European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4720

3.9.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12571 — VINCI ENERGIES/ALL FOR ONE GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4720)

1.   

Fis-26 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Vinci Energies S.A. (“Vinci Energies”) (Franza), ikkontrollata minn Vinci S.A. (Franza),

—

All for One Group SE (“All for One Group”) (il-Ġermanja), ikkontrollat minn Unternehmens Invest AG (l-Awstrija).

Vinci Energies se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ All For One Group kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-16 ta’ Lulju 2026.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Vinci Energies hija organizzazzjoni globali attiva fil-konċessjonijiet u l-infrastruttura, il-bini, ix-xogħlijiet pubbliċi, l-inġinerija ċivili u l-enerġija kif ukoll is-servizzi tal-IT (permezz tal-linja tal-marka tagħha Axians).

—

All for One Group huwa fornitur ta’ servizzi tal-IT, inklużi konsulenza tal-IT, soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet, software bħala servizz, servizzi ġestiti kif ukoll software ta’ applikazzjoni għall-intrapriżi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12571 — VINCI ENERGIES / ALL FOR ONE GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4720/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)