjonijiet tekniċi

1.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-provvista tal-elettriku għat-trasport bit-triq

1.1.Punti tal-iċċarġjar b’potenza normali għal vetturi bil-mutur: il-punti tal-iċċarġjar b’potenza normali b’kurrent alternanti (AC) għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, tal-inqas b’sokits jew konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2, kif deskritt fl-istandard EN 62196-2:2017.

1.2.Punti tal-irriċarġjar b’potenza qawwija għal vetturi bil-mutur:

–il-punti tal-irriċarġjar b’potenza qawwija b’kurrent alternanti (AC) għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, tal-inqas b’konnetturi tat-Tip 2, kif deskritt fl-istandard EN 62196-2:2017;

–il-punti tal-irriċarġjar b’potenza qawwija b’kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta’ interoperabbiltà, tal-inqas bil-konnetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunti “Combo 2”, kif deskritt fl-istandard EN 62196-3:2014.

1.3.Punti tal-irriċarġjar bla fili għall-vetturi bil-mutur kif speċifikat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/ […/…] li jissupplimenta d-Direttiva 2014/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-punti tal-irriċarġjar għall-vetturi bil-mutur .

1.4.Punti tal-irriċarġjar għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L kif speċifikat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1745.

1.5.Punti tal-irriċarġjar għal karozzi tal-linja elettriċi kif speċifikat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/ […/…] li jissupplimenta d-Direttiva 2014/94 UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-punti tal-irriċarġjar bla fili għall-vetturi bil-mutur .

1.6.Speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għal vetturi bil-mutur.

1.7.Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-konnettur għall-irriċarġjar tal-vetturi tqal (iċċarġjar DC).

1.8.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief.

1.9.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku bla fili għal vetturi tqal.

1.10.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku bla fili għall-vetturi tal-passiġġieri u l-vetturi ħfief.

1.11.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku għall-vetturi tqal.

1.12.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv statiku għall-karozzi tal-linja elettriċi.

1.13.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-irriċarġjar induttiv dinamiku bla fili għall-karozzi tal-linja elettriċi.

1.14.Speċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta’ triq elettrika (ERS) għall-provvista tal-enerġija dinamika fl-ajru permezz ta’ pantografu għall-vetturi tqal.

1.15.Speċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta’ triq elettrika (ERS) għall-provvista tal-enerġija dinamika fil-livell tal-art permezz ta’ binarji konduttivi għall-karozzi tal-passiġġieri, il-vetturi ħfief u l-vetturi tqal.

1.16.Speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-vetturi tal-kategorija L.

1.17.Jekk ikun fattibbli, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-karozzi tal-passiġġieri u vetturi ħfief.

1.18.Jekk ikun fattibbli, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji għall-vetturi tqal.

1.19.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar biex jiġi żgurat l-aċċess għall-utenti b’diżabilità.

2.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta’ komunikazzjoni fl-ekosistema tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi

2.1.Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-komunikazzjoni bejn il-vetturi elettriċi u l-punt tal-irriċarġjar (komunikazzjoni mill-vettura għall-grilja).

2.2.Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-komunikazzjoni bejn il-punt tal-irriċarġjar u s-sistema ta’ ġestjoni tal-punt tal-irriċarġjar (komunikazzjoni back-end).

2.3.Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-komunikazzjoni bejn l-operatur tal-punt tal-irriċarġjar, il-fornituri tas-servizzi tal-elettromobbiltà u l-pjattaformi tar-roaming elettroniku.

2.4.Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar il-komunikazzjoni bejn l-operatur tal-punt tal-irriċarġjar u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni.

3.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-provvista tal-idroġenu għat-trasport bit-triq

3.1.Il-punti tar-riforniment tal-idroġenu fil-miftuħ minn fejn jista’ jinxtara idroġenu gassuż li jintuża bħala fjuwil abbord vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ispeċifikazzjoni ISO/TS 20100 għar-riforniment tal-idroġenu gassuż.

3.2.Il-purezza tal-idroġenu distribwit mill-punti tar-riforniment tal-idroġenu għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi inklużi fl-istandard ISO 14687:2019.

3.3.Il-punti tar-riforniment tal-idroġenu għandhom jużaw tagħmir u algoritmi tal-fjuwil li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni ISO 19880-1:2020 għar-Riforniment ta’ Idroġenu Gassuż.

3.4.Il-konnetturi għall-vetturi bil-mutur għar-riforniment ta’ idroġenu gassuż għandhom jikkonformaw mal-istandard ISO 17268:2020 għat-tagħmir ta’ konnessjoni għar-riforniment tal-idroġenu gassuż għall-vetturi bil-mutur.

3.5.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnetturi għall-punti tar-riforniment li jiddistribwixxu l-idroġenu gassuż (ikkumpressat) għall-vetturi tqal.

3.6.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnetturi għall-punti tar-riforniment li jiddistribwixxu l-idroġenu likwifikat għall-vetturi tqal.

4.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-provvista tal-elettriku għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna

4.1.Il-provvista tal-elettriku mix-xatt għal vapuri li jbaħħru, inkluż id-disinn, l-installazzjoni u l-ittestjar tas-sistemi, għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-istandard IEC/IEEE 80005-1:2019, għal konnessjonijiet mix-xatt b’vultaġġ għoli u b’vultaġġ baxx rispettivament.

4.2.Il-provvista tal-elettriku mix-xatt għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tikkonforma mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1745.

4.3.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tal-irriċarġjar tal-batteriji max-xatt għall-bastimenti marittimi, li jkollhom interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistema għall-bastimenti marittimi.

4.4.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tal-irriċarġjar tal-batteriji max-xatt għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna, li jkollhom interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistema għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna.

4.5.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċa tal-komunikazzjoni mill-port għall-grilja fis-sistemi tal-provvista awtomatizzata tal-enerġija fuq l-art (OPS) u tal-irriċarġjar tal-batteriji għall-bastimenti marittimi.

4.6.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interfaċċa tal-komunikazzjoni mill-port għall-grilja fis-sistemi tal-provvista awtomatizzata tal-enerġija fuq l-art (OPS) u tal-irriċarġjar tal-batteriji għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna.

4.7.Jekk ikun fattibbli, speċifikazzjonijiet tekniċi għat-tpartit ta’ batteriji u għall-irriċarġjar fi stazzjonijiet max-xatt għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna.

5.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-idroġenu għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna

5.1.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu gassuż (ikkumpressat) għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bl-idroġenu.

5.2.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-idroġenu gassuż (ikkumpressat) għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bl-idroġenu.

6.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-metanol għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna

6.1.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-metanol rinnovabbli għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bil-metanol.

6.2.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-metanol rinnovabbli għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bil-metanol.

7.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-bunkering tal-ammonijaka għat-trasport marittimu u n-navigazzjoni interna

7.1.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-ammonijaka rinnovabbli għall-bastimenti marittimi li jaħdmu bl-ammonijaka.

7.2.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment u l-bunkering għall-ammonijaka rinnovabbli għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna li jaħdmu bl-ammonijaka.

8.Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tar-riforniment tal-gass naturali

8.1.Il-punti tar-riforniment għall-gass naturali kkompressat (CNG) għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1745.

8.2.Il-konnetturi/reċipjenti tas-CNG għandhom jikkonformaw mar-Regolament tan-NU/KEE Nru. 110 (li jirreferi għall-ISO 14469:2017).

8.3.Il-punti tar-riforniment għal-LNG għall-vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1745.

8.4.Il-punti tar-riforniment għal-LNG għall-bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew vapuri li jbaħħru għandhom jikkonformaw mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1745.

9.Speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mat-tikkettar tal-fjuwil

9.1.It-tikketta “Fjuwils - Identifikazzjoni tal-kompatibbiltà tal-vettura - Espressjoni grafika għall-informazzjoni għall-konsumatur” għandha tikkonforma mal-istandard EN 16942:2016+A1:2021.

9.2.It-tikketta “Identifikazzjoni tal-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-infrastrutturi - Espressjoni grafika għall-informazzjoni għall-konsumatur dwar il-provvista tal-enerġija għall- EV” għandha tikkonforma mal-istandard EN 17186.

9.3.Il-metodoloġija komuni għat-tqabbil tal-prezzijiet unitarji għall-fjuwils alternattivi stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/732.

ANNESS III

Rekwiżiti ta’ rapportar dwar il-varar tal-vetturi elettriċi u l-infrastruttura tal-irriċarġjar

1.L-Istati Membri jridu jikkategorizzaw ir-rapportar tagħhom dwar il-varar tal-vetturi elettriċi kif ġej:

–vetturi elettriċi bil-batterija, separatament għall-kategoriji M1, N1, M2/3 u N2/3

–vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli, separatament għall-kategoriji M1, N1, M2/3 u N2/3

2.L-Istati Membri jridu jikkategorizzaw ir-rapportar tagħhom dwar il-varar tal-punti tal-irriċarġjar kif ġej:

Kategorija

Subkategorija

Output tal-potenza massima

Definizzjoni skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament

Kategorija 1 (AC)

Punt tal-irriċarġjar AC
bil-mod, fażi waħda

P < 7.4 kW

Punt tal-irriċarġjar b’potenza normali

Punt tal-irriċarġjar AC
b’veloċità medja, trifażi

7.4 kW ≤ P ≤ 22 kW

Punt tal-irriċarġjar veloċi
tal-AC, trifażi

P > 22 kW

Punt tal-irriċarġjar b’potenza għolja

Kategorija 2 (DC)

Punt tal-irriċarġjar DC bil-mod

P < 50 kW

Punt tal-irriċarġjar DC veloċi

50 kW ≤ P < 150 kW

Livell 1 - Punt tal-irriċarġjar DC ultraveloċi

150 kW ≤ P < 350 kW

Livell 2 - Punt tal-irriċarġjar DC ultraveloċi

P ≥ 350 kW

3.Id-data li ġejja trid tiġi pprovduta separatament għall-infrastruttura tal-irriċarġjar iddedikata għall-vetturi ħfief u għall-vetturi tqal:

–l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar, li għandhom jiġu rrappurtati għal kull waħda mill-kategoriji taħt il-punt 2;

–l-għadd ta’ stazzjonijiet tal-irriċarġjar li jsegwu l-istess kategorizzazzjoni bħal dik tal-punt tal-irriċarġjar;

–l-output tal-potenza aggregata totali tal-istazzjonijiet tal-irriċarġjar;

–l-għadd ta’ stazzjonijiet li ma jaħdmux f’50 % tal-jiem disponibbli f’sena partikolari.



ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Direttiva 2014/94/UE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2

Artikolu 2

-

Artikolu 3

-

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

-

Artikolu 6

-

Artikolu 7

Artikolu 6(4)

Artikolu 8

-

Artikolu 9

-

Artikolu 10

Artikolu 6(1)

Artikolu 11

-

Artikolu 12

Artikolu 3

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikoli 14, 15, 16

Artikolu 7

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 8

Artikolu 20

Artikolu 9

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 11

Artikolu 23

_

Artikolu 24

Artikolu 12

Artikolu 25

Artikolu 13