<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑602/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0602</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:443">EU:C:2012:443</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20120712">12.7.2012</DATE> — KAWŻA C-602/10</P><P>SC VOLKSBANK ROMÂNIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 22, 24 u 30</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà għal ftehim mhux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione temporis tal-imsemmija direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi mhux previsti mill-istess direttiva</KEYWORD><KEYWORD>Limitu tal-kummissjonijiet bankarji li jistgħu jinġabru mill-persuna li ssellef</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 56 TFUE, 58 TFUE u 63 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ implementazzjoni, fid-dritt nazzjonali, ta’ proċeduri adegwati u effikaċi ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-602/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Judecătoria Călăraşi (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101206">6 ta’ Diċembru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SC Volksbank România SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autoritatea Naţională pentru Protecţia Consumatorilor — Comisariatul Judeţean pentru Protecţia Consumatorilor Călăraşi (CJPC),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, A. Prechal (Relatur), L. Bay Larsen, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20120419">19 ta’ April 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal SC Volksbank România SA, minn M. Niculeasa, R. Damaschin u R. Nanescu, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn R. H. Radu u R.-I. Munteanu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Bouyon u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 22, 24 u 30 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="66" NO.OJ="133" DATE.PUB="2008">ĠU L 133, p. 66</REF.DOC.OJ> u — ir-rettifiki — <REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="14" NO.OJ="207" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 207, p. 14</REF.DOC.OJ>, <REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="40" NO.OJ="199" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>, u <REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="46" NO.OJ="234" DATE.PUB="2011">ĠU 2011 L 234, p. 46</REF.DOC.OJ>), kif ukoll l-Artikoli 56 TFUE, 58 TFUE u 63 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn SC Volksbank România SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Volksbank<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Autoritatea Naţională pentru Protecţia Consumatorilor ‐ Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Călărași (CJPC) (awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumaturi — għassa tad-dipartiment għall-protezzjoni tal-konsumaturi ta’ Călărași, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ANPC<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ċerti klawżoli inklużi fi ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi konklużi bejn Volksbank u l-klijenti tagħha li, skont l-ANPC, jiksru l-liġi nazzjonali intiża li tittrasponi d-Direttiva 2008/48.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 4 u 7 tad-Direttiva 2008/48 huma redatti kif ġej :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(3)</NO.P><TXT>[Hemm] differenzi sostanzjali bejn il-liġijiet tad-diversi Stati Membri fil-qasam tal-kreditu lil persuni fiżiċi in ġenerali u fil-kreditu lill-konsumatur b’mod partikolari [...].</TXT></NP></ITEM></CONSID><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> u <HT TYPE="ITALIC">de jure</HT> li tirriżulta minn dawk id-differenzi nazzjonali f’xi każijiet twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fost il-kredituri fil-Komunità u toħloq ostakoli għas-suq intern fejn Stati Membri adottaw dispożizzjonijiet obbligatorji differenti aktar strinġenti minn dawk previsti fid-Direttiva 87/102/KEE [tal-Kunsill, tat-22 ta’ Dicembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326), kif emendata bid-Direttiva 98/7KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 36, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Direttiva 87/102<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)]. Hi tirrestrinġi l-ħila tal-konsumaturi li jagħmlu użu dirett mid-disponibbiltà li dejjem qed tiżdied tal-kreditu trans-konfini [...]</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[...]</P><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Sabiex ikun faċilitat l-iżvilupp ta’ suq intern ta’ kreditu lill-konsumaturi li jiffunzjona tajjeb, jeħtieġ li jsir provvediment għal qafas Komunitarju armonizzat f’numru ta’ oqsma ċentrali. [...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 9 u 10 tad-Direttiva 2008/48 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(9)</NO.P><TXT>Armonizzazzjoni sħiħa hija meħtieġa biex tiżgura li l-konsumaturi kollha fil-Komunità igawdu livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ l-interessi tagħhom u biex jinħoloq suq intern ġenwin. L-Istati Membri għalhekk m’għandhomx jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali għajr dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, tali restrizzjoni għandha tapplika biss fejn hemm dispożizzjonijiet armonizzati f’din id-Direttiva. Fejn tali dispożizzjonijiet armonizzati ma jeżistux, l-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali. [...]</TXT></NP></ITEM></CONSID><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Id-definizzjonijiet li jinsabu f’din id-Direttiva jiddeterminaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-armonizzazzjoni. L-obbligu ta’ l-Istati Membri li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandu għalhekk ikun limitat għall-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu kif iddeterminat b’dawn id-definizzjonijiet. Madankollu, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-Istati Membri, b’mod konformi mal-liġi Komunitarja, tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għal oqsma mhux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Stat Membru għandu b’hekk ikun jista’ jżomm jew jintroduċi leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha dwar ftehim ta’ kreditu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, per eżempju dwar ftehim ta’ kreditu li jinvolvu ammonti inqas minn EUR 200 jew iktar minn EUR 75 000. [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 14 ta’ din id-direttiva hija redatta kif ġej :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ftehim ta’ kreditu li jkopru l-għoti ta’ kreditu garantit bi proprjetà għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dak it-tip ta’ kreditu hu ta’ natura speċifika ħafna. Barra minn hekk, ftehim ta’ kreditu li l-fini tagħhom huwa li jiffinanzjaw l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta’ proprjetà f’art jew f’bini eżistenti jew ipproġettat għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 44 tal-imsemmija direttiva tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-istabbiltà tas-suq, u sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri xierqa għar-regolamentazzjoni jew is-superviżjoni ta’ kredituri jkunu f’posthom.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ftehim ta’ kreditu li huma garantiti b’ipoteka jew b’garanzija komparabbli oħra użata komunament fi Stat Membru fuq proprjetà immobbli jew garantiti bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ftehim ta’ kreditu li l-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta’ proprjetà f’art jew f’bini eżistenti jew ipproġettat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ftehim ta’ kreditu li jinvolvu ammont totali ta’ kreditu inqas minn EUR 200 jew aktar minn EUR 75000;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Armonizzazzjoni u n-natura imperattiva tad-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati u effettivi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti għas-soluzzjoni ta’ tilwim tal-konsumatur dwar ftehim ta’ kreditu, billi fejn hu xieraq jintużaw korpi eżistenti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 27 u 29 tad-Direttiva 2008/48, it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din tal-aħħar skada fil-<DATE ISO="20100611">11 ta’ Ġunju 2010</DATE>, data li fiha d-Direttiva 87/102 ġiet imħassra.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Miżuri transizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal ftehim ta’ kreditu eżistenti fid-data li fiha l-miżuri implimentattivi nazzjonali jidħlu fis-seħħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 11, 12, 13, 17, it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 18(1), u l-Artikolu 18(2) jiġu applikati anki għal ftehim ta’ kreditu bla skadenza fissa eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi nazzjonali.”</ALINEA></PARAG></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-digriet ta’ urġenza tal-Gvern 50/2010 (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 389 tal-<DATE ISO="20100611">11 ta’ Ġunju 2010</DATE>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>OUG 50/2010<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) huwa intiż li jittrasponi d-Direttiva 2008/48 fid-dritt intern.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-OUG 50/2010 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Dan id-digriet ta’ urġenza japplika għall-ftehim ta’ kreditu, inklużi ftehim ta’ kreditu ggarantiti permezz ta’ ipoteka jew permezz ta’ dritt fuq immobbli, kif ukoll il-ftehim ta’ kreditu li s-suġġett tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma ta’ drittijiet ta’ proprjetà fuq immobbli eżistenti jew ipproġettati, jew ir-rinnovazzjoni, l-iżvilupp, il-konsolidazzjoni, ir-riabilitazzjoni, l-estensjoni jew il-valorizzazzjoni ta’ immobbli, irrispettivament mill-ammont totali tal-kreditu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tal-OUG 50/2010 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Għall-kreditu mogħti, il-kreditur jista’ jirċievi biss il-kummissjoni mill-ipproċessar tal-fajl, il-kummissjoni mill-amministrazzjoni tal-kreditu jew il-kummissjoni mill-amministrazzjoni tal-kont kurrenti, il-kumpens fil-każ ta’ rimbors antiċipat, l-ispejjeż marbuta mal-assigurazzjoni, u jekk ikun il-każ, il-penalitajiet, kif ukoll kummissjoni waħda għas-servizzi pprovduti fuq talba tal-konsumaturi.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 85(2) tal-OUG 50/2010 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Sabiex jintlaħaq ftehim bonarju tat-tilwim eventwali, u bla ħsara għad-dritt tal-konsumaturi li jippreżentaw azzjoni ġudizzjarja kontra l-kredituri jew l-intermedjarji ta’ kreditu li jkunu kisru d-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet ta’ urġenza jew għad-dritt tal-konsumaturi li jressaq kawża quddiem l-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Konusmaturi l-[ANPC], il-konsumaturi jistgħu<?PAGE NO="5"?> jużaw mekkaniżmi extraġudizzjarji dwar ilment u dwar kumpens tal-konsumaturi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi 192/2006 fuq il-medjazzjoni u l-organizzazzjoni tal-professjoni ta’ medjatur, kif emendata u kkompletata ulterjorment.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikoli 86 sa 88 tal-OUG 50/2010 jiddefinixxu s-sistema ta’ sanzjonijiet, li fosthom hemm dawk li jistgħu jiġu imposti mill-aġenti ANPC, fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 94 tal-OUG 50/2010:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Dan id-digriet ta’ urġenza għandu jidħol fis-seħħ għaxar t’ijiem wara d-data ta’ pubblikazzjoni tiegħu fil-<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 95 tal-OUG 50/2010 jipprovdi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="095.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ ftehim fil-kors ta’ eżekuzzjoni, il-kredituri għandhom, fi terminu ta’ 90 jum wara d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet ta’ urġenza, jiggarantixxu l-konformità tal-ftehim mad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet ta’ urġenza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="095.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-emenda fil-ftehim fil-kors ta’ eżekuzzjoni għandha ssir permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">addendum</HT>, fi terminu ta’ 90 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet ta’ urġenza.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-ftehim ta’ kreditu inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew konklużi bejn Volksbank u l-klijenti tagħha qabel id-dħul fis-seħħ tal-OUG 50/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Dawn essenzjalment jirrigwardaw ftehim ta’ krediti mogħtija lil konsumaturi ggarantiti permezz ta’ ipoteki jew permezz ta’ drittijiet oħra fuq il-beni immobbli.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Dawn il-ftehim jinkludu ċerti klawżoli dwar kummissjonijiet bankarji li Volksbank għandha d-dritt li tuża fir-rigward tal-klijenti tiegħu u li huma s-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Klawżola 3.5 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-ftehim ta’ kreditu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Kummissjoni għal riskju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, tipprovdi li, sabiex jingħata l-kreditu, il-persuna li tissellef tista’ tkun suġġetta, fir-rigward tal-bank, għal kummissjoni għal riskju, ikkalkolata fuq l-ammont tal-kreditu, li hija tagħti fix-xahar matul il-perijodu kollu tal-kreditu.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Klawżola 5 tal-kundizzjonijiet partikolari tal-imsemmija ftehim, intitolata wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Kummissjoni għal riskju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, tispeċifika li din il-kummissjoni hija daqs 0.2 % tal-ammont tal-kreditu u li għandha titħallas fid-dati ta’ skadenza matul il-perijodu kollu tal-kreditu.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara t-<DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-OUG 50/2010, Volksbank ħadet azzjoni biex temenda, fl-<HT TYPE="ITALIC">addenda</HT> tal-ftehim ta’ kreditu, l-isem tal-klawżoli inkwistjoni bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kummissjoni mill-amministrazzjoni ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, kategorija ta’ kummissjoni msemmija fl-Artikolu 36 ta’ dan id-digriet, mingħajr ma emendat l-ammont tal-kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ukoll wara d-dħul fis-seħħ tal-OUG 50/2010, l-ANPC ikkonstatat, matul kontrolli mwettqa fuq Volksbank, li din tal-aħħar baqgħet tiġbor il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kummissjoni għal riskju<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, kif imniżżel fil-ftehim ta’ kreditu inkwistjoni fil-kawża prinċipali u sussegwentement imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kummissjoni mill-amministrazzjoni ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ANPC, li qieset li l-ġbir ta’ din il-kummissjoni kien jikser l-Artikolu 36 tal-OUG 50/2010, ifformulat proċess verbal kontra Volksbank, li permezz tiegħu din tal-aħħar ġiet b’mod partikolari kkundannata tħallas multa kif ukoll sanzjonijiet addizzjonali. Volksbank ikkontestat dan il-proċess verbal quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Quddiem din il-qorti, Volksbank sostniet li ċerti dispożizzjonijiet tal-OUG 50/2010 jiksru d-Direttiva 2008/48. Għaldaqstant, fid-dawl ukoll tal-għan ta’ din id-direttiva, li jikkonsisti li tiġi stabbilita armonizzazzjoni sħiħa sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tas-servizzi offruti mill-istabbilimenti ta’ kreditu, Volksbank sostniet li l-imsemmija qorti kellha, fil-kawża prinċipali, tħalli dawn id-dispożizzjonijiet inapplikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, skont Volksbank, l-Artikolu 2(1) tal-OUG 50/2010, inkwantu jrendi applikabbli dan id-digriet għall-ftehim ta’ kreditu ggarantiti permezz ta’ ipoteka jew permezz ta’ dritt ieħor fuq il-beni immobbli, bħalma huma l-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikser l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2008/48, għaliex din l-aħħar dispożizzjoni tistabbilixxi espressament li din id-direttiva ma tapplikax għal tali ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward ta’ ftehim li jistgħu jitqiesu bħala li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48, Volksbank sostniet li l-Artikolu 36 tal-OUG, inkwantu jinkludi lista limitattiva ta’ kummissjonijiet bankarji li jistgħu jinġabru minn stabbiliment ta’ kreditu, jikser dan il-kamp ta’ applikazzjoni, għaliex din id-direttiva tirrigwarda biss ir-regoli fil-qasam tal-informazzjoni adegwata tal-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni ta’ ġbir ta’ kummissjonijiet li ma humiex dawk elenkati fl-imsemmi Artikolu 36 tikser barra minn hekk id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, din il-projbizzjoni tagħti lok, għall-istabbilimenti ta’ krediti li joffru s-servizzi tagħhom fir-Rumanija, għal żieda tal-ispejjeż li timpedixxi lil dawn tal-aħħar milli jkunu kompetittivi fil-livell tal-Unjoni. Din tostakola wkoll li l-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti lil hinn minn dan l-Istat Membru jidħlu fis-suq Rumen tal-krediti għall-konsum.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-moviment liberu tal-kapital, il-konsumatur Rumen ma jistax jibqa’ jikseb krediti mingħand l-istabbilimenti stabbiliti lil hinn mill-imsemmi Stat Membru fid-dawl tal-fatt li huwa għandu d-dritt li jitlob it-tneħħija tal-kummissjonijiet jew tal-klawżoli mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-OUG 50/2010.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, Volksbank issostni li l-possibbiltà, għal konsumatur li jikkuntattja direttament lill-ANPC, prevista fl-Artikolu 85(2) tal-OUG 50/2010, kif ukoll is-setgħa ta’ din l-awtorità li timponi sanzjonijiet, meta hija tqis li hemm ksur ta’ dan id-digriet, ma tikkostitwixxix metodu adegwat u effikaċi ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarju ta’ tilwim, kif meħtieġ fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48, iżda, għall-kuntrarju, hija ta’ natura li tagħti lok għal multipliċità ta’ kawżi, kif fil-fatt seħħ fir-Rumanija.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li s-suġġett essenzjali tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali jirrigwarda l-validità tal-klawżola intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kummissjoni għal riskju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li tinsab fil-ftehim ta’ kreditu konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-OUG 50/2010 u li isimha, li nbidel wara din id-data, huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kummissjoni mill-amministrazzjoni ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li d-dispożizzjonijiet tal-OUG 50/2010 ġew adottati sabiex tiġi trasposta b’mod urġenti d-Direttiva 2008/48 u li għalhekk dawn għandhom jiġu applikati skont din id-direttiva. Issa, dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jikkostitwixxu traspożizzjoni inadegwata u inkompleta tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Judecătoria Călăraşi ddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1)</NO.P><TXT>Sa fejn l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jipprovdu li l-liġi nazzjonali li tittrasponi d-direttiva hija applikabbli wkoll għall-kuntratti konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dik il-liġi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85(2) tal-OUG 50/2010 jikkostitwixxu traspożizzjoni adegwata tad-dispożizzjoni Komunitarja li hemm stabbilita fl-Artikolu 24[(1)] tad-Direttiva 2008/48, li jirrikjedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw proċeduri adegwati u effettivi għas-soluzzjoni bonarja ta’ tilwim mal-konsumaturi dwar kreditu għall-konsumatur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Sa fejn l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi armonizzazzjoni totali fil-qasam tal-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur, liema armonizzazzjoni ma tippermettix lill-Istati Membri:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli li jinsabu fid-Direttiva 2008/48 għal kuntratti espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (bħall-kuntratti ta’ self b’ipoteka jew kuntratti li jirrigwardaw id-dritt ta’ proprjetà fuq immobbli) jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jistabbilixxu obbligi addizzjonali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar it-tipi ta’ kummissjonijiet li dawn jistgħu jirċievu, jew il-kategoriji ta’ indiċijiet ta’ riferiment li għalihom tista’ tirreferi r-rata ta’ interessi varjabbli fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 3 hija negattiva, sa fejn il-prinċipji tal-moviment liberu tas-servizzi u tal-moviment liberu tal-kapital, b’mod ġenerali, u l-Artikoli 56, 58 u 63(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari, għandhom jiġi interpretati fis-sens li Stat Membru huwa prekluż milli jimponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżuri li jipprojbixxu fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur l-applikazzjoni ta’ kummissjonijiet bankarji li ma humiex parti mil-lista ta’ kummissjonijiet permessi, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda (a)</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda (a) tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ftehim ta’ kreditu, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li s-suġġett tagħhom huwa kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli, minkejja li tali ftehim huma espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-imsemmija direttiva skont l-Artikolu 2(2)(a) ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48, interpretat fid-dawl tal-premessi 9 u 10 ta’ din tal-aħħar, jirriżulta li, fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, din tal-aħħar tipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa u, kif jirriżulta mit-titolu tal-imsemmi Artikolu 22, għandu natura vinkolanti, li għandha tinftiehem fis-sens li, fl-oqsma speċifikament imsemmija minn din l-armonizzazzjoni, l-Istati Membri ma humiex awtorizzati jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali li ma humiex dawk previsti mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont b’mod partikolari l-premessi 3, 4 u 7 tad-Direttiva 2008/48, l-armonizzazzjoni li din tal-aħħar tirrigwarda f’ċerti oqsma importanti hija fundamentalment differenti minn dik li tirrigwarda d-Direttiva 87/102, li, imħassra u ssotitwita bid-Direttiva 2008/48, kienet biss tistabbilixxi armonizzazzjoni minima, kif kienet deskritta l-Qorti tal-Ġustizzja (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, id-digriet tas-<DATE ISO="20101116">16 ta’ Novembru 2010</DATE>, Pohotovosť, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-76/10" PAGE.ECR="I-11557" YEAR="2010">C-76/10, Ġabra p. I-11557</REF.DOC.ECR>, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta wkoll mill-premessa 10 tad-Direttiva 2008/48, l-Istati Membri jistgħu, skont id-dritt tal-Unjoni, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva għal oqsma li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Għalhekk, f’dak li jirrigwarda l-ftehim ta’ kreditu li ma jidħolx taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, huma jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri nazzjonali li jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva jew għal ċerti dispożizzjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li s-suġġett essenzjali tal-ftehim ta’ kreditu inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa l-għoti ta’ krediti ggarantiti permezz ta’ beni immobbli.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/48 u fid-dawl tal-premessa 14 tagħha, tali ftehim ta’ kreditu ma jidħlux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva minħabba l-ispeċifiċità ta’ dan it-tip ta’ krediti.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, kif jirriżulta wkoll mill-punt 40 ta’ din is-sentenza, fir-rigward ta’ tali ftehim, l-armonizzazzjoni li tistabbilixxi d-Direttiva 2008/48 ma tipprekludix li Stat Membru jinkludi dan il-ftehim fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva, sabiex tapplika d-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-direttiva jew ta’ ċerti dispożizzjonijiet tagħha għal dawn il-ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tielet domanda (a) għandha tkun li l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha ftehim ta’ kreditu, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom bħala suġġett l-għoti ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli, minkejja li tali ftehim huma espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-imsemmija direttiva skont l-Artikolu 2(2)(a) ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha b’mod li din il-miżura tapplika wkoll għal ftehim ta’ kreditu, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ din id-direttiva u li kienu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija miżura nazzjonali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Gvern Rumen iqis li din id-domanda hija fformulata b’mod wisq ġenerali, peress li tirrigwarda ftehim ta’ kreditu għal konsumaturi b’mod ġenerali, filwaqt li l-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkonċerna ftehim ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka, li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 2008/48. Għalhekk, din id-domanda hija parzjalment inammissibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea tirrileva li l-kwistjoni fil-kawża prinċipali tirrigwarda l-validità ta’ klawżoli li jinsabu fi ftehim ta’ kreditu ipotekarju. Issa, peress li d-Direttiva 2008/48 teskludi tali ftehim mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u ma tinkludix dispożizzjonijiet armonizzati dwar klawżoli kuntrattwali, ir-risposta għall-ewwel domanda ma għandhiex effett konkret fuq l-imsemmija kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha tressqet il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, sakemm id-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, bħala regola ġenerali, tipprovdi deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>, Alassini <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-317/08+C-318/08+C-319/08+C-320/08" PAGE.ECR="I-2213" YEAR="2010">C-317/08 sa C-320/08, Ġabra p. I-2213</REF.DOC.ECR>, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, iċ-ċaħda ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ dritt neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Varec, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-450/06" PAGE.ECR="I-581" YEAR="2008">C-450/06, Ġabra p. I-581</REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, mill-proċess jirriżulta li, permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 2008/48 u li kienu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern, l-Artikolu 30(1) tal-imsemmija direttiva jipprekludix li din il-miżura nazzjonali tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha b’mod li tapplika wkoll għal tali ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward ta’ domanda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li r-risposta għaliha ma tidhirx, tal-inqas, li hija manifestament mhux rilevanti għall-eżitu tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-obbligu li twieġeb.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessi 9 u 10 tad-Direttiva 2008/48, huma l-Istati Membri li bħala regola ġenerali għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom huma biħsiebhom jestendu s-sistema legali nazzjonali tagħhom li tittrasponi din id-direttiva għal ftehim ta’ kreditu, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jaqgħux taħt wieħed mill-oqsma li fir-rigward tagħhom il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jistabbilixxi dispożizzjonijiet armonizzati.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għalkemm, għal dawn il-ftehim, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom intiża li tittrasponi d-Direttiva 2008/48 regola li tikkorrispondi speċifikament għall-miżura tranżitorja prevista fl-Artikolu 30(1) tal-imsemmija direttiva, huma jistgħu bħala regola wkoll, bl-osservanza tar-regoli tat-Trattat FUE u bla ħsara ta’ atti oħra tad-dritt sekondarju eventwalment rilevanti, jistabbilixxu miżura tranżitorja differenti, bħalma hija dik prevista fl-Artikolu 95 tal-OUG 50/2010, li timplika li l-imsemmija leġiżlazzjoni tapplika wkoll għal ftehim fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni<?PAGE NO="10"?> <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha b’mod li din il-miżura tapplika wkoll għal ftehim ta’ kreditu, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ din id-direttiva u li kienu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija miżura nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda (b)</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda (b) tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern timponi obbligi, mhux previsti mill-imsemmija direttiva, fuq stabbilimenti ta’ kreditu f’dak li jikkonċerna, minn naħa, it-tipi ta’ kummissjonijiet li dawn tal-aħħar jistgħu jiġbru fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kreditu għall-konsum li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura, u, min-naħa l-oħra, il-kategoriji ta’ indiċijiet ta’ riferiment li fir-rigward tagħhom ir-rata ta’ interess varjabbli ta’ dawn il-ftehim tista’ tirreferi għalihom.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni jsostnu li din id-domanda hija inammissibbli inkwantu tirrigwarda kategoriji ta’ indiċijiet ta’ riferiment li fir-rigward tagħhom ir-rata ta’ interess varjabbli ta’ dawn il-ftehim tista’ tirreferi għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Dawn l-oġġezzjonijiet għandhom, fid-dawl tal-prinċipji mfakkra fil-punti 48 u 49 ta’ din is-sentenza, jiġu milqugħa.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li mill-ebda element tal-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżulta li d-dritt nazzjonali applikabbli jinkludi regoli li jimponu obbligi fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu f’dak li jirrigwarda l-kategoriji ta’ indiċijiet ta’ riferiment li tista’ tirreferi għalihom ir-rata ta’ interess varjabbli ta’ ftehim ta’ kreditu għall-konsum li għandhom jiżdiedu ma’ dawk previsti mid-Direttiva 2008/48. L-imsemmi proċess ma jsemmix tali regoli tad-dritt nazzjonali u, b’mod partikolari, ma jindikax li dawn tal-aħħar huma s-suġġett tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma hemmx lok li t-tielet domanda (b) tingħata risposta, inkwantu hija tirrigwarda l-kategoriji ta’ indiċijiet ta’ riferiment li fir-rigward tagħhom ir-rata ta’ interess varjabbli ta’ dawn il-ftehim tista’ tirreferi għalihom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Kif intqal fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, mill-premessa 10 tad-Direttiva 2008/48 jirriżulta b’mod partikolari li, fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu li ma jidħlux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ din id-direttiva, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri nazzjonali li jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva jew għal ċerti dispożizzjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, id-Direttiva 2008/48, b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha, lanqas ma tipprekludi li, għal dawn il-ftehim, Stat Membru jimponi obbligi mhux previsti minn din id-direttiva, li huma intiżi sabiex jiġu protetti l-konsumaturi, bħal f’dan il-każ l-Artikolu 36 tal-OUG 50/2010 li jinkludi lista limitata ta’ kummissjonijiet bankarji li jistgħu jinġabru mill-persuna li ssellef mingħand il-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma jidhirx li tali regola ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, f’qasam mhux armonizzat mid-Direttiva 2008/48, hija ta’ natura li taffettwa l-bilanċ li fuqu din id-direttiva hija bbażata, fil-qasam armonizzat minn din tal-aħħar, bejn l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u l-għan intiż li jiżgura l-implementazzjoni ta’ suq intern li jaħdem fil-qasam tal-krediti għall-konsumaturi.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, kif diġà ntqal fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, li l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48, interpretat fid-dawl tal-premessi 9 u 10 ta’ din tal-aħħar, għandu jinftiehem fis-sens li, fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, li tirreferi għalihom il-qorti tar-rinviju fil-kuntest ta’ din id-domanda anki jekk dawn ma humiex is-suġġett tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali, l-imsemmi artikolu jipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa u vinkolanti li, fl-oqsma speċifikament imsemmija minn din l-armonizzazzjoni, tostakola li Stati Membri jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali li ma humiex dawk li din tal-aħħar tinkludi.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward ta’ tali ftehim, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jadottaw obbligi bħalma huma dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 36 tal-OUG 50/210 fil-qasam tal-kummissjonijiet bankarji biss bil-kundizzjoni li d-Direttiva 2008/48 ma tinkludix dispożizzjonijiet armonizzati f’dan il-qasam.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm id-Direttiva 2008/48 tistabbilixxi obbligi dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-persuna li jsellef f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-kummissjonijiet bankarji inkwantu dawn jifformaw parti mill-ispiża totali ta’ kreditu fis-sens tal-Artikolu 3(ġ) ta’ din tal-aħħar, din id-direttiva min-naħa l-oħra ma tinkludix regoli dwar il-mertu relatati mat-tipi ta’ kummissjonijiet li jistgħu jinġabru mill-persuna li ssellef.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-premessa 44 tad-Direttiva 2008/48 jirriżulta li, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-istabbiltà tas-suq, u fl-istennija ta’ armonizzazzjoni iktar wiesgħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jimplementaw miżuri adegwati ta’ leġiżlazzjoni jew ta’ kontroll applikabbli fil-konfornt tal-persuni li jsellfu.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tielet domanda (b) għandha tkun li l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern timponi obbligi, mhux previsti mill-imsemmija direttiva, fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu f’dak li jirrigwarda t-tipi ta’ kummissjonijiet li dawn tal-aħħar jistgħu jirċievu fil-kuntest tal-ftehim ta’ kreditu għall-konsum li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura, anki jekk tali obbligi ma humiex previsti mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ir-regoli tat-Trattat fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-moviment liberu tal-kapital, b’mod partikolari l-Artikoli 56 TFUE, 58 TFUE u 63(1) TFUE, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprojbixxi lill-istabbilimenti ta’ kreditu milli jiġbru ċerti kummissjonijiet bankarji.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi indikat li ma hemmx lok li jsir eżami tad-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tar-regoli tat-Trattat fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta miżura nazzjonali tirrigwarda kemm il-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll il-moviment liberu tal-kapital, għandu jiġi eżaminat sa fejn tali miżura jkollha effett fuq l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, u jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, waħda minnhom tipprevalix fuq l-oħra. Il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala regola, teżamina l-miżura inkwistjoni fir-rigward ta’ waħda biss miż-żewġ libertajiet jekk jirriżulta li, fil-kawża inkwistjoni, waħda hija kompletament sekondarja għall-oħra u tista’ tingħaqad magħha (sentenza tat-<DATE ISO="20061003">3 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Fidium Finanz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-452/04" PAGE.ECR="I-9521" YEAR="2006">C-452/04, Ġabra p. I-9521</REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’din il-kawża, fil-każ li għandu jiġi kkonstatat, kif issostni Volksbank, li, billi jrendu inqas aċċessibbli għall-klijenti stabbiliti fir-Rumanija l-krediti għall-konsum proposti minn kumpanniji li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra, din id-dispożizzjoni għandha bħala effett li tirrendi inqas frekwenti l-użu<?PAGE NO="12"?> tal-imsemmija servizzi minn dawn il-klijenti, u, għalhekk, li tnaqqas il-fluss finanzjarju transkonfinali li jirriżulta minn tali servizzi, din hija biss konsegwenza inevitabbli tar-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fidium Finanz, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżami tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tar-regoli tat-Trattat fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-attività ta’ stabbiliment ta’ kreditu li tikkonsisti fl-għoti ta’ krediti tikkostitwixxi servizz fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Fidium Finanz, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>restrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE jirrigwarda l-miżuri li jipprojbixxu, jinterferixxu jew irendu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-565/08" PAGE.ECR="I-2101" YEAR="2011">C-565/08, Ġabra p. I-2101</REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar f’liema ċirkustanzi miżura li tapplika indistintament għall-istabbilimenti kollha ta’ kreditu li jipprovdu servizzi fit-territorju Rumen, bħalma hija l-projbizzjoni ta’ ġbir ta’ ċertu kummissjonijiet bankarji inkwistjoni f’din il-kawża, tista’ taqa’ taħt dan il-kunċett, għandu jitfakkar li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma tikkostitwixxix restrizzjoni fis-sens tat-Trattat minħabba l-fatt biss li Stati Membri oħra japplikaw regoli inqas restrittivi jew ekonomikament iktar interessanti għal dawk li jipprovdu servizzi simili stabbiliti fit-territorju tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ restrizzjoni jkopri l-miżuri meħuda minn Stat Membru li, minkejja li huma applikabbli mingħajr distinzjoni, jaffettwaw l-aċċess għas-suq għall-operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu, f’din il-kawża ma ġiex sostnut li l-projbizzjoni stabbilita mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali fuq il-persuni li jsellfu milli jirċievu ċerti kummissjonijiet bankarji hija imposta mill-kuntest ta’ awtorizzazzjoni fir-Rumanija ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Lanqas mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżulta li l-fatt li tiġi stabbilita tali projbizzjoni jikkostitwixxi indħil fil-libertà li jikkuntrattaw ta’ dawn l-istabbilimenti.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Gvern Rumen kif ukoll il-Kummissjoni sostnew, mingħajr ma ġew ikkontradetti fuq dan il-punt minn Volksbank, li għalkemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tillimita n-numru ta’ kummissjonijiet bankarji li jistgħu jiġu inklużi fil-ftehim ta’ kreditu, hija ma timponix rekwiżiti ta’ trażżin tariffarju, peress li ebda limitu ma huwa previst la fir-rigward tal-ammont tal-kummissjonijiet awtorizzati mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u lanqas fir-rigward tar-rati ta’ interess b’mod ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Għalhekk, din id-dispożizzjoni nazzjonali, għalkemm tista’ teħtieġ adattament ta’ ċerti klawżoli tal-ftehim, waħedha ma twassalx għal spiża addizzjonali għall-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fi Stati Membri oħra u lanqas, b’mod partikolari, għall-ħtieġa għal dawn l-impriżi li jirrivedu l-politika tagħhom u l-istrateġiji kummerċjali tagħhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fis-suq Rumen taħt kundizzjonijiet kompatibbli mal-liġi Rumena.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fid-dawl tal-elementi invokati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma jidhirx li l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali trendi inqas attraenti l-aċċess għall-imsemmi suq u, fil-każ ta’ aċċess għal dan is-suq, inaqqas il-kapaċità tal-impriżi kkonċernati li jipprovdu qabelxejn kompetizzjoni effettiva għall-impriżi tradizzjonalment stabbiliti fir-Rumanija.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-effett tal-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali fuq l-iskambji ta’ servizzi huwa wisq inċert u indirett biex tali miżura nazzjonali tkun tista’ titqies bħala ta’ natura li tostakola l-kummerċ intra-Komunitarju (ara b’analoġija, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>, Francesco Guarnieri &amp; Cie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/09" PAGE.ECR="I-2685" YEAR="2011">C-291/09, Ġabra p. I-2685</REF.DOC.ECR>), punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-elementi li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi konkluż li miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tiksirx ir-regoli tat-Trattat fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li r-regoli tat-Trattat fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprojbixxi lill-istabbilimenti ta’ kreditu milli jiġbru ċerti kummissjonijiet bankarji.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-aħħar lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola li tifforma parti mill-miżura nazzjonali intiża li tittrasponi d-Direttiva 2008/48 li, fil-qasam tal-kwistjonijiet dwar krediti għall-konsum, tippermetti lill-konsumaturi li jikkuntattjaw direttament lill-awtorità ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li sussegwentement tista’ timponi sanzjonijiet fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu minħabba ksur ta’ din il-miżura nazzjonali, u dan mingħajr il-ħtieġa li qabel tirrikorri għal proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarji kif previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal tali kwistjonijiet.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li għalkemm f’din il-kawża l-miżura ta’ traspożizzjoni kkonċernata, jiġifieri l-Artikolu 85(2) tal-OUG 50/2010, tapplika fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kreditu għall-konsum li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tad-Direttiva 2008/48, huwa paċifiku li d-dispożizzjoni armonizzata li hija s-suġġett ta’ din il-kwistjoni, jiġifieri l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48, tapplika għal tali ftehim, u dan skont l-imsemmija miżura ta’ traspożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi ddikkjarat lilha nfisha kompetenti biex tiddeċiedi talbiet għal deċiżjoni preliminari dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li fihom il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkunu jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan u li għalhekk jaqgħu biss taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, iżda li fihom l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kienu saru applikabbli mid-dritt nazzjonali minħabba rinviju minn dan tal-aħħar għall-kontenut tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-310/10" PAGE.ECR="I-5989" YEAR="2011">C-310/10, Ġabra p. I-5989</REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari enfasizzat f’dan ir-rigward li meta leġiżlazzjoni nazzjonali tkun trid tikkonforma s-soluzzjonijiet li toffri għal sitwazzjonijiet purament interni ma’ dawk li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni sabiex, pereżempju, tiġi evitata diskriminazzjoni kontra ċittadini nazzjonali jew eventwali tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, jew inkella sabiex tiżgura proċedura unika f’sitwazzjonijiet komparabbli, jeżisti interess ċert li, sabiex jiġu evitati differenzi fl-interpretazzjonijiet futuri, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni għandhom jirċievu interpretazzjoni uniformi, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet fejn ikollhom japplikaw (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>F’din il-kawża, tali interess jeżisti peress li l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni armonizzata prevista fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48 għal ftehim ta’ kreditu għal konsumaturi li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din id-direttiva hija intiża li tiżgura li proċedura unika tkun preżenti f’sitwazzjonijiet komparabbli f’dak li jikkonċerna r-riżoluzzjoni extraġudizzjarji ta’ kwistjonijiet dwar tali ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Rumen kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu li din it-tieni domanda hija inammissibbli peress li tirrigwarda proċeduri għar-riżoluzzjoni extraġudizzjarji ta’ kwistjonijiet filwaqt li, fil-kawża prinċipali, dawn il-proċeduri ma għandhomx rwol konkret. L-interpretazzjoni mitluba mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ din id-domanda ma għandha ebda relazzjoni mas-suġġett tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Rumen iqis li din id-domanda hija wkoll inammissibbli minħabba l-fatt li l-qorti tar-rinviju titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta d-dritt nazzjonali, fatt li jaqa’ taħt il-kompetenza biss tal-qrati nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, quddiem il-qorti tar-rinviju, Volksbank sostniet li, meta regola li tifforma parti mill-miżura nazzjonali intiża li tittrasponi d-Direttiva 2008/48, jiġifieri l-Artikolu 85(2) tal-OUG 50/2010, tippermetti li kawża titressaq quddiem awtorità ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li sussegwentement tista’ timponi sanzjonijiet fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu mingħajr ma jiġu qabel segwiti l-proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarji ta’ kwistjonijiet, din il-miżura tikser l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48, li jistabbilixxi l-obbligu għall-Istati Membri li jiggarantixxu l-eżistenza ta’ proċeduri adegwati u effikaċi ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet dwar il-konsum li jikkonċernaw krediti għall-konsum.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Huwa wkoll paċifiku li, fil-kawża prinċipali, awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi, f’din il-kawża ANPC, effettivament imponiet multa fuq stabbiliment ta’ kreditu, f’din il-kawża Volksbank, minħabba l-fatt li ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi konklużi minn din tal-aħħar kienu jinkludu klawżoli li jiksru leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi d-Direttiva 2008/48, mingħajr ma dan l-istabbiliment kellu l-possibbiltà minn qabel li jsolvi din it-tilwima permezz ta’ rimedji extraġudizzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li, fid-dawl tal-prinċipji mfakkra fil-punti 48 u 49 ta’ din is-sentenza, peress li d-domanda hija waħda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u li ma huwiex, tal-inqas, ċar li risposta rilevanti għall-finijiet tal-eżitu tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tingħata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-obbligu li twieġeb.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li għalkemm l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48 jeżiġi li l-proċeduri fil-qasam tar-riżoluzzjoni extraġudizzjarju ta’ kwistjonijiet ikunu adegwati u effikaċi, la din id-dispożizzjoni u lanqas elementi oħra tad-Direttiva 2008/48 li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni tal-portata ta’ din tal-aħħar ma jiżviluppaw iktar fil-fond il-modalitajiet jew il-karatteristiċi ta’ dawn il-proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jirregolaw il-modalitajiet tal-imsemmija proċeduri, inkluża n-natura vinkolanti tagħhom, filwaqt li josservaw l-effettività ta’ din id-direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza Alassini <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Huwa minnu li leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligu ta’ rikors minn qabel għal proċedura ta’ konċiljazzjoni extraġudizzjarja sabiex jiġu riżolti kwistjonijiet, inkwantu tiggarantixxi n-natura sistematika tar-rikors għal tali proċedura, hija intiża li ssaħħaħ l-effettività tad-Direttiva 2008/48 (ara, b’analoġija, is-sentenza Alassini <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 45).</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li la mill-kliem u lanqas, barra minn hekk, mill-għan tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48 jew minn element ieħor kuntestwali li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma jirriżulta li dan jimponi li l-Istati Membri jittrasponu l-imsemmija dispożizzjoni billi jistabbilixxu tali obbligu.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-Direttiva 2008/48 ma tistax tkun ta’ ostakolu għall-fatt li Stat Membru, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa mogħtija lilu minn din id-direttiva fil-qasam tar-regolamentar tal-modalitajiet proċedurali dwar ir-riżoluzzjoni extraġudizzjarja ta’ kwistjonijiet dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumaturi, jippermetti li l-konsumaturi jkollhom l-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli għall-korpi speċjalment stabbiliti għad-difiża tal-interessi tagħhom minħabba, b’mod partikolari, ir-riskju li l-konsumaturi, li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ inferjorità meta mqabbla mal-persuni li jsellfu f’dak li jirrigwarda kemm is-setgħa ta’ negozjar kif ukoll il-livell ta’ informazzjoni, ma jkunux jafu bid-drittijiet tagħhom jew jiffaċċjaw diffikultajiet biex jeżerċitawhom.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jiġi kkunsidrat li dispożizzjoni nazzjonali, bħalma hija dik tal-Artikolu 85(2) tal-OUG 50/2010, inkwantu tippermetti li titressaq kawża direttament quddiem awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi li jkollha s-setgħa li timponi multi, għandha, għal din ir-raġuni biss, bħala effett li trendi l-proċeduri fil-qasam tar-riżoluzzjoni extraġudizzjarja tal-kwistjonijiet dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsum, bħalma huma dawk previsti mid-dritt nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inadegwati, ineffikaċi jew bħala li ma josservawx l-effettività tad-Direttiva 2008/48.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola li tifforma parti mill-miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva li, fil-qasam tal-kwistjonijiet dwar krediti għall-konsum, tippermetti lill-konsumaturi li jikkuntattjaw direttament awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi, li sussegwentement tista’ timponi sanzjonijiet fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu għal ksur ta’ din il-miżura nazzjonali, mingħajr ma tkun irrikorriet qabel għall-proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal tali kwistjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha ftehim ta’ kreditu, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom bħala suġġett l-għoti ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ beni immobbli, minkejja li tali ftehim huma espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-imsemmija direttiva skont l-Artikolu 2(2)(a) ta’ din tal-aħħar.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha b’mod li din il-miżura tapplika wkoll għal ftehim ta’ kreditu, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ din id-direttiva u li kienu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija miżura nazzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt intern timponi obbligi, mhux previsti mill-imsemmija direttiva, fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu f’dak li jirrigwarda t-tipi ta’ kummissjonijiet li dawn tal-aħħar jistgħu jirċievu fil-kuntest tal-ftehim ta’ kreditu għall-konsum li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura, anki jekk tali obbligi ma humiex previsti mill-imsemmija direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-regoli tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprojbixxi lill-istabbilimenti ta’ kreditu milli jiġbru ċerti kummissjonijiet bankarji.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola li tifforma parti mill-miżura nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva li, fil-qasam tal-kwistjonijiet dwar krediti għall-konsum, tippermetti lill-konsumaturi li jikkuntattjaw direttament awtorità għall-protezzjoni tal-konsumaturi, li sussegwentement tista’ timponi sanzjonijiet fuq l-istabbilimenti ta’ kreditu għal ksur ta’ din il-miżura nazzjonali, mingħajr ma tkun irrikorriet qabel għall-proċeduri ta’ riżoluzzjoni extraġudizzjarja previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal tali kwistjonijiet.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>