17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/65


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Diċembru 2014

li ttemm il-proċediment antisussidju dwar importazzjonijiet ta' fibri bażiċi tal-poliester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam

(2014/918/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   BIDU

(1)

Fid-19 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' fibri bażiċi tal-poliester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam (“il-pajjiżi kkonċernati”) fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2013 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fibri Sintetiċi (CIRFS) (“l-ilmentatur”) f'isem seba' produtturi. L-ilmentatur irrappreżenta aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' Fibri bażiċi tal-Poljester (“PSF”). L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta' sussidjar u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kienet biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni.

(3)

Qabel il-bidu tal-proċediment u b'mod konformi mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-GTĊ), lill-Gvern tal-Indja (GTI) u lill-Gvern tal-Vjetnam (GTV) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta' PSF li joriġinaw fil-pajjiżi tagħhom kienu qed jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Gvernijiet rispettivi ġew mistiedna għal konsultazzjonijiet individwali bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tal-ilment u li jaslu għal soluzzjoni bi qbil reċiproku.

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (iċ-Ċina)

(4)

Il-GTĊ ma aċċettax l-offerta għall-konsultazzjonijiet li jallegaw nuqqas ta' fehim dwar d-data tal-preżentazzjoni tal-ilment. Madankollu, il-GTĊ issottometta kummenti fir-rigward tal-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment rigward in-nuqqas ta' kumpens tal-iskemi.

L-Indja

(5)

Il-GTI aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet u saret il-konsultazzjoni. Matul il-konsultazzjonijiet, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-GTI dwar l-iskemi elenkati fl-ilment.

Il-Vjetnam

(6)

Il-GTV aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet u saru l-konsultazzjonijiet. Matul il-konsultazzjonijiet, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-GTV dwar l-iskemi elenkati fl-ilment.

1.2.   PARTIJIET INTERESSATI

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-applikanti, lill-produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-GTĊ, GTI U GTV, lill-importaturi magħrufa, lill-fornituri u l-utenti, il-kummerċjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom biex jipparteċipaw.

(8)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkumentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali.

(a)   Kampjunar

(9)

Minħabba l-ammont apparentement kbir ta' produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati, il-produtturi esportaturi u l-importaturi mhux relatati magħrufa kollha ntalbu jidentifikaw ruħhom mal-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-Notifika ta' Bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-PSF matul il-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013. Din l-informazzjoni ntalbet skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku biex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ teħid ta' kampjun u jekk iva, biex tagħżel il-kampjuni. L-awtoritajiet taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam ġew ikkonsultati wkoll.

Teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(10)

Fin-Notifika ta' bidu tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni ta' PSF matul il-perjodu ta' investigazzjoni u filwaqt li qieset il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu responsabbli għal 54 % tal-produzzjoni totali tal-PSF tal-Unjoni.

(11)

Il-Kummissjoni ħeġġet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar dan il-kampjun provviżorju. Ma waslu l-ebda kummenti. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Teħid ta' kampjuni tal-importaturi

(12)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati li jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(13)

Tmien importaturi mhux relatati ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għall-bidu għażlet kampjun ta' tliet importaturi mhux relatati fuq il-bażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni. B'konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(14)

Wieħed mill-importaturi inkluż fil-kampjun irtira mill-kampjun, u informa lill-Kummissjoni li ma kienx se jippreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. Sussegwentement, il-Kummissjoni abbandunat il-kampjunar minħabba li jkun baqa' numru limitat ta' importaturi (mhux inklużi fil-kampjun) li kienu kollha mitluba jressqu tweġiba għall-kwestjonarju. Żewġ kumpaniji li jimpurtaw kif ukoll jużaw il-prodott ikkonċernat indikaw li ma riedux jikkooperaw bħala importaturi iżda bħala utenti. Mill-ħames importaturi mhux relatati li jifdal, waslu erba' tweġibiet għall-kwestjonarji.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(15)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(16)

Fil-bidu 23 produttur esportatur/gruppi ta' produtturi esportaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi u skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, fil-bidu l-Kummissjoni pproponiet kampjun ta' ħames produtturi esportaturi li kkooperaw/gruppi ta' produtturi li għandhom l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Żewġ produttur esportatur/gruppi ta' produtturi Ċiniżi oħra ppreżentaw l-informazzjoni mitluba fi stadju aktar tard. Madankollu, id-daqs ta' dawn iż-żewġ produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi Ċiniżi ma kienx tali li jinbidel il-kampjun, li kieku ppreżentaw l-informazzjoni mitluba fi żmien il-perjodu stipulat.

(17)

Żewġ produtturi esportaturi/grupp ta' produtturi Ċiniżi talbu li l-kampjun għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-materja prima li tintuża għall-produzzjoni tal-PSF. B'hekk huma sostnew li l-istess numru ta' produtturi ta' PSF li jużaw l-aċidu tereftaliku purifikat/glikol monoetileniku (“l-PTA/MEG”), minn naħa waħda, u produtturi ta' PSF li jużaw tqarqiċ tal-PET fuq in-naħa l-oħra, għandhom jintgħażlu għall-kampjun. Huma argumentaw ukoll li l-proċessi tal-produzzjoni kienu differenti skont il-materja prima użata u li l-produtturi li jużaw materja prima differenti ma jkunux jikkompetu fl-istess suq. Barra minn hekk, intqal li l-produtturi tal-PSF li ma jużawx il-PTA/MEG bħala materja prima mhux se jibbenefikaw mid-dispożizzjoni għall-PTA/MEG għal remunerazzjoni mhux adegwata deskritta fl-ilment.

(18)

Il-Kummissjoni għażlet kampjun ibbażat fuq l-ikbar volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku. Il-kampjun qies ukoll li xi skemi jistgħu ma jintużawx mill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina. Barra minn hekk, ġie nnotat li l-kampjun kien jinkludi kumpaniji li jużaw iż-żewġ proċessi ta' produzzjoni.

(19)

Jekk l-għażla tal-kampjun tiġi bbażata biss fuq it-tipi ta' proċessi ta' produzzjoni jfisser li jkun hemm riskju li jiġi ppreġudikat ir-riżultat tal-investigazzjoni billi wieħed jassumi li sussidji kumpensatorji se jinstabu fir-rigward tal-produtturi ta' PSF billi jużaw il-PTA/MEG bħala materja prima biss u mhux għal produtturi ta' PSF li jużaw tqarqiċ tal-PET bħala materja prima. Barra minn hekk, ġie kkunsidrat li kriterju għall-għażla bħal dan kien ikun arbitrarju minħabba li l-kampjun konsegwenti b'għadd ugwali ta' kumpanniji ma jkunx rappreżentattiv f'termini ta' volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku u għalhekk it-talba ma ntlaqgħetx.

(20)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi/gruppi ta' produtturi saħaq li l-kampjun għandu jkun ibbażat fuq il-valur ta' esportazzjoni aktar milli fuq il-volum tal-esportazzjoni u talab li jiġi inkluż fil-kampjun. L-għażla ta' kampjun ibbażata fuq valuri tal-esportazzjoni ma twassalx għal riżultati oġġettivi u rappreżentattivi minħabba li l-prezzijiet jistgħu jiġu mfixkla mis-sussidjar. Il-Kummissjoni għażlet l-akbar ħames produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi f'termini ta' volum, li jirrappreżentaw 53 % tat-total tal-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. Dan huwa kkunsidrat li huwa l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan l-argument ġie miċħud.

(21)

L-istess parti sostniet li l-materja prima tagħha kienet magħmula għal kollox minn skart tessili riċiklat u ma bbenefikat mill-ebda sussidji li jistgħu jiġu assoċjati mal-użu tal-PTA/MEG. Il-parti ddikjarat li l-ebda marġini ta' sussidju li ġie kkalkulat fuq it-tagħrif rigward kumpaniji li użaw l-PTA/MEG bħala l-materja prima tagħhom, m'għandu jiġi attribwit lilha. Kif spjegat fil-premessa (18) hawn fuq, il-kampjun iqis li xi skemi ma jistgħux jintużaw mill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina. Għalhekk, din it-talba ma ntlaqgħetx.

(22)

Il-kampjun provviżorju ta' ħames produtturi esportaturi, kif deskritt fil-premessa (16), għaldaqstant, kien ikkonfermat bħala l-kampjun finali.

(23)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur qajjem dubji dwar il-metodoloġija ta' kampjunar użata mill-Kummissjoni. Huwa qajjem dubji dwar ir-rappreżentattività tat-23 produttur esportatur/grupp ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw imsemmija fil-premessa (16) hawn fuq b'rabta mal-kwantità totali ta' PSF esportat miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Aktar minn hekk, huwa kkunsidra li kampjun magħmul minn ħames kumpaniji ma kienx biżżejjed bminħabba li n-numru allegat ta' produttur ta' PSF fiċ-Ċina huwa ta' 150. Aktar minn hekk, iddikjara li l-kampjunar ma qiesx il-firxa ġeografika tal-produtturi Ċiniżi u l-proporzjon tal-produtturi Ċiniżi li jużaw il-bosta proċessi ta' produzzjoni involuti. Fl-aħħar l-ilmentatur sostna li l-Kummissjoni ma żvelatx il-volum reali tal-PSF prodotti mill-kumpaniji Ċiniżi inklużi fil-kampjun u jekk il-volum ta' produzzjoni huwiex rappreżentattiv f'relazzjoni mal-volum totali tal-PSF prodotti fiċ-Ċina.

(24)

L-importazzjonijiet tat-23 produttur esportatur/grupp ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw jirrappreżenta 83 % tal-volum ta' importazzjoni totali Ċiniż u l-kooperazzjoni għalhekk tqieset li kienet għolja. Kif imsemmi fil-premessa 16 il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' ħames produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni bl-akbar volum ta' esportazzjonijiet fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi l-kampjun ġie kkunsidrat rappreżentattiv. Il-kumpaniji magħżula ġew mitluba jimlew il-kwestjonarju kollu. F'kull każ, il-produtturi esportaturi li ma jkunux iridu jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jistgħux jintgħażlu fil-kampjun minħabba li l-Kummissjoni tfittex li tistabbilixxi r-riżultati bbażati fuq l-informazzjoni miġbura mill-produtturi esportaturi li kkooperaw permezz tat-tweġibiet tal-kwestjonarju, li huma vverifikati dak il-ħin stess.

(25)

Rigward l-għażla ta' kampjun tal-produtturi esportaturi li jqisu l-firxa ġeografika tagħhom fiċ-Ċina, l-ilmentatur ma ssostantjax il-pretensjoni tiegħu. B'mod partikolari, l-ilmentatur ma spjegax għaliex kampjun ibbażat fuq il-kriterju ta' firxa ġeografika kien ikun skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, li jipprevedi l-possibbiltà li jsiru l-kampjuni fuq il-bażi tal-akbar volum ta' esportazzjonijiet.

(26)

F'dak li jirrigwarda l-pretensjoni li l-kampjun ma qiesx il-proporzjon tal-produtturi Ċiniżi li jużaw id-diversi proċessi ta' produzzjoni involuti, huwa sottolinjat li kif spjegat fil-premessa 18 hawn fuq, il-kampjun inkluda kumpaniji li jużaw iż-żewġ proċessi ta' produzzjoni. Barra minn hekk, l-akbar esportaturi Ċiniżi qed jużaw il-PTA/MEG biex jipproduċu l-PSF għas-suq tal-Unjoni.

(27)

Filwaqt li l-ilmentatur jirreferi wkoll għall-produzzjoni aktar milli għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, wieħed jinnota li l-Kummissjoni ma teħtieġx li tipprovdi l-volum ta' PSF prodotti mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, minħabba li l-iskop tal-proċediment attwali huwa l-valutazzjoni tas-sussidjar f'relazzjoni mal-volum tal-PSF prodotti fiċ-Ċina u esportat lejn l-Unjoni.

(28)

Għalhekk, il-pretensjonijiet kollha magħmula mill-ilmentatur f'relazzjoni mal-metodoloġija ta' kampjunar ġew miċħuda.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fl-Indja

(29)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fl-Indja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Indja għall-Unjoni Ewroepa biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(30)

Tmien produtturi esportaturi fl-Indja ressqu t-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' erba' kumpaniji bbażat fuq l-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati u l-awtoritajiet tal-Indja ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

(31)

Wara -iżvelar, l-ilmentatur irrefera għall-eżistenza ta' 17-il produttur ta' PSF fl-Indja u qajjem dubju jekk kampjun ta' erba' produtturi esportaturi kienx rappreżentattiv. Il-Kummissjoni tikkonferma li l-kampjun ta' erba' produtturi esportaturi Indjani kien ikkunsidrat rappreżentattiv minħabba li jkopri madwar 90 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Indja lejn l-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fil-Vjetnam

(32)

Il-Kummissjoni talbet lil kull produttur esportatur magħruf fil-Vjetnam biex jipprovdi l-informazzjoni speċifikata fl-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Vjetnam għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(33)

Ħames produtturi esportaturi fil-Vjetnam ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun, iżda waħda minn dawn il-kumpaniji ma kellha l-ebda bejgħ ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix tinvestiga lil din il-kumpanija. Fid-dawl tan-numru baxx ta' produtturi esporataturi li jifdal, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju.

(34)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur innota li għall-kwestjonarju tal-Vjetnam waslu r-risposti ta' tlieta minn erba' produtturi esportaturi u li l-Kummissjoni kellha tfittex li tikseb l-istess livell ta' kopertura wkoll għall-esportazzjonijiet Ċiniżi u Indjani. Il-Kummissjoni tissottolinja li s-sitwazzjoni tal-industrija kienet pjuttost differenti fil-Vjetnam minħabba n-numru limitat ta' produtturi esportaturi li kkooperaw (jiġifieri tlieta) meta mqabbla man-numru sinifikanti ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina u l-Indja. Għalhekk kien hemm bżonn ta' kampjunar f'dawn l-aħħar żewġ pajjiżi biss. Il-Kummissjoni tiċċara wkoll li t-tliet produtturi esportaturi Vjetnamiti li kkooperaw u li qed jiġu investigati jirrappreżentaw aktar minn 99 % tal-volum totali ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Vjetnam lejn l-Unjoni.

(b)   Eżami Individwali

(35)

Tliet produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina talbu eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-numru ta' talbiet għal eżami individwali u d-daqs tal-kampjun ta' produtturi esportaturi miċ-Ċina, l-eżami ta' dawn it-talbiet kien ikun ta' piż kbir wisq. It-talbiet għalhekk ġew miċħuda.

(36)

L-ebda produttur esportatur fl-Indja ma talab eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku. L-eżami ta' din it-talba ġie aċċettat. B'mod partikolari, ġie deċiż li eżami individwali f'dan il-każ partikolari ma jkunx ta' piż żejjed u mhux se jipprevjeni t-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut.

(c)   Risposti għall-kwestjonarju

(37)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lir-rappreżentanti taċ-Ċina (inklużi kwestjonarji speċifiċi għall-banek u l-produtturi tal-PTA u l-MEG), lir-rappreżentanti tal-Indja (inklużi kwestjonarji speċifiċi għall-banek) u lir-rappreżentanti tal-Vjetnam (inklużi kwestjonarji speċifiċi għall-banek u l-produtturi tal-PTA u l-MEG). Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lil ħames produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina, ħames produtturi esportaturi (erba' kampjuni fil-kampjun u wieħed le) fl-Indja, erba' produtturi esportaturi fil-Vjetnam, erba' produtturi tal-Unjoni, ħames importaturi mhux relatati u 105 utent.

(38)

Fir-rigward taċ-Ċina, waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-GTĊ (il-Ministeru tal-Kummerċ) u l-ħames produtturi esportaturi/grupp ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina. Fir-rigward tal-Indja, waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-GTI (Il-Ministeru tal-Kummerċ u l-industrija), l-erba' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-Indja u l-produttur esportatur Indjan li talbu eżami individwali. Fir-rigward tal-Vjetnam, waslu tweġibiet mill-GTV (L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Vjetnam, il-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ u diversi banek). Produttur esportatur wieħed, li jammonta għal volum baxx ħafna ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, irtira l-kooperazzjoni tiegħu u ma weġibx għall-kwestjonarju. Tweġibiet tal-kwestjonarju waslu mingħand it-tliet produtturi esportaturi li kien fadal (tnejn minnhom li jappartjenu għall-istess grupp) fil-Vjetnam. Barra minn hekk, erba' produtturi tal-Unjoni, erba' importaturi mhux relatati u tnax-il utent ippreżentaw it-tweġibiet għall-kwestjonarji.

(39)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur ikkummenta li deher li kien hemm nuqqas ta' proporzjonalità fir-rigward tan-numru ta' kwestjonarji mibgħuta lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun minn naħa u fir-rigward tal-importaturi u l-utenti minn naħa l-oħra. L-ewwel u qabel kollox, in-numru ta' kwestjonarji mibgħuta lil grupp ta' atturi ekonomiċi (produtturi tal-Unjoni, produtturi esportaturi, importaturi jew utenti) mhuwiex indikattiv tal-piż li l-Kummissjoni tagħti lis-sitwazzjoni rispettiva tagħhom. L-uniku għan huwa li jinkisbu livell u ammont xierqa ta' informazzjoni biex issir l-aħjar analiżi possibbli tas-sussidju, l-ħsara u l-interess tal-Unjoni.

(40)

F'dan il-każ, intbagħtu kwestjonarji lil erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-Kampjun, il-ħames produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, ħames produtturi esportaturi Indjani, erba' produtturi esportaturi Vjetnamiti, ħames importaturi u l-utenti kollha magħrufa u dawk l-utenti li għamlu lilhom infushom magħrufa. Tabilħaqq, l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku ma jipprovdix għall-kampjunar tal-utenti. Aktar minn hekk, l-esperjenza tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ s'issa turi li minkejja li f'xi każijiet, ibbażati fuq l-informazzjoni disponibbli, numru kbir ta' utenti jistgħu jiġu kkuntattjati, normalment huwa numru limitat biss minnhom li jkunu lesti li jipprovdu tweġiba fil-kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni, anke f'dan il-każ, fittxet b'mod attiv il-kooperazzjoni tan-numru massimu ta' utenti.

(d)   Żjajjar ta' Verifika

(41)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ biex jiġi determinat l-għoti ta' sussidji, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku twettqu fl-awtoritajiet tal-Istat, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji li ġejjin:

 

Il-Gvern taċ-Ċina

—

Il-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż, Beijing, iċ-Ċina

 

Il-Gvern tal-Indja

—

Il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija, New Delhi

 

Il-Gvern tal-Vjetnam

—

L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tal-Vjetnam, il-Ministeru tal-Industrija u l-Kummerċ, Hanoi

—

Il-Ministeru tal-Finanzi, Hanoi (inklużi ż-żjarat ta' verifika lil diversi banek)

—

L-awtoritajiet doganali ta' Thai Binh — Thai Binh City, Provinċja ta' Thai Binh

 

Produtturi tal-Unjoni

—

Trevira GmbH, Bobingen, il-Ġermanja

—

Wellman International Ltd., Kells, l-Irlanda

—

Greenfiber International S.A., Buzau, ir-Rumanija

—

Silon s.r.o., Sezimovo Ústí, ir-Repubblika Ċeka

 

L-importaturi

—

Elias Enterprises Limited, Altrincham, ir-Renju Unit

 

L-utenti

—

Sandler AG, Schwarzenbach/Saale, il-Ġermanja

 

Produtturi esportaturi fiċ-Ċina

—

Far Eastern Industries (Shanghai) Ltd., Shanghai

—

Jiangsu Huaxicun CO, Huaxi Village, Jiangyin

—

Jiangsu Xinsu Chemical Fibre Co., Suzhou

—

Xiamen Xianglu Chemical Fibre Co., Xiamen

—

Zhejiang AnShun Pettechs Fibra CO, Fuyang

 

Produtturi li jesportaw lejn l-Indja

—

Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd, Mumbai

—

Ganesha Ecosphere Limited, Kanpur

—

Indo Rama Synthetics Ltd., Nagpur

—

Reliance Industries Limited, Mumbai

—

Polyfibre Industries Pvt. Ltd., Mumbai

 

Produtturi esportaturi fil-Vjetnam

—

Vietnam New Century Polyester Fibre Co Ltd., Halong City

—

Thai Binh Polyester Staple Fibre Joint Stock Company, Thai Thuy, Provinċja ta' Thai Binh u Hop Than Co. Ltd., Thai Binh, Provinċja ta' Thai Binh (imsejħa konġuntament “Grupp Thai Binh”).

(42)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur sostna li ħafna mill-produtturi Ċiniżi huma kkonċentrati reġjonalment fil-provinċji kostali tax-Xlokk ta' Jiangsu u Zhejiang u l-ebda mill-ħames żjajjar ta' verifika ma' seħħew fl-ebda waħda minn dawn il-provinċji. F'dan ir-rigward, huwa nnutat li Jiangsu Xinsu Chemical Fibre Co u Jiangsu Huaxicun Co jinsabu fil-provinċja ta' Jiangsu filwaqt li Zhejiang Anshun Pettechs Fibre tinsab fil-provinċja ta' Zhejiang. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(43)

Barra dan, l-ilmentatur sostna li żewġ produtturi kbar Ċiniżi, f'termini tal-kapaċità ta' produzzjoni, ma ġewx inklużi fil-kampjun. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li kif spjegat fi premessi 16 u 18 hawn fuq, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun ibbażat fuq il-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u għażlet l-akbar ħames esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi lejn l-Unjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Is-sempliċi fatt li hemm produtturi oħra kbar ta' PSF fiċ-Ċina ma jqajjimx dubji dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun..

(44)

L-ilmentatur qajjem ilment simili għall-Vjetnam, u sostna li ż-żewġ produtturi ta' PSF ewlenin tal-Vjetnam ma kinux inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni. Kif il-Kummissjoni spjegat fil-premessi 32-34 hawn fuq, l-investigazzjoni kopriet it-totalità tal-produtturi Vjetnamiti li jesportaw il-PSF lejn l-Unjoni, u t-tweġibiet ġew riċevuti minn tliet produtturi esportaturi li jirrappreżentaw kważi t-totalità tal-esportazzjonijiet ta' PSF lejn l-Unjoni. Il-fatt li jista' jkun hemm produtturi kbar oħra ta' PSF fil-Vjetnam li ma jesportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni m'huwiex rilevanti għar-rappreżentattività tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

1.3.   PERJODU TA' INVESTIGAZZJONI U PERJODU KKUNSIDRAT

(45)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (il-perjodu tal-investigazzjoni). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

(46)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur ikkummenta dwar it-tul tal-perjodu ta' investigazzjoni, li huwa kkunsidrat li huwa qasir u għalhekk li kellu “effetti detrimentali” fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni. L-ilmentatur sostna li t-tul ta' tnax-il xahar injora li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni allegatament kienet ilha għaddejja għal perjodu ta' diversi snin. L-ilmentatur kien ukoll tal-fehma li s-sussidji mniżżla fl-ilment ma setgħux jiġu analizzati b'mod xieraq bl-użu ta' perjodu tal-investigazzjoni ta' tnax-il xahar.

(47)

Fir-rigward tal-analiżi tal-ħsara, jeħtieġ li jiġi sottolineat li l-Kummissjoni vvalutat is-snin 2010, 2011 u 2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni, u mhux kif jgħd l-ilmentatur, tnax-il xahar biss mill-perjodu tal-investigazzjoni. Fir-rigward tad-determinazzjoni tas-sussidjar, il-Kummissjoni għazlet, fi ħdan il-marġni ta' diskrezzjoni u f'konformità mal-Artikoli 5 u 11 tar-Regolament bażiku, perjodu tal-investigazzjoni ta' tnax-il xahar. Sal-iżvelar, la l-ilmentatur u lanqas il-partijiet l-oħra interessati ma kkummentaw dwar it-tul tal-perjodu tal-investigazzjoni li ġie stipulat fin-Notifika ta' Bidu u l-kwestjonarji, Il-Kummissjoni tikunsidra li perjodu tal-investigazzjoni ta' tnax-il xahar huwa xieraq biex jiżgura sejbiet rappreżentattivi għall-iskop tal-investigazzjoni. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

1.4.   ID-DIVULGAZZJONI

(48)

Fit-2 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha ttemm il-proċediment u stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw. Il-kummenti ġew riċevuti minn assoċjazzjoni tal-utenti, l-ilmentatur, produttur esportatur wieħed u l-affiljati tiegħu, erba' produtturi esportaturi Indjani, il-GTĊ u l-GTV. Il-kummenti li saru diġà tqiesu mill-Kummissjoni u ttieħed kont tagħhom, fejn xieraq.

(49)

Il-kummenti riċevuti mill-assoċjazzjoni tal-utenti indirizzaw il-kwistjoni ta' interess tal-Unjoni, li ma kenitx ivalutata minħabba li ma hemm l-ebda raġuni għall-impożizzjoni ta' miżuri.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(50)

Il-prodott ikkonċernat huwa fibri bażiċi sintetiċi tal-poliester mhux mimxutin, mqardxin, jew ipproċessati mod ieħor għall-għażil li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM 5503 20 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

(51)

Il-prodott ikkonċernat normalment jista' jiġi prodott jew bl-użu ta' PTA (Aċidu Tereftaliku Purifikat) u MEG (Glikol Mono Etiliniku) jew bl-użu ta' tqarqiċ tal-fliexken PET riċiklati biex jiġu prodotti il-PSF riċiklati. Il-prodott jintuża f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju fil-ħwejjeġ, l-ilbies u armar tad-dar iżda wkoll fl-industrija tal-karozzi, l-industrija tal-iġene u dik medika kif ukoll l-industrija tal-kostruzzjoni.

2.2.   IL-PRODOTT SIMILI

(52)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li jmiss għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

—

Il-prodott ikkonċernat;

—

Il-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiżi kkonċernati; kif ukoll

—

Il-prodott magħmul u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(53)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

2.3.   AFFERMAZZJONIJIET RIGWARD IL-FIRXA TAL-PRODOTT

2.3.1.   PSF magħmul minn PTA/MEG u l-PSF magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati

(54)

Żewġ awtoritajiet tal-gvern u assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-produtturi esportaturi ta' wieħed mill-pajjiżi kkonċernati sostnew li l-PSF magħmul mill-PTA/MEG u l-PSF magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati għandhom ikunu ttrattati bħala żewġ prodotti differenti. It-talba kienet ibbażata fuq id-differenza fil-materji primi ewlenin użati li jixbħu lil dawk użati għal ċerti tipi ta' PSF, PTA/MEG, filwaqt li għal ċerti tipi oħra, minflok jintuża tqarqiċ magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati. B'rabta ma' dan, l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ kienu msemmija bħala differenzi importanti. Ġie ddikjarat ukoll li hemm differenzi sostanzjali fil-kwalità bejn PSF magħmula minn ATP u MEG u PSF magħmula minn fliexken tal-PET irriċiklati, li għandhom impatt fuq l-użu u l-applikazzjoni.

(55)

PSF magħmula minn PTA/MEG u PSF magħmula minn fliexken tal-PET irriċiklati fil-fatt jikkostitwixxu żewġ tipi ta' PSF differenti fi ħdan l-ambitu tal-prodott tal-PSF. Madankollu, iż-żewġ tipi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-utenti aħħarija tagħhom huma bażikament l-istess. Huwa rikonoxxut li mhux it-tipi kollha ta' prodotti jistgħu jinbidlu bejniethom, iżda investigazzjonijiet preċedenti u l-investigazzjoni preżenti stabbilixxew li hemm mill-inqas interkambjalità parzjali u użu doppju tat-tipi differenti tal-prodott. Għalhekk id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

(56)

Produttur esportatur minnhom fil-preżentazzjoni tiegħu tenna li l-użu ta' fliexken tal-PET irriċiklati meta mqabbel mal-użu ta' tqarqiċ magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati jinvolvi proċess ta' produzzjoni differenti u fih materja prima differenti. L-istess parti żiedet ukoll li l-ispejjeż u l-prezz ta' bejgħ kif ukoll il-kwantità ta' PSF prodotti bi fliexken riċiklati tal-PET huma ħafna anqas minn dawk ta' “PSF normali”. Il-Kummissjoni ssotni li l-materja prima, kemm jekk fliexken tal-PET irriċiklati kif ukoll jekk tqarqiċ magħmul minn fliexken irriċiklati tal-PET, hija kważi l-istess. Meta mqabbel mat-tqarqiċ tal-PET, il-passi żejda meħtieġa, meta jintużaw fliexken tal-PET, huma t-tqassim u l-ħasil tal-fliexken flimkien mat-tqattigħ tal-fliexken fi tqarqiċ. Il-passi tal-produzzjoni kollha li jmiss huma l-istess. Barra minn hekk, il-prodott finali għandu l-istess karatteristiċi, bil-qbil li jistgħu jeżistu diversi livelli ta' kwalità kif kien ukoll previst fil-PCN. Id-differenza fil-prezz (jekk ikun hemm) bħala riżultat ta' diversi livelli ta' kwalità hija għalhekk koperta mill-PNC. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

2.3.2.   PSF ta' komodità u PSF ta' speċjalità.

(57)

Awtorità waħdanija tal-gvern u erba' produtturi esportaturi sostnew li l-PSF ta' komodità u l-PSF ta' speċjalità għandhom jitqiesu bħala prodotti differenti, minħabba d-differenzi fl-ispiża tal-produzzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-użu. Kien allegat ukoll li l-industrija tal-Unjoni tiffoka fuq PSF ta' speċjalità bħala t-tip ewlieni ta' PSF filwaqt li l-pajjiżi kkonċernati jfornu l-aktar PSF ta' komodità.

(58)

L-awtorità tal-gvern u l-erba' produtturi esportaturi li għamlu t-talba kif deskritt fil-premessa 57 ma pprovdewx definizzjoni ta' PSF ta' speċjalità.

(59)

PSF ta' speċjalità, kif definiti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ivarjaw minn PSF magħmula minn taħlita ta' polijester u ta' politilene għall-użu fi prodotti tal-iġjene, PSF ikkuluriti (miżbugħin) PSF, PSF b'tenaċità speċifika, PSF ritardanti tal-fjammi, PSF għal użu tekniku (bħal ġeotessili u prodotti mhux minsuġin użati fl-industrija tal-bini), PSF li huma definiti, żviluppati u mfassalin flimkien mal-klijent għal applikazzjonijiet speċifiċi, sa PSF użat fl-industrija tal-karozzi (il-kisi viżibbli speċifiku tal-karozzi jrid ikun ta' kulur konsistenti).

(60)

PSF standard, skont il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ikopru dawk il-PSF li jkollhom firxa usa' ta' flessibbiltà għall-ispeċifikazzjonijiet tiegħu.

(61)

Bid-definizzjoni proposta tat-tip ta' PSF ta' speċjalità u t-tip ta' PSF ta' komodità, iż-żewġ tipi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Il-fatt li hemm diversi tipi, gradi u kwalitajiet ma jeskludix li dawn jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prodott wieħed. L-użi possibbli ta' PSF ta' komodità jidhru aktar wiesa' mit-tip ta' PSF ta' speċjalità iżda dawn id-differenzi mhumiex biżżejjed biex jiġu kklassifikati bħala żewġ prodotti individwali. Għalkemm it-tipi ta' PSF għandhom karatteristiċi differenti li jikkorrispondu għall-għan speċifiku tagħhom, il-karatteristiċi fiżiċi bażiċi, l-applikazzjoni u l-użu tagħhom huma l-istess.

(62)

Barra minn hekk, hemm bżonn li jiġi ċċarat li matul il-perjodu ta' investigazzjoni, t-tipi ta' PSF ta' speċjalità ma kinux it-tip ewlieni ta' PSF magħmula mill-produtturi tal-Unjoni. Bħala medja, kienu jammontaw għal madwar 40 % tat-tipi kollha ta' PSF prodotti mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, skont id-definizzjoni tagħhom stess ta' PSF ta' komodità u ta' PSF ta' speċjalità.

(63)

Wara l-iżvelar, produttur esportatur minnhom ippreżenta mill-ġdid li t-tip ta' PSF ta' speċjalità u t-tip ta' PSF ta' komodità m'humiex “prodotti simili” u għalhekk, ma jistgħux jiġu eżaminati flimkien. L-istess parti nnutat li t-tip ta' PSF ta' speċjalità u t-tip ta' PSF ta' komodità huma differenti fl-użu aħħari, fl-ispiża ta' produzzjoni u fil-prezz tal-bejgħ. Għalhekk, qies li kien nuqqas mill-Kummissjoni li ma eżaminatx id-differenzi fl-ispejjeż u l-prezz ta' bejgħ tat-tip ta' PSF ta' speċjalità u t-tip ta' PSF ta' komodità. Huwa qal li mhuwiex ċar kif l-ispiża ta' produzzjoni u l-prezz ta' bejgħ tal-prodott investigat ġew iddeterminati u talab lill-Kummissjoni teżamina l-analiżi tal-bejgħ taħt il-prezz wara li tagħmel segregazzjoni tal-PSF ta' komodità u tal-PSF ta' speċjalità.

(64)

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-PSF jinbiegħu f'tipi ta' prodotti differenti għall-użu fl-għażil jew applikazzjonijiet mhux minsuġa. Per eżempju, il-PSF jista' jkollhom għamla ta' monokomponent jew ta' bikomponent kif ukoll speċifikazzjonijiet differenti bħal deċiteks, tenaċja, tleqqija, grad ta' kwalità eċċ. Speċifiċitajiet bħal dawn inqabdu mill-PCN, li dwaru l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. Huwa magħruf li l-PSF ta' komodità u speċjalità ma jistgħux dejjem jinbidlu bejniethom fl-applikazzjonijiet kollha possibbli, iżda hemm possibilità ta' użu illi fih jistgħu jinbidlu bejniehom jew użu doppju bejn tipi ta' prodotti differenti. Kif deskritt fil-premessa 61 u kif stabbilit fi proċedimenti preċedenti li jirrigwardaw l-istess prodott, il-karatteristiċi fiżiċi u kimiki kif ukoll l-użu aħħari ta' dawn it-tipi huma bażikament l-istess. It-tipi kollha huma bbażati fuq l-istess materja prima (PTA/MEG jew PET irriċiklat) li jammonta għal aktar minn 60 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni. Addittivi jew komponenti addizzjonali jistgħu jiżdiedu ma' dan biex jiżguraw ċerti proprjetajiet speċifiċi tal-fibra. Il-PCN ikopri l-oriġini tal-materji primi u elementi oħra li għandhom impatt fuq l-ispiża ta' produzzjoni u l-prezzijiet ta' bejgħ. Madanakollu, ma teżisti l-ebda differenza sostanzjali fil-proċess ta' produzzjoni ta' PSF ta' komodità u speċjalità. Dan jista' jidher fil-każ ta' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li minnhom ħadd ma pproduċa PSF ta' komodità jew ta' speċjalità biss. Fl-aħħar, ma tidher li teżisti l-ebda definizzjoni konsistenti u miftiehma b'mod komuni ta' PSF ta' speċjalità. Pereżepmju, kif deskritt fil-premessa (59) il-PSF użati fl-industrija tal-iġjene huma kkunsidrati minn xi produturi tal-Unjoni bħala tip ta' speċjalità. Għall-kuntrarju, diversi utenti u assoċjazzjoni ta' utenti indikaw li l-PSF li għandhom jintużaw fl-industrija tal-iġjene bal per eżempju, karti mxarrbin, huma tat-tip ta' komodità, għalkemm preferibbilment m'għandhomx ikun ta' oriġini riċiklata, għal raġunijiet ta' saħħa u sigurtà. Aktar minn hekk, xi produtturi tal-Unjoni jqisu li t-tipi ta' PSF li għandhom ħtiġijiet partikolari speċifiċi għall-konsumatur (per eżempju, kulur partikolari) għandhom jkunu PSF ta' speċjalità, anke jekk xi tipi jistgħu jsegwu l-istess proċess ta' produzzjoni u jkollhom l-istess spejjeż ta' produzzjoni bħal kwalunkwe tip (ta' komodità). Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax toqgħod fuq kategorizzazzjoni ta' komodità awtoproklamata meta mqabbla ma' tip ta' PSF ta' speċjalità u għalhekk din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx.

2.3.3.   Talbiet oħra magħmula fir-rigward tal-ambitu tal-prodott

(65)

Utent wieħed u assoċjazzjoni ta' utenti sostew li l-PSF impurtati miċ-Ċina huwa ta' kwalità ogħla mill-PSF prodotti fl-Unjoni. Argument minnhom kien li l-PSF mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma fihomx biċċiet ta' polimeri iebsa. Argument ieħor imressaq kien il-luminożità tal-PSF Ċiniżi, filwaqt li l-PSF prodotti fl-Unjoni jingħad li fihom tonalitajiet griżi, peress li l-parti l-kbira tal-PSF tal-Unjoni huma PSF magħmula minn fliexken tal-PET irriċiklati.

(66)

L-ewwel argument fir-rigward PSF tal-Unjoni li jkun fihom biċċiet ta' polimeri iebsa ma kien sostanzjat bl-ebda evidenza. Barra minn hekk, intqal ukoll il-kuntrarju fi preżentazzjonijiet oħra tal-utenti u fi tweġibiet għall-kwestjonarju tal-utenti (jiġifieri li l-PSF prodotti minn produttur tal-Unjoni huma ġeneralment ta' kwalità ogħla minn PSF prodotti mill-pajjiżi kkonċernati).

(67)

Fir-rigward tat-tieni argument dwar il-luminożità, l-informazzjoni pprovduta matul l-investigazzjoni tikkonferma li PSF magħmula minn PTA/MEG normalment ikunu jidhru ħafna aktar minn PSF magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati (meta ma jiżdiedu l-ebda pigment u/jew brillaturi matul il-proċess ta' produzzjoni). Madankollu, iż-żewġ tipi ta' PSF għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-utenti aħħarija tagħhom huma bażikament l-istess. Għandu jiġi nnutat ukoll li fil-kalkolu tal-ħsara, il-materja prima bażika kienet wieħed mill-fatturi li tqies. Fi kliem ieħor, il-PSF impurtati magħmula minn fliexken tal-PET irriċiklati jistgħu jitqabblu biss ma' PSF prodotti fl-Unjoni minn fliexken tal-PET irriċiklati. Bl-istess mod, il-PSF importati magħmula minn PTA u MEG għandhom jitqabblu biss ma' PSF prodotti fl-Unjoni magħmula minn PTA u MEG.

(68)

Assoċjazzjoni tal-utenti, produttur esportatur u awtorità tal-gvern iddikjaraw li l-utenti downstream ħafna drabi jitolbu li l-prodotti jsiru permezz ta' PSF li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati (b'mod partikolari, iċ-Ċina).

(69)

Ma tressqet l-ebda evidenza biex issostni din id-dikjarazzjoni u lanqas biex tagħti aktar dettalji dwar ir-raġunament wara l-insistenza fuq il-PSF mit-tliet pajjiżi kkonċernati (jekk insistenza bħal din fil-fatt qed tiġi ppreżentata minn klijenti downstream).

(70)

L-assoċjazzjoni tal-utenti sostniet b'mod partikolari li l-industrija tal-karozzi tal-Unjoni taċċetta biss PSF minn oriġini Ċiniża.

(71)

Madankollu, naqset milli tiġġustifika t-talba tagħha u turi li l-PSF prodotti mill-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux jintużaw mill-industrija tal-karozzi tal-Unjoni. Barra minn hekk, dejta vverifikata wriet li anki l-produtturi tal-Unjoni jbigħu kwantitajiet sostanzjali ta' PSF lill-industrija tal-karozzi tal-Unjoni, li tindika l-kuntrarju.

(72)

Produttur esportatur partikolari ddikjara li l-PSF magħmula minn dan il-produttur esportatur u l-PSF prodotti mill-produtturi tal-Unjoni, għalkemm it-tnejn li huma magħmulin minn fliexken tal-PET irriċiklati, huma prodotti differenti. Skont dan il-produttur esportatur, il-PSF tiegħu jsiru (prinċipalment) minn fliexken tal-PET irriċiklati (mhux tqarqiċ), li jsegwu proċess ta' produzzjoni differenti u jikkostitwixxu materja prima differenti meta mqabbel ma' produtturi ta' PSF li jużaw tqarqiċ magħmul minn fliexken tal-PET irriċiklati.

(73)

Din id-dikjarazzjoni ma ntlaqgħetx ukoll, minħabba li l-fliexken tal-PET u t-tqarqiċ tal-fliexken tal-PET (li huma fliexken tal-PET imfarrka f'biċċiet) huma essenzjalment l-istess materja prima għalkemm f'forma oħra.

2.3.4.   Konklużjoni

(74)

Għalhekk ġie konkluż li t-tipi kollha ta' PSF koperti mill-investigazzjoni jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-utenti aħħarija tagħhom huma bażikament l-istess.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   IĊ-ĊINA

3.1.1.   Ġenerali

(75)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinstab fl-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament involvew l-għoti ta' sussidji minn awtoritajiet Governattivi taċ-Ċina, ġew mistħarrġa:

A.

Self preferenzjali lill-industrija tal-PSF minn banek tal-Istat u l-inkarigu u t-tmexxija mill-gvern tal-bank privat

B.

Fornimenti ta' prodotti u servizzi tal-Gvern għal remunerazzjoni mhux adegwata u l-inkarigu u d-direzzjoni tal-Gvern tal-fornituri privati

—

Il-forniment mill-Gvern ta' PTA u MEG għal remunerazzjonii mhux adegwata;

—

Forniment mill-gvern ta' art u drittijiet ta' użu tal-art għal remunerazzjoni mhux adegwata;

—

Forniment mill-gvern ta' enerġija elettrika;

—

Programm li jikkonsisti mill-forniment tal-ilma bl-irħis.

C.

Għotjiet għall-Iżvilupp u Sussidji tal-Imgħax għas-Settur Tessili

—

Il-Fond Speċjali “Go Global”

—

Il-Fond tal-Promozzjoni tal-Kummerċ għall-Agrikoltura, l-Industrija fil-Livell tal-Konsum u l-Prodotti tat-Tessuti.

D.

Programmi ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa Diretta

—

L-Eżenzjonijiet mit-taxxa fuq intrapriżi barranin (tal-investiment);

—

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati;

—

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi rikonoxxuti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida;

—

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu f'żoni ekonomiċi speċjali;

—

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi orjentati lejn l-esportazzjoni;

—

Krediti tat-taxxa sa 40 % tal-valur tax-xiri tat-tagħmir prodott lokalment.

E.

Programmi ta' Taxxa Indiretta u Tariffi ta' Importazzjoni

—

Eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-valur miżjud u roħsijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat;

—

Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina.

F.

Programmi Reġjonali/Provinċjali oħrajn

—

Taxxa u eżenzjonijiet (oħrajn) f'żoni ta' żvilupp fil-Provinċja ta' Jiangsu;

—

Inċentivi fiskali fil-Belt ta' Changzhou;

—

Kirjiet preferenzjali fil-Belt ta' Changzhou;

—

Programmi ta' inċentiv għall-esportazzjoni fil-Provinċja ta' Zhejiang;

—

Għotjiet tal-innovazzjoni teknoloġika fil-Provinċja ta'Zhejiang Province;

—

Inċentivi għat-taxxa u d-dazju f'żoni ta' żvilupp fil-Provinċja ta' Guangdong;

—

Inċentivi għall-esportazzjoni fil-Provinċja ta' Guangdong;

—

Rimborż ta' ħlasijiet legali fil-Provinċja ta' Guangdong;

—

Programm ta' fondi (speċjali) għal attivitajiet ta' kummerċ barrani fil-Provinċja ta' Guangdong;

—

Sussidji fuq l-imgħax ta' self biex jappoġġjaw proġetti tal-innovazzjoni teknoloġika fil-provinċja ta' Guangdong;

—

Rati ta' taxxa preferenzjali f'żoni ta' żvilupp fil-provinċja ta' Shanghai;

—

Infrastruttura preferenzjali fil-provinċja ta' Shanghai;

—

Politiki ta' self u ta' taxxa għal impriżi li huma orjentati lejn l-esportazzjoni, fil-provinċja ta' Shanghai.

(76)

Il-Kummissjoni investigat l-iskemi kollha allegati fl-ilment. Għal kull skema ġie investigat jekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, setgħux jiġu stabbiliti kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTĊ u l-għoti ta' benefiċċju lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. L-investigazzjoni żvelat li, f'dan il-każ, kull benefiċċju li nstab għall-iskemi investigati huwa taħt il-livell limitu de minimis applikabbli fl-Artikolu 14(5) (3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li ssir konklużjoni dwar il-kumpensabilità tal-iskemi individwali.

Id-dettalji tal-iskemi u r-rati ta' benefiċċju korrispondenti għal kumpaniji individwali huma stabbiliti hawn taħt.

3.1.2.   Skemi Speċifiċi

Skemi li ma ntużawx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni

(77)

L-iskemi t'hawn taħt instabu li ma ntużawx mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampju matul il-perjodu ta' investigazzjoni u għalhekk ma seta' jiġi stabbilit l-ebda benefiċċju.

—

Id-Dispożizzjoni tal-PTA u l-MEG għal remunerazzjoni mhux adegwata

—

Forniment mill-gvern ta' enerġija elettrika għal remunerazzjoni mhux adegwata;

—

Forniment mill-gvern ta' ilma bl-irħis għal rimumerazzjoni mhux adegwata;

—

Il-Fond Speċjali “Go Global”

—

Il-Fond tal-Promozzjoni tal-Kummerċ għall-Agrikoltura, l-Industrija tad-Dawl u l-Prodotti tat-Tessuti.

—

l-Eżenzjonijiet mit-taxxa fuq intrapriżi barranin (Investiment);

—

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi rikonoxxuti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida;

—

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu f'żoni ekonomiċi speċjali;

—

Tnaqqis mit-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi orjentati lejn l-esportazzjoni;

—

Krediti tat-taxxa sa 40 % tal-valur tax-xiri tat-tagħmir prodott lokalment;

—

Programmi Reġjonali/Provinċjali oħrajn.

(78)

Fejn jikkonċerna l-forniment ta' PTA u MEG għal remunerazzjoni mhux adegwata, l-ilment allega li l-GTĊ jikkontrolla ċerti industriji u prodotti upstream biex jipprovdi xiri bi prezzijiet favorevoli lill-produtturi ta' PSF, b'mod partikolari l-PTA u l-MEG. Abbażi ta' dan, il-produtturi tal-PSF jirċievu sussidji kumpensatorji permezz tax-xiri mingħand intrapriżi tal-Istat ta' PTA u MEG prodott mill-gvern taħt il-prezz tas-suq u għalhekk għal remunerazzjoni mhux adegwata.

(79)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ta' PSF kienu qed jimportaw il-maġġoranza tal-inputs ta' PTA u MEG tagħhom biex jipproduċu l-PSF għall-esportazzjoni skont sistema ta' pproċessar attiv.

(80)

B'konsegwenza t'hekk ebda sussidju għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma seta' jiġi stabbilit taħt dan il-programm.

(81)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur innota li l-Kummissjoni pprovdiet analiżi parzjali biss għal skema ta' sussidju waħda li ma ntużatx mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni jiġifieri l-forniment ta' PTA/MEG bi prezzijiet issussidjati. Fejn tidħol din l-iskema, l-ilmentatur sostna li l-mod kif ġie stabbilit il-kampjun u l-fatt li produttur ewlieni ta' PSF fiċ-Ċina ma kienx kopert mill-investigazzjoni effettwaw l-iddeterminar ta' sussidjar għal din l-iskema.

(82)

Kif ġie spjegat fil-premessi (16) u (18) hawn fuq, mit-23 produttur esportatur/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni għażlet kampjun li jinkludi l-ħames l-akbar produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi li kien ikkunsidrat rappreżentattiv fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Il-produttur Ċiniż li għalih irrefera l-ilmentatur u li ma kienx inkluż fil-kampjun ma kienx qed jesporta l-PSF lejn l-Unjoni fi kwantitajiet kbar matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għalhekk, in-nuqqas ta' inknlużjoni ta' dan il-produttur ma affettwatx ir-rappreżentattività tal-kampjun u ma kellha ebda effett sinifikanti fuq il-konklużjonijiet dwar l-iskema ta' sussidju inkwistjoni.

(83)

Il-Kummissjoni tikkonferma li fittxet l-informazzjoni u t-tweġibiet dwar l-iskemi kollha ta' sussidju allegati fl-ilment inkluż dawk imsemmija mill-ilmentatur fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar, iżda dawn l-iskemi nstab li ma ntużawx mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Fil-premessa (78) il-Kummissjoni pprovvdiet aktar dettalji dwar id-dispożizzjoni tal-PTA/MEG għal remunerazzjoni mhux adegwata minħabba li din l-iskema ta' sussidju dehret bħala allegazzjoni kbira fl-ilment, li possibliment tagħti sussidju kompensatorju sinifikanti.

Skemi użati minn produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni

3.1.3.   Self preferenzjali lill-industrija tal-PSF

(84)

L-ilmentatur allega li l-produtturi ta' PSF jibbenefikaw minn rati tal-imgħax baxxi (sussidjati) self mill-banek statali oħra u minn banek kummerċjali statali, skont il-politika tal-GTĊ biex jipprovdu assistenza finanzjarja biex iħeġġu u jappoġġaw it-tkabbir u l-iżvilupp tal-industrija tessili u tal-fibra kimika.

(a)   Bażi legali

(85)

Id-dispożizzjonijiet legali li ġejjin jipprovdu għal self preferenzjali fiċ-Ċina: Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (il-liġi tal-banek), Ir-Regoli Ġenerali dwar is-Self ippromulgati mill-Bank Popolari taċ-Ċina (“l-PBOC”) fit-28 ta' Ġunju 1996 u d-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat.

(b)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(86)

LArtikolu 6(b) tar-Regolament bażiku jipprevedi li l-benefiċċju fuq selfiet preferenzjali għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn l-ammont ta' imgħax imħallas u l-ammont li kien jitħallas għal self kummerċjali komparabbli li d-ditta setgħet tikseb fis-suq. Il-Kummissjoni stabbilixxiet punt ta' riferiment tas-suq għal self kummerċjali paragunabbli.

(87)

Il-punt ta' riferiment inħadem ibbażat fuq ir-rati tal-imgħax taċ-Ċina, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq (jiġifieri ġie kkunsidrat li d-ditti kollha fiċ-Ċina jingħataw l-ogħla grad ta' bonds ta'“Grad mhux ta' investiment” biss (BB mingħand Bloomberg) u ġie applikat il-primjum xieraq mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b'din il-klassifikazzjoni għar-rata ta' self standard tal-Bank Popolari taċ-Ċina).

(88)

Il-benefiċċju lill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi kien kkalkulat billi jkun ikkunsidrat id-differenzjali tar-rata tal-imgħax, espress bħala perċentwal, multiplikat bl-ammont li baqa' tas-self, jiġifieri l-imgħax mhux mħallas matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq id-dħul totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(c)   Konklużjoni

(89)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,50 %.

3.1.4.   L-għoti ta' drittijiet tal-użu tal-artijiet għal remunerazzjoni mhix adegwata

(a)   Bażi legali

(90)

Id-dispożizzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina taqa' taħt il-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Liġi tad-Dritt Reali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(91)

Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet, l-artijiet kollha huma proprjetà tal-gvern billi, skont il-kostituzzjoni Ċiniża u d-dispożizzjonijiet legali relevanti, l-artijiet jappartjenu kollettivament lill-poplu taċ-Ċina. L-ebda art ma tista' tinbiegħ iżda jistgħu jingħataw drittijiet tal-użu tal-artijiet skont il-liġi. L-awtoritajiet Statali jistgħu jassenjawha permezz ta' offerti pubbliċi, stima jew irkant.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(92)

Il-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi li kkooperaw irrappurtaw informazzjoni dwar l-art li jippossedu kif ukoll dwar l-kuntratti/ċertifikati tad-drittijiet tal-użu tal-art relevanti, iżda l-ebda informazzjoni ma ngħatat mill-GTĊ dwar il-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(93)

Billi ġie konkluż li s-sitwazzjoni fiċ-Ċina fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet mhijiex immotivata mis-suq, jidher li ma hemm l-ebda punt ta' riferiment privat disponibbli fiċ-Ċina. Għalhekk, aġġustament tal-ispejjeż jew il-prezzijiet fiċ-Ċina mhux prattikabbli. F'dawn iċ-ċirkostanzi ta' min jikkunsidra li ma hemm l-ebda suq fiċ-Ċina u, skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, l-użu ta' valuri referenzjarji esterni biex jitkejjel l-ammont tal-benefiċċju huwa ġustifikat. Billi l-GTĊ naqas milli jippreżenta xi proposta għal punt ta' riferiment estern, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli biex tistabbilixxi punt ta' riferiment estern xieraq. F'dan ir-rigward ġie kkunsidrat xieraq li tintuża informazzjoni mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan bħala punt ta' riferiment xieraq għal raġunijiet spjegati fil-premessa (94) hawn taħt.

(94)

Il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet tal-art fit-Tajwan huma l-aktar simili għaż-żoni fiċ-Ċina fejn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma bbażati. Il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi jinsabu fil-parti tal-Lvant taċ-Ċina, f'żoni żviluppati b'PDG għoli (prodott domestiku gross) fi provinċji b'densità għolja ta' popolazzjoni.

(95)

L-ammont ta' sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji jiġi kkalkolat bil-kunsiderazzjoni tad-differenza bejn l-ammont imħallas minn kull kumpannija għall-użu tad-drittijiet tal-artijiet u l-ammont li ġeneralment jitħallas abbażi tal-punt ta' riferiment tat-Tajwan.

(96)

Meta sar dan il-kalkolu, il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan, ikkoreġut minħabba d-deprezzament tal-valuta u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-drittijiet tal-użu tal-artijiet. L-informazzjoni rigward il-prezzijiet tal-artijiet industrijali nġabret mis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan. Id-deprezzament tal-valuta u l-evoluzzjoni tal-PDG għat-Tajwan ġew ikkalkolati abbażi tar-rati tal-inflazzjoni u l-PDG per capita fi prezzijiet preżenti f'USD għat-Tajwan, kif ġie ppubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fil-Perspettiva Ekonomika Dinjija tal-2011 tiegħu. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat matul il-perjodu tal-investigazzjoni bl-użu tal-ħajja normali tad-dritt tal-użu tal-artijiet għall-użu tal-artijiet industrijali fiċ-Ċina, jiġifieri, 50 sena jew 70 sena. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq id-dħul totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(e)   Konklużjoni

(97)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0,02 % u 0,82 %.

3.1.5.   Programmi ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa Diretta

3.1.5.1.   L-Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati;

(a)   Bażi legali

(98)

Il-bażijiet ġuridiċi ta' din l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi huma l-Artikoli 25-26 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu mill-Intrapriżi u l-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu mill-Intrapriżi.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(99)

Dan il-programm jikkonsisti minn trattament tat-taxxa preferenzjali għal intrapriżi residenti Ċiniżi li jkunu azzjonisti f'intrapriżi residenti Ċiniżi oħra fil-forma ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti dividendi, bonusijiet u investimenti oħra ta' ekwità għall-intrapriżi residenti prinċipali.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(100)

Dwar l-istqarrija tat-taxxa fuq l-introjtu ta' żewġ produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun hemm ammont eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu. Dan l-ammont jissemma bħala dividendi, bonuses u dħul ta' investiment ta' ekwità ieħor tar-residenti u intrapriżi eliġibbli f'konformità mal-kondizzjonijiet fl-Appendiċi 5 tal-formula tat-taxxa tal-dħul (l-Istqarrija Annwali tal-Preferenzi tat-Taxxa). L-ebda taxxa tal-dħul ma tħallset mill-kumpaniji rlevanti fuq dawn l-ammonti.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(101)

L-ammont ta' sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli bl-inklużjoni tal-introjtu minn dividendi li jiġi minn intrapriżi residenti fiċ-Ċina, wara t-tnaqqis ta' dak li tħallas bl-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat fuq id-dħul totali tal-bejgħ tal-kumpaniji produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-perjodu tal-investigazzjoni, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(e)   Konklużjoni

(102)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,06 %.

3.1.6.   Programmi ta' Taxxa Indiretta u Tariffi ta' Importazzjoni

3.1.6.1.   Eżenzjonijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) u roħsijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat

(a)   Bażi legali

(103)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma ċ-Ċirkolari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Politiki Fiskali dwar Tagħmir Impurtat, “Guo Fa Nru 37/1997”, l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni [2008] Nru 43, l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jirrigwardaw l-ittra tal-Amministrazzjoni tal-Konferma dwar Proġetti Domestiċi jew b'Finanzjament Barrani mħeġġa biex jiżviluppaw mill-Istat, Nru 316 2006 tat-22 ta' Frar 2006 u l-Katalgu dwar l-Oġġetti tal-importazzjoni li ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju kemm għall-kumpaniji b'investiment barrani, kif ukoll għall-intrapriżi domestiċi, 2008.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(104)

Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi fuq l-importazzjoni favur intrapriżi b'investiment barrani jew intrapriżi domestiċi għall-importazzjonijiet ta' tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni tagħhom. Biex jibbenefika mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jridx ikun f'lista ta' tagħmir mhux eliġibbli u l-intrapriża li tagħmel it-talba trid tikseb “Ċertifikat ta' proġetti Mħeġġa mill-Istat” maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew mill-Kummissjoni tal-Iżvilupp u r-Riforma Nazzjonali skont il-leġislazzjoni rilevanti dwar l-investiment, it-taxxa u d-dwana.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(105)

Erba' mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun irrappurtaw eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi fuq l-importazzjoni għal tagħmir importat.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(106)

L-ammont ta' sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT u d-dazji eżentati fuq it-tagħmir importat. Il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat fuq il-ħajja tat-tagħmir skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-kumpanija. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat fuq id-dħul totali tal-bejgħ tal-kumpaniji produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-perjodu tal-investigazzjoni, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(e)   Konklużjoni

(107)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,45 %.

3.1.6.2.   Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina

(a)   Bażi legali

(108)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma ċ-Ċirkolari tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar il-ħruġ tal-miżuri provviżorji għall-Amministrazzjoni tar-rifużjonijiet tat-taxxa għax-xiri ta' tagħmir immanifatturat domestikament mill-FIEs Nru 171, 199, 20.9.1999; L-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tal-Politika ta' Rifużjoni tat-Taxxa lil Intrapriżi b'finanzjament Barrani għax-Xiri tagħhom ta' Tagħmir Immanifatturat Domestikament, Nru 176 [2008] tal-Ministeru tal-Finanzi.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(109)

Dan il-programm jipprovdi benefiċċji fil-forma ta' rifużjonijiet tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta' tagħmir prodott domestikament mill-FIEs. It-tagħmir ma jridx ikun fil-Katalgu tat-Tagħmir Mhux eżentabbli u l-valur tat-tagħmir ma jridx jaqbeż il-limitu totali ta' investiment fuq FIE skont il-“Miżuri Amministrattivi bi prova dwar ix-Xiri ta' Tagħmir Prodott Domestikament”.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(110)

Żewġ produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi inklużi fil-kampjun issottomettew informazzjoni dettaljata dwar l-iskema, inkluż l-ammont ta' benefiċċju riċevut.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(111)

L-ammont ta' sussidju kumpensatorju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT rimborżat fuq ix-xiri ta' tagħmir prodott domestikament. Il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat fuq il-ħajja tat-tagħmir skont il-prattiki normali tal-industrija.

(e)   Konklużjoni

(112)

Il-benefiċċju stabbilit għal din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,01 %.

3.1.7.   Programmi Reġjonali/Provinċjali oħrajn

(113)

L-investigazzjoni kkonfermat li ma ġewx riċevuti ebda benefiċċji skont il-programmi msemmija fil-premessa 75 mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.1.8.   Ammont ta' sussidji

(114)

L-ammont tas-sussidji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku antisussidju, espress ad valorem, għall-produtturi esportaturi investigati jvarja bejn 0,76 % u 1,77 %.

(115)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur ilmenta li ma kienx ċar kif il-Kummissjoni kkalkulat il-firxa tal-marġni ta' sussidju totali. Il-firxa tas-sussidji totali aggregati għall-produttur esportatur/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun espress ad valorem mogħti fil-premessa 114 tirrappreżenta l-marġini tas-sussidju l-aktar baxx u l-aktar għoli tal-ħames produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.

3.1.9.   Il-konklużjoni dwar iċ-Ċina

(116)

Fid-dawl tal-ammonti de minimis tas-sussidji kumpensatorji għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fiċ-Ċina m'għandhomx jiġu imposti. Ġie konkluż li l-investigazzjoni għandha tintemm fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku.

3.2.   L-INDJA

3.2.1.   Ġenerali

(117)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li hemm fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li jmiss, li allegatament involvew l-għoti ta' sussidji mill-awtorità tal-gvern tal-Indja, ġew investigati:

(1)

Skema tas-Suq Iffokat

(2)

Skema tal-Prodott Iffokat

(3)

Skema ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem;

(4)

Skema ta' Rifużjoni tad-Dazju

(5)

Skema ta' Prodotti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni

(6)

Eżenzjonijiet mid-dazju u mit-taxxa u tnaqqis f'Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni u ż-Żoni Ekonomiċi Speċjali

(7)

L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni;

(8)

Skema ta' Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul

(9)

Skema ta' Inċentivar tal-Esportazzjonijiet Inkrementali

(10)

Skema ta' Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju

(11)

Skema l-iżvilupp ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tas-Suq u garanziji ta' self.

(12)

Skema tal-Inċentiv tal-Investiment Kapitali tal-Gvern ta' Gujarat

(13)

Skema ta' Inċentiv għat-Taxxa fuq il-Bejgħ ta' Gujarat u l-Iskema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku

(14)

Skemi ta' Sussidju għall-Bengal tal-Punent — inċentivi u konċessjonijiet fiskali, inklużi għotjiet u l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ,

(15)

Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi ta' Maharashtra inklużi l-Iskema ta' Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku ta' Maharashtra u Sussidji tal-Promozzjoni Industrijali.

Skemi ta' sussidju użati mill-produtturi esportaturi Indjani investigati matul il-perjodu tal-investigazzjoni

(118)

L-investigazzjoni skopriet li fil-perjodu tal-investigazzjoni l-iskemi li jmiss taw benefiċċju lill-produtturi esportaturi verifikati.

(1)

Skema tas-Suq Iffokat (“FMS”)

(2)

Skema tal-Prodott Iffokat (“FPS”)

(3)

Skema ta' Rifużjoni tad-Dazju (“DDS”)

(4)

Skema ta' Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (“AAS”)

(5)

Skema ta' Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (“DFIA”)

(6)

Skema ta' Promozzjoni tal-Esportazzjoni tal-Beni Kapitali (“EPCGS”)

(7)

Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi ta' Maharashtra (“PSI”)

(119)

L-iskemi speċifikati hawn fuq taħt il-premessa 118(1), (2), (4), (5) u (6) huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani” jew “FTP”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti dwar “Politika ta' Kummerċ Barrani”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Id-dokument ta' Politika ta' Kummerċ Barrani rilevanti għall-perjodu tal-investigazzjoni ta' din l-investigazzjoni huwa “Politika tal-Kummerċ Barrani 2009-2014” (“FTP 09-14”). Barra minn hekk, il-GTI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 09-14 f'“Manwal tal-Proċeduri, Volum I” (“HOP I 09-14”). Il-Manwal ta' Proċeduri huwa aġġornat fuq bażi regolari.

(120)

L-iskema DDS speċifikata hawn fuq taħt il-premessa 118(3) hija bbażata fuq it-Taqsima 75 tal-Att Doganali tal-1962, fuq it-Taqsima 37 tal-Att dwar is-Sisa Ċentrali tal-1944, u fuq it-Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att Finanzjarju tal-1994 u fuq id-Dwana, Dazji tas-Sisa Ċentrali u tar-Rifużjoni tat-Taxxa tas-Servizz tal-1995. Rati ta' rifużjoni huma ppubblikati fuq bażi regolari.

(121)

L-iskema PSI speċifikata hawn fuq taħt (7) hija bbażata fuq “Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi” tal 2007 tal-Gvern ta' Maharashtra, Riżoluzzjonijiet Nru PSI-1707/(CR-50)/IND-8, tat-30 ta' Marzu 2007.

3.2.2.   Skema tas-Suq Iffokat (“FMS”)

(a)   Bażi legali

Id-deskrizzjoni dettaljata dwar l-FMS tinstab fil-paragrafu 3.14 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafu 3.8 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(122)

Kull produttur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(123)

Skont din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha li jinkludu esportazzjonijiet ta' PSF lejn pajjiżi notifikati skont it-tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 37(C) ta' HOP I 09-14 huma intitolati għal kreditu ta' dazji ekwivalwenti għal 3 % tal-valur FOB. Mill-1 ta' April 2011, l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn il-pajjiżi nnotifikati skont it-tabella 3 tal-Appendiċi 37(C) (“Swieq ta' Fokus Speċjali”) huma intitolati għal kreditu ta' dazju ekwivalenti għal 4 % tal-valur free on board. Ċerti tipi ta' attivitajiet ta' esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, pereż. esportazzjoni ta' prodotti importati jew prodotti ttrasbordati, esportazzjoni preżunta, esportazzjoni ta' servizzi u dħul tal-esportazzjoni ta' unitajiet li joperaw skont żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. Ċerti tipi ta' prodotti huma wkoll esklużi mill-iskema, pereżempju djamanti, metalli prezzjużi, minerali, ċereali, zokkor u prodotti taż-żejt.

(124)

Il-krediti tad-dazju skont l-FMS huma trasferibbli liberament u validi għal perjodu ta' 24 xahar mid-data ta' ħruġ taċ-ċertifikat ta' intitolament tal-kreditu rilevanti. Dawn jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe xiri jew prodotti, inklużi prodotti kapitali.

(125)

Iċ-ċertifikat ta' intitolament ta' kreditu jinħareġ mill-port minn fejn saru l-esportazzjonijiet u wara r-realizzazzjoni tal-esportazzjonijiet jew wara li jintbagħtu l-prodotti. Sakemm l-ilmentatur jipprovdi l-kopji tad-dokumentazzjoni tal-esportazzjoni rilevanti kollha (pereżempju, ordni ta' esportazzjoni, fatturi, poloz tat-tagħbija, ċertifikati ta' realizzazzjoni mill-bank), lill-awtoritajiet, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazju.

(126)

Erba' mill-produtturi esportaturi vverifikati użaw din l-iskema matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(127)

Fl-iżvelar, tlieta mill-produtturi esportaturi Indjani inklużi fil-kampjun ilmentaw li għalkemm huma kienu eliġibbli għal dak il-benefiċċju ma applikawx għalih għal kollox għall-bejgħ f'esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u għalhekk ma tista' ssir ebda konklużjoni dwar id-disponibilità ta' benefiċċju bħal dan. Barra minn hekk, huma argumentaw li l-iskema ta' FMS hija relatata ġeografikament ma' pajjiżi li m'humiex parti mill-Unjoni u għalhekk ma jistgħux jiġu kkumpensati mill-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, iż-żjajjar ta' verifika kkonfermaw li l-benefiċċju tal-FMS ġie mitlub għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi minħabba li l-iskema għandha x'taqsam l-aktar mal-esportazzjonijiet magħmula lejn pajjiżi terzi. Il-produtturi esportaturi inkwistjoni madanakollu ma kinux kapaċi li jikkuntestaw la l-implimentazzjoni prattika tal-iskema kif deskritta taħt il-premessi 123 sa 125 u lanqas li l-benefiċċju tal-FMS jista' jintuża għall-prodott ikkonċernat, l-aktar li l-krediti ta' dazju taħt l-FMS ikunu trasferiti b'mod ħieles u jistgħu jintużaw għall-ħlas ta' dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kull xiri jew prodotti inklużi oġġetti kapitali. B'mod partikolari, il-parti tista' targumenta l-fatt li l-krediti ta' dazju mogħtija taħt l-FMS fuq esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi eliġibbli ma jistgħux jintużaw biex ipattu għal dazji ta' importazzjoni pagabbli fuq xiri inkorporat fi prodotti kkonċernati esportati lejn l-Unjoni.

(128)

Fl-aħħar, dawn il-benefiċċji huma mniżżla fuq bażi tad-dovuti fil-kontijiet tal-kumpanija fid-dati meta jseħħu t-tranżazzjonijiet ta' importazzjoni, li juri li l-intitolament għal benefiċċji jinħoloq waqt it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni u li m'hemm ebda dubju li l-kreditu ta' dazju miksub jintuża fi stadju aktar tard. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(d)   Il-konklużjoni dwar l-FMS

(129)

L-FMS jipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' dazju tal-FMS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ibaxxi d-dazji ta' importazzjoni, b'hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-dazju tal-FMS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu.

(130)

Iktar minn hekk, l-FMS huwa subordinat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), il-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu, tar-Regolament bażiku.

(131)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta' restituzzjoni ta' dazju jew sistema li tissostitwixxi r-restituzzjoni ta' dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fil-punt (i) tal-Anness I fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni tad-dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi ta' sostituzzjoni tar-rifużjoni tad-dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu ebda obbligu li effettivament jikkonsma l-prodotti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-xiri li effettivament intużaw. Mhemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma liema xiri jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji ta' importazzjoni fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS mingħajr ma jingħata kas jekk jimportax prodotti biex jidħlu fil-prodott jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal tal-input. B'hekk, anke esportaturi li jakkwistaw ix-xiri tagħhom lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jintużaw bħala input jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista' juża l-krediti tad-dazju FMS biex jimporta oġġetti kapitali għalkemm l-oġġetti kapitali mhumiex koperti fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn is-sistemi permissibbli tar-rifużjoni tad-dazju, kif stipulat fil-punt (i) tal-Anness I tar-Regolament bażiku, għaliex ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(132)

L-ammont ta' sussidji kumpensatorju ġie kkalkulat abbażi tal-benefiċċju li ngħata lir-riċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni kif prenotat mill-produttur esportatur li kkoopera abbażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju tat-tranżazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' dan is-sussidju (numeratur) kien allokat fuq id-dħul għall-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(133)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għall-erba' kumpaniji kkonċernati kienet tammonta għal 0,15 %, 0,19 %, 0,42 % u 0,63 % rispettivament.

3.2.3.   Skema ta' Fokus fuq il-Prodott (“FPS”)

(a)   Bażi legali

(134)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 3.15 sa 3.17 tal-politika ta' Kummerċ Ħieles 09-14 u l-Kapitoli 3.9 sa 3.11 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(135)

Skont il-paragrafu 3.15.2 tal-politika ta' Kummerċ Ħieles 09-14, l-esportaturi tal-prodotti notifikati fl-Appendiċi 37D tal-HOP I 09-14 huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(136)

Esportatur tal-prodotti inkluż fil-lista tal-Appendiċi 37D tal-HOP I 09-14 jista' japplika għal azzjonijiet ta' Kreditu ta' Dazju tal-FPS ekwivalenti għal 2 % jew 5 % tal-valur tal-esportazzjonijiet FOB. Il-prodott ikkonċernat investigat huwa elenkat taħt it-tabella 1 tal-Appendiċi 37D u huwa intitolat għal kreditu ta' dazju ta' 2 %.

(137)

L-FPS hija skema ta' wara l-esportazzjoni, jiġifieri kumpanija għandha tesporta biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji ta' din l-iskema. Bħala riżultat, il-kumpanija tkompli timla applikazzjoni onlajn lill-awtorità rilevanti flimkien mal-kopji tal-ordni tal-esportazzjoni u l-fattura, l-irċevuta tal-bank li turi l-ħlas tal-ispejjeż tal-applikazzjoni, il-kopja tal-poloz ta' tagħbija u ċ-ċertifikat ta' realizzazzjoni tal-bank għall-irċevuta tal-ħlas jew iċ-ċertifikat barrani ta' ħlas fuq l-importazzjoni fil-każ ta' negozjar dirett ta' dokumenti. F'każijiet fejn il-kopja oriġinali tal-poloz ta' tagħbija u/jew iċ-ċertifikati tar-realizzazzjoni tal-bank ikunu ġew sottomessi biex jintalab benefiċċju skont kwalunkwe skema oħra, il-kumpanija tista' tissottometti kopji ta' awtoċertifikazzjoni li jikkwotaw l-awtorità rilevanti fejn ikunu ġew sottomessi d-dokumenti oriġinali. L-applikazzjoni onlajn għall-krediti tal-FPS tista' tkopri massimu ta' 50 polza ta' tagħbija.

(138)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-krediti tad-FPS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe prodott — ħlief l-oġġetti kapitali u l-prodotti fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Il-prodotti importati b'dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew jiġu użati mod ieħor. Il-krediti tad-FPS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta' 24 xahar mid-data tal-ħruġ.

(139)

Il-ħames produtturi esportaturi vverifikati użaw din l-iskema matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(140)

Wara l-iżvelar, tlieta mill-produtturi esportaturi Indjani inklużi fil-kampjun sostnew li għalkemm huma kienu eliġibbli għall-benefiċċju ma applikawx għalih għal mill-anqas xi bejgħ ta' esportazzjoni u għalhekk ma tista' ssir ebda konklużjoni dwar id-disponibilità tal-benefiċċju. Madanakollu l-produtturi esportaturi inkwistjoni ma kinux kapaċi li jikkuntestaw la l-implimentazzjoni prattika tal-iskema kif deskritta taħt il-premessi 123 sa 125 u lanqas li l-benefiċċju tal-FMS jista' jintuża għall-prodott ikkonċernat, l-aktar li l-krediti ta' dazju taħt l-FPS ikunu trasferiti b'mod ħieles u jistgħu jintużaw għall-ħlas ta' dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kull xiri jew prodotti inklużi oġġetti kapitali. Ta' min ifakkar li dawn il-benefiċċji jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti fil-kontijiet tal-kumpanija fid-dati meta jseħħu t-tranżazzjonijiet ta' importazzjoni, li juri li l-intitolament għal benefiċċji jinħoloq waqt it-tranżazzjoni tal-esportazzjoni u li m'hemm ebda dubju li l-kreditu ta' dazju miksub jintuża fi stadju aktar tard.

(d)   Konklużjoni dwar l-FPS

(141)

L-FPS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-FPS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta' importazzjoni, b'hekk jitnaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, il-kreditu FPS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax itejjeb il-likwidità tal-kumpanija.

(142)

Iktar minn hekk, l-FPS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u għalhekk, huwa kkunsidrat bħala speċifiku u jista' jiġi kkumpensat skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(143)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għar-rifużjoni tad-dazju jew sistema sostituta ta' restituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, parti (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema sostituta ta' restituzzjoni) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, esportatur ma għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma l-prodotti importati bla ħlas ta' dazju fil-proċess ta' produzzjoni u l-ammont ta' kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-xiri li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma liema xiri jiġi kkunsmat fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta' dazji tal-importazzjoni fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji FPS irrispettivament minn jekk jimportax xi xiri jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal tal-input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw ix-xiri tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jiġu użati bħala xiri, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mill-FPS.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(144)

Skond l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kumpensatorji kien jiġi kkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lil min jirċevihom, li nstab li kien jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni. F'dan ir-rigward tqies li l-benefiċċju jingħata lid-destinatarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni taħt din l-iskema. F'dan il-mument, il-GTI huwa obbligat iċedi d-dazji doganali, li jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta' kreditu FPS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI m'għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju taħt l-FPS ikun stmat bħala s-somma tal-krediti mogħtija fuq it-transazzjonijiet ta' esportazzjoni kollha magħmula taħt din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(145)

Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq id-dħul kollu tal-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(146)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-ħames kumpaniji kkonċernati matul il-perjodu tal-investigazzjoni tammonta għal 1,59 %, 1,75 %, 1,77 %, 1,85 % u 1,95 % rispettivament.

3.2.4.   Skema għar-rifużjoni tad-dazju (“DDS”)

(a)   Il-bażi ġuridika

(147)

Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DDS tinsab fir-Regoli ta' restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali, 1995 kif emendati b'notifiki suċċessivi.

(b)   Eliġibbiltà

(148)

Kull produttur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(149)

Esportatur eliġibbli jista' japplika għall-ammont ta' restituzzjoni li jiġi kkalkulat bħala perċentwali tal-valur FOB ta' prodotti esportati f'din l-iskema. Ir-rati ta' restituzzjoni kienu stabbiliti mill-GTI għal numru ta' prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jkunu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwantità jew valur medju tal-materjali użati bħala xiri fil-manifattura ta' prodott u l-ammont medju ta' dazji mħallsa fuq ix-xiri. Huma jiġu applikati rrispettivament minn jekk id-dazji tal-importazzjoni jkunux effettivament tħallsu jew le. Ir-rata DDS għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet: Mat-3 % sad-9 ta' Ottubru 2012, 2,1 % bejn l-10 ta' Ottubru 2012 u l-20 ta' Settembru 2013 u 1,7 % mill-21 ta' Settembru 2013 tal-valur FOB.

(150)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija għandha tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-Server Doganali (ICEGATE), huwa indikat li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS u l-ammont DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tat-trasport marittimu kienet iffajljat Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni (EGM) u l-Uffiċċju Doganali qabbel b'mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-dejta tal-polza ta' esportazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha huma ssodisfati biex jawtorizzaw il-ħlas tal-ammont ta' restituzzjoni jew b'pagament dirett fuq il-kont bankarju tal-esportatur jew bi draft.

(151)

L-esportatur għandu jipproduċi wkoll evidenza ta' realizzazzjoni tar-rikavat mill-esportazzjoni permezz ta' Ċertifikat ta' Realizzazzjoni Bankarja (BRC). Dan id-dokument jista' jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta' restituzzjoni iżda l-GTI se jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jissottometti BRC fi żmien stipulat.

(152)

L-ammont ta' restituzzjoni jista' jintuża gal kwalunkwe raġuni.

(153)

Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, l-ammont ta' restituzzjoni tad-dazji jista' jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu ta' esportazzjoni.

(154)

Tnejn mill-produtturi esportaturi vverifikata użaw id-DDS matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(d)   Il-konklużjoni dwar id-DDS

(155)

Id-DDS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta' rifużjoni tad-dazju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI minħabba li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI. Barra minn hekk, l-ammont ta' rifużjoni tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu b'termini li mhumiex disponibbli fuq is-suq.

(156)

Ir-rata tar-rifużjoni tad-dazju għall-esportazzjonijiet hija determinata mill-GTI fuq bażi ta' prodott bi prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msemmi bħala rifużjoni tad-dazju, l-iskema m'għandhiex il-karatteristiċi ta' sistema ta' rtirar ta' dazju permissibbli jew sistema ta' rtirar ta' sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas f'kontanti lill-esportatur mhuwiex marbut ma' ħlasijiet attwali ta' dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u mhuwiex kreditu ta' dazju biex ipatti għad-dazji fuq importazzjoni ta' materja prima fil-passat jew fil-futur.

(157)

Dan huwa kkonfermat miċ-ċirkolari Nru 24/2001 tal-GTI li tiddikjara b'mod ċar li “[ir-rati ta' rifużjoni ta' dazji] ma jkollhom l-ebda rabta mal-livell ta' mudelli ta' konsum ta' input u inċidenza attwali mġarrba fuq ix-xiri ta' esportatur partikolari jew kunsinni individwali […]” u jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet reġjonali li “l-ebda evidenza ta' dazji li attwalment tħallsu fuq xiri importat jew indiġenu […] ma għandha ssir insistenza fuqhom mill-formazzjonijiet tal-qasam flimkien mat-[talba ta' restituzzjoni] mressqa mill-esportaturi”.

(158)

Il-ħlas li jieħu l-forma ta' trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI sussegwenti għal esportazzjonijiet li jsir mill-esportaturi għandu jitqies bħala għotja diretta mill-kontinġent tal-GOI dwar il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk huwa kkunsidrat bħala speċifiku u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(159)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li d-DDS hija kumpensatorja.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(160)

Skond l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidji kumpensatorju kien jiġi kkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lil min jirċevihom, li nstab li kien jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni. F'dan ir-rigward, ġie kkunsidrat li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta' esportazzjoni f'din l-iskema. F'dan il-mument il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta' restituzzjonii, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont ta' restituzzjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta' esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi valutat bħala t-total tal-ammonti ta' restituzzjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(161)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta' sussidju ġew allokati fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju huwa subordinat għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(162)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati ta' sussidju stabbiliti fir-rigward ta' din l-iskema għaż-żewġ kumpaniji konċernati fil-perjodu tal-investigazzjoni ammonta għal 0,24 % u 2,12 % rispettivament.

3.2.5.   Skema ta' Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)

(a)   Bażi legali

(163)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-FTP 09-14 u l-Kapitoli minn 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(164)

L-“AAS” tikkonsisti f'sitt sottoskemi, kif deskritti f'iktar dettall fil-premessa (165). Dawk is-sottoskemi huma differenti inter alia fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti esportaturi “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ huma eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u għall-AAS għas-sottoskemi tal-ħtieġa annwali. Il-manifatturi–esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji ta' “esportazzjoni preżunta” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika FTP-09-14, bħal fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni, huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni preżunta tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji tal-“esportazzjoni preżunta” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ħruġ ta' ittra ta' kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta' qabel.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(165)

L-AAS tista' tinħareġ għal:

(a)

Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hi s-sottoskema ewlenija. Tippermetti importazzjoni bla dazju ta' materjali ta' input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta' esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” f'dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Konċessjoni ta' importazzjoni u obbligu ta' esportazzjoni inkluż it-tip ta' prodott ta' esportazzjoni huma speċifikati fil-liċenzja;

(b)

Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhix konnessa ma' prodott ta' esportazzjoni speċifiku, iżda ma' grupp ta' prodotti aktar wiesa' (pereżempju, prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta' liċenzja jista' — sa ċertu limitu fil-valur iffissat skont kif tkun marret l-esportazzjoni fil-passat — jimporta bla ħlas ta' dazju kull input li jkun ser jintuża fil-manifattura ta' kull oġġett li jaqa' f'dan il-grupp ta' prodotti. Jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li huwa fil-grupp ta' prodotti li juża dan il-materjal eżentat mid-dazju;

(c)

Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta' produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista' jimporta materjali ta' input mingħajr dazju u jista' jikseb għal dan l-għan AAS għal provvisti intermedji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

(d)

Esportazzjonijiet preżunti: Din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur prinċipali li jimporta bla ħlas ta' dazju x-xiri meħtieġa fil-produzzjoni ta' prodotti li se jinbiegħu bħala “esportazzjonijiet preżunti” lill-kategoriji ta' klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-FTP 09-14. Skont il-GTI, l-esportazzjoni preżunta tirreferi għal dawk it-tranżazzjonijiet fejn il-prodotti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Numru ta' kategoriji ta' forniment huma kkunsidrati bħala prodotti meqjusa esportati sakemm il-prodotti jkunu mmanifatturati fl-Indja, pereż. forniment ta' prodotti lejn EOU(export-oriented unit) jew lejn kumpanija lokalizzata f'żona ekonomika speċjali (“SEZ”);

(e)

Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”): Id-detentur tal-AAS li jkollu l-intenzjoni jġib il-materjal meħtieġ fil-produzzjoni minn sorsi lokali, minflok minn importazzjoni diretta, għandu l-għażla li jġibhom permezz ta' AROs. F'dawn il-każijiet l-awtorizzazzjonijiet bil-quddiem huma validati bħala AROs u jiġu ffirmati lill-fornitur indiġenu wara kunsinna tal-prodotti speċifikati fiha. L-endorsjar tal-ARO jintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif speċifikat fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 09-14 (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/prodotti preżunti esportati, restituzzjoni ta' dazju mħallas fuq prodotti preżunti esportati u restituzzjoni ta' dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta' restituzzjoni/restituzzjoni tad-dazji. Ir-restituzzjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli kemm għall-xiri indiġeni u kif ukoll għall-xiri importati;

(f)

Ittra ta' kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema tkopri għal darb'oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Id-detentur ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem jista' jkellem lil xi bank biex jiftaħ ittra ta' kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta, b'konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta' prodotti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu jkun intitolat għall-benefiċċji ta' esportazzjoni preżunta kif stipulat fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 09-14 (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/prodotti preżunti esportati, restituzzjoni ta' dazju mħallas fuq prodotti preżunti esportati u rifużjoni ta' dazju tas-sisa finali).

(166)

Tliet kumpaniji vverifikati rċevew konċessjonijiet skont l-AAS marbuta mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn il-kumpaniji għamlu użu minn (a), (d) u (e) mis-sottoskemi msemmija hawn fuq. Għalhekk, mhuwiex neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta' kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jifdal.

(167)

Għal skopijiet ta' verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta' awtorizzazzjoni bil-quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u proprju tal-konsum u użu ta' prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f'format speċifikat (il-kapitli 4.26 u 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 09-14), fi kliem ieħor reġistru ta' konsum attwali. Dan ir-reġistru għandu jkun ivverifikat minn kontabilist estern kwalifikat/kontabilist tal-ispejjeż u x-xogħol li joħroġ ċertifikat li jiddikjara li r-reġistri preskritti u rekords relevanti kienu eżaminati u li l-informazzjoni mogħtija skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f'kull rigward.

(168)

Rigward l-użu tal-AAS għal esportazzjonijiet fiżiċi msemmija fil-premessa 165(a), użati minn żewġ kumpaniji vverifikati matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-konċessjoni ta' importazzjoni u l-obbligu ta' esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u huma dokumentati fuq l-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Barra minn hekk, fil-mument tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, it-transazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jiġu dokumentati mill-uffiċjali tal-gvern fuq l-awtorizzazzjoni bil-quddiem. Il-volum tal-importazzjonjiet permessi skont l-AAS huwa determinat mill-Gvern tal-Indja fuq il-bażi ta' regoli standard ta' input-output (“SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat.

(169)

Il-materjal importat biex jintuża bħala input ma jkunx trasferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta' esportazzjoni għandu jkun issodisfat fil-limitu ta' żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' sitt (6) xhur kull wieħed).

(170)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kinux irrispettati fil-prattika.

(171)

Waħda biss minn dawn iż-żewġ kumpaniji vverifikati, li għamlet użu minn din is-sottoskema, żammet reġistru ta' konsum u ta' produzzjoni. Madankollu, ir-reġistru tal-konsum ma ppermettiex li jivverifika liema xiri ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti. Rigward ir-rekwiżiti tal-verifika li ssir referenza għalihom iktar 'il fuq, ma nżamm l-ebda rekord mill-kumpaniji li kiek jevidenzja li saret il-verifika esterna tar-reġistru tal-konsum. Fil-qosor, huwa kkunsidrat li l-esportatur investigat ma kienx kapaċi juri li ġew issodisfati d-dispożizzjonijiet relevanti tal-politika FT.

(172)

Rigward l-użu tal-AAS għal ARO msemmi fil-premessa 165(e), użat minn kumpanija vverifikata matul il-perjodu tal-investigazzjoni, l-ammont ta' importazzjonijiet permess skont din l-iskema huwa stabbilit bħala persentaġġ tal-ammont ta' prodotti lesti esportati. Il-liċenzi bil-quddiem ikejlu l-unitajiet ta' importazzjonijiet awtorizzati jew f'termini tal-kwantità tagħhom jew f'termini tal-valur tagħhom. Fiż-żewġ każijiet ir-rati użati biex ikun stabbilit ix-xiri bla dazju, għall-maġġoranza tal-prodotti inkluż il-prodott kopert b'din l-investigazzjoni, jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' SIONs. Il-prodotti speċifikati fil-liċenzi bil-quddiem huma prodotti użati fil-produzzjoni tal-prodott lest rilevanti esportat.

(173)

Id-detentur ta' liċenza bil-quddiem li beħsiebu jġib l-prodotti min sorsi domestiċi, minflok importazzjoni domestika, għandu l-għażla li jġibhom permezz ta' AROs. F'dawn il-każijiet il-liċenzji bil-quddiem huma vvalidati bħala AROs u huma endorsjati lill-provveditur mat-twassil tal-prodotti speċifikati fihom. L-endorsjar tal-ARO jintitola lill-fornitur għall-benefiċċji tal-esportazzjoni daqslikieku magħmula bħar-restituzzjoni bħala prodotti meqjusa esportati u restituzzjoni tal-hekk imsejjaħ dazju tas-sisa finali.

(174)

L-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kinux irrispettati fil-prattika.

(175)

Fir-rigward tal-użu tal-AAS għal esportazzjonijiet preżunti msemmija fil-premessa (165) (d), użati minn kumpanija verifikata matul il-perjodu ta' investigazzjoni, kemm il-konċessjoni ta' importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta' esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u huma dokumentati fuq l-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-mument tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jiġu dokumentati mill-uffiċjali tal-gvern fuq l-awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet permess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tas-SIONs.

(176)

L-obbligazzjoni ta' esportazzjoni għandha tiġi sodisfatta fil-limitu ta' żmien preskritt (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' 6 xhur-il waħda) wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni.

(177)

Ġie stabbilit li ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejn ix-xiri importati u l-prodotti lesti esportati. Barra minn hekk, instab li, għalkemm dan huwa obbligatorju, l-applikant ma żammx ir-reġistru tal-konsum imsemmi fil-premessa 167 li jrid jiġi verifikat minn kontabilist estern. Minkejja l-ksur ta' dan ir-rekwiżit, l-applikant għamel użu mill-benefiċċji tal-AAS.

(d)   Konklużjoni dwar l-AAS

(178)

L-eżenzjoni mid-dazji ta' importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-Gvern tal-Indja peress li tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u għax tagħti benefiċċju lill-esportaturi investigati peress li ttejjeb il-likwidità tagħhom.

(179)

Is-sottoskemi kollha kkonċernati fil-każ preżenti jiddependu b'mod ċar fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifiċi u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji minn din l-iskema.

(180)

L-ebda waħda miż-żewġ sottoskemi kkonċernati fil-każ preżenti ma jistgħu jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta' ħlas lura ta' dazju jew sistema ta' restituzzjoni ta' dazju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sostituzzjoni ta' restituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament sistema jew proċedura ta' verifika biex jikkonferma jekk u f'liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' skemi ta' sostituzzjoni għar-restituzzjoni ta' dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Huwa kkunsidrat ukoll li l-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u li fihom infushom ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta' verifika ta' konsum attwali peress li t-tfassil ta' dawk in-normi standard ma jippermettix li l-GTI jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x'ammonti ta' xiri ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GTI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq ix-xiri attwali involuti, għalkemm normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

(181)

Wara l-iżvelar, produttur esportatur Indjan sostna li l-iskema m'għandhiex tiġi kkumpensata minħabba li l-kumpanija ssodisfat l-obbligu tagħha fir-rigward tal-awditi indipendenti tar-reġistru tal-konsum tax-xiri u dan għandu jiġi kkunsidrat bħala kontroll suffiċjenti għall-GTI. Dan ir-raġunament ma jistax jiġi aċċettat. Il-verifika tal-GTI tiġi kkunsidrata distinta minn kwalunkwe obbligi imposti fuq il-kumpaniji. Iż-żjara ta' verifika kkonfermat li s-sistema ta' verifika fis-seħħ min-naħa tal-GTI ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness II (II) 4 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(182)

L-istess parti sostniet li l-iggruppar ta' liċenzji huwa legali fl-Indja u l-kumpanija ma tistax tiġi żvantaġġjata mill-użu tal-dħul totali mill-esportazzjoni minflok tal-dħul tal-prodott ikkonċernat fil-kalkoli tal-marġini ta' sussidju. Madanakollu, l-leġalità tal-iggruppar tal-liċenzji fl-Indja bħala tali kien irrilevanti f'dan il-kuntest. L-investigazzjoni żvelat li bħala riżultat tal-iggruppar ma setgħet issir l-ebda allokazzjoni ta' liċenzji li tikkorrispondi mal-PSF. Fil-fatt, il-benefiċċju fil-livell ta' divizjoni u mhux fil-livell tal-PSF kellu jintuża fil-kalkoli tal-marġini ta' sussidju minħabba li l-informazzjoni verifikata ma ppermettietx għal allokazzjoni xierqa tal-użu tax-xiri (użati fil-produzzjoni ta' prodotti oħra) lill-PSF biss. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(183)

Is-sottoskemi msemmija fil-premessa 165 taħt (a), (d) u (e) huma għalhekk kumpensatorji.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(184)

Fin-nuqqas ta' sistemi awtorizzati ta' restituzzjoni ta' dazju jew jew sistemi sostituti ta' restituzzjoni, il-benefiċċju kumpensatorju huwa r-remissjoni ta' dazji ta' importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tax-xiri. F'dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-ammont kompensatorju tar-remissjoni “żejda” mid-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li l-remissjoni żejda ta' dazji tista' tiġi kkumpensata. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ma jintweriex proċess ta' sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija fuq għal skemi ta' rifużjoni tad-dazju mhijiex applikabbli u r-regola normali tal-għoti ta' kumpens għall-ammont ta' dazji mhux imħallsa (dħul ċedut), tapplika, aktar milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Bil-maqlub ta' dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti biex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta' verifika allegata.

(185)

L-ammont ta' sussidju għall-kumpaniji li użaw l-AAS kien ikkalkolat abbażi ta' dazji ta' importazzjoni mitlufa (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba neċessarjament biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju kien allokat fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' esportazzjoni u ma kienx mogħti permezz ta' referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(186)

Ir-rati ta' sussidju stabbiliti fir-rigward ta' din l-iskema għat-tliet kumpaniji kkonċernati għall-perjodu tal-investigazzjoni jammontaw għal 0,11 %, 1,89 % u 4,31 % rispettivament.

3.2.6.   L-Iskema ta' Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Ħielsa mid-Dazju (“DFIA”)

(a)   Bażi legali

(187)

Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DFIA tinsab fil-paragrafi 4.2.1 sa 4.2.47 tal-FTP 09-14 u l-paragrafi 4.31 sa 4.36 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(188)

Kull produttur esportatur jew negozjant esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(189)

Id-DFIA hija skema ta' wara u qabel l-esportazzjoni li tippermetti importazzjonijiet bla dazju ta' materjal iddeterminat skont in-normi tas-SION, iżda li, fil-każ ta' DFIA trasferibbli, ma għandhiex neċessarjament tkun għall-użu fil-manifattura tal-prodott esportat.

(190)

Il-DFIA tkopri biss l-importazzjoni ta' xiri kif preskritt fis-SION. L-intitolar għall-importazzjoni huwa limitat għall-kwantità u l-valur imsemmija fis-SION, iżda jista' jkun rivedut mill-awtoritajiet reġjonali jekk issir talba.

(191)

L-obbligu ta' esportazzjoni huwa suġġett għar-rekwiżit ta' valur addizzjonali minimu ta' 20 %. Dawn l-esportazzjonijijet jistgħu jsiru qabel l-awtorizzazzjoni tad-DFIA, u f'dan il-każ l-intitolar tal-importazzjoni jkun stabbilit approporzjon tal-esportazzjonijiet provviżorji.

(192)

Meta jiġi ssodisfat l-obbligu ta' esportazzjoni, l-esportatur jista' jitlob il-possibilità ta' trasferiment tal-awtorizzazzjoni DFIA, li fil-prattika tfisser permess biex tinbiegħ il-liċenzja tal-importazzjoni bla dazju fuq is-suq.

(193)

Wieħed mill-produtturi esportaturi vverifikat uża d-DFIA matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(d)   Konklużjoni dwar id-DFIA

(194)

L-eżenzjoni mid-dazji għall-importazzjoni hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Hija tikkostitwixxi kontribut finanzjarju tal-GTI peress li tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u jagħti benefiċċju lill-esportaturi investigati peress li jtejjeb il-likwidità tagħhom.

(195)

Barra dan, id-DFIA hija assoċjata fil-liġi mal-prestazzjoni fl-esportazzjoni, u għalhekk hija preżunta bħala speċifika u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4)) tal-ewwel subparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku.

(196)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta' restituzzjoni ta' dazju jew sistema ta' restituzzjoni sostituta permissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fil-punt (i) tal-Anness I fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni tad-dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi ta' sostituzzjoni tar-rifużjoni tad-dazju) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari: (i) hija tippermetti għal rifużjoni ex-post jew għal irtirar tal-ispejjeż fuq l-importazzjoni tax-xiri li jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni ta' prodott ieħor; (ii) ma hemm l-ebda sistema jew proċedura ta' verifika fis-seħħ li tikkonferma liema xiri jintuża fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx benefiċċju żejjed fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. u (iii) it-trasferibilità taċ-ċertifikati/awtorizzazzjonijiet timplika li esportatur li jingħata DFIA ma huwa taħt l-ebda obbligu li juża ċ-ċertifikat biex jimporta x-xiri.

(197)

Wara l-iżvelar produttur esportatur Indjan sostna li s-sistema ta' verifika fis-seħħ fl-Indja hija raġjonevoli, effettiva u konformi ma' prattiki kummerċjali fl-Indja u għalhekk m'għadhiex teżisti r-raġuni “ewlenija” biex tiġi kkumpensata l-iskema. Bil-maqlub ta' dak li ġie ddikjarat, l-investigazzjoni ma kkonfermatx li s-sistema ta' verifika fis-seħħ fl-Indja tippermetti l-verifika ta' jekk u liema xiri jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx benefiċċju żejjed fit-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Aktar minn hekk, il-produttur ma kkontestax kemm il-fatt li s-sistema tippermetti għal rifużjoni ex-post jew għal irtirar tal-ispejjeż fuq l-importazzjoni tax-xiri li jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni ta' prodott ieħor u lanqas li l-possibilità ta' trasferiment taċ-ċertifikati/awtorizzazzjoni timplika li esportatur mogħti DFIA m'huwa taħt l-ebda obbligu li juża ċ-ċertifikat biex jiimporta x-xiri. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(198)

Fin-nuqqas ta' sistemi awtorizzati ta' restituzzjoni ta' dazju jew jew sistemi sostituti ta' restituzzjoni, il-benefiċċju kumpensatorju huwa r-remissjoni ta' dazji ta' importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tax-xiri. F'dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-ammont kompensatorju tar-remissjoni “żejda” mid-dazji.

(199)

Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kundizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li l-remissjoni żejda ta' dazji tista' tiġi kkumpensata. Madankollu, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ma jintweriex proċess ta' sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija fuq għal skemi ta' rifużjoni tad-dazju mhijiex applikabbli u r-regola normali tal-għoti ta' kumpens għall-ammont ta' dazji mhux imħallsa (dħul ċedut), tapplika, aktar milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Bil-maqlub ta' dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti biex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta' verifika allegata.

(200)

L-ammont ta' sussidju għall-kumpaniji li użaw id-DFIA kien ikkalkolat abbażi ta' dazji ta' importazzjoni mitlufa (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal importat skont is-sottoskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba neċessarjament biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju kien allokat fuq id-dħul mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-denominatur approprjat, għax is-sussidju jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' esportazzjoni u ma kienx mogħti permezz ta' referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(201)

Ir-rati ta' sussidju stabbiliti fir-rigward ta' din l-iskema għall-kumpanija kkonċernata għall-perjodu tal-investigazzjoni jammontaw għal 4,95 %.

3.2.7.   L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

(a)   Bażi legali

(202)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal-FTP 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(203)

L-esportaturi manifatturi, l-esportaturi negozjanti “marbuta ma'” manifatturi ta' appoġġ u fornituri tas-servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(204)

Skont il-kundizzjoni ta' obbligu ta' esportazzjoni, kumpanija hija awtorizzata li timporta oġġetti kapitali (oġġetti kapitali ġodda u dawk użati sa massimu ta' 10 snin) b'rata mnaqqsa ta' dazju doganali. Għal dan l-għan, il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS fuq applikazzjoni u ħlas ta' miżata. L-iskema tistipula rata ta' dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta' 3 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati skont l-iskema. biex ikun sodisfatt l-obligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta' prodotti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Skont il-FTP 09-14, l-oġġetti kapitali jistgħu jiġu importati b'rata ta' dazju ta' 0 % skont l-EPCGS, iżda f'każ bħal dan il-perjodu taż-żmien għas-sodisfazzjon tal-obbligu ta' esportazzjoni huwa iqsar.

(205)

Id-detentur tal-liċenzja EPCGS jista' wkoll iġib l-oġġetti kapitali minn sors indiġenu. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta' oġġetti kapitali jista' japprofitta ruħu mill-benefiċċju ta' importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' dawn il-oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista' jitlob il-benefiċċju ta' esportazzjoni preżunta fir-rigward tal-forniment ta' oġġetti kapitali lid-detentur ta' liċenzja EPCGS.

(206)

Instab li t-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun irċevew konċessjonijiet skont l-EPCGS li setgħu jiġu allokati lill-prodott ikkonċernat fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(d)   Il-konklużjoni dwar l-EPCGS

(207)

Id-EPCGS jipprovdi s-sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, billi d-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(208)

Barra minn hekk, l-EPCGS hija subordinata fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk, hu preżunt bħala speċifiku u kumpensatorju skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(209)

L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' restituzzjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta' restituzzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta' dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fl-Anness I, punt (i), tar-Regolament bażiku, għaliex mhumiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(210)

L-ammont ta' sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, abbażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta' deprezzament normali ta' dawn il-oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ta' sussidju għall-perjodu tal-investigazzjoni mbagħad ġie kkalkulat billi nqasam l-ammont totali tad-dazju doganali mhux imħallas bil-perijodu ta' deprezzament. L-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li jista' jiġi attribwit għall-perjodu tal-investigazzjoni, ġie aġġustat permezz taż-żieda ta' mgħax matul dan il-perjodu biex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata tal-imgħax kummerċjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa għal dan l-iskop. Fejn saru talbiet iġġustifikati, tnaqqsu d-drittijiet imħallsa kif meħtieġ biex jinkiseb is-sussidju skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku biex jintlaħaq l-ammont tas-sussidju bħala numeratur.

(211)

Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq id-dħul xieraq tal-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni bħala d-denominatur minħabba li s-sussidju huwa assoċjat mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(212)

Wara l-iżvelar, żewġ produtturi esportaturi Indjani inklużi fil-kampjun talbu rieżami tal-kalkolu tal-ammont ta' sussidju. Huma sostnew li tista' sseħħ invalidazzjoni tal-liċenzja tal-EPCG u din tirriżulta f'akkwist indiġenu ta' oġġetti kapitali kapitali fejn ma' tapplikax għad-Dazji tas-Sisa Ċentrali. Madanakollu f'dan ir-rigward, ma saret l-ebda referenza għall-liċenżji speċifiċi invalidati. Ukoll, il-kwistjoni ma tqajjmitx matul l-investigazzjoni, li kieku kienet tippermetti verifika xierqa ta' din id-dikjarazzjoni. F'kull każ, id-determinazzjoni tal-ammont tas-sussidju kienet ibbażata fuq ir-reġistru ta' xiri tal-kumpanija verifikata mixtrija taħt din l-iskema. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

(213)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni għat-tliet kumpaniji kkonċernati kienet tammonta għal 0,37 %, 0,40 % u 0,46 % rispettivament.

3.2.8.   Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi

(a)   Bażi legali

(214)

Biex iħeġġeġ it-tixrid ta' industriji fiż-żoni l-anqas żviluppati, il-Gvern ta' Maharashtra (GTM) beda jagħti inċentivi għal taqsimiet ta' espansjoni ġodda li jiġu stabbiliti f'reġjuni tal-Istat li għadhom qegħdin jiżviluppaw, sa mill-1964, taħt skema magħrufa bħala l-Iskema ta' Pakkett ta' Inċentivi. L-iskema ġiet emendata diversi drabi mid-dħul tagħha u l-verżjonijiet rilevanti għall-investigazzjoni attwali huma l-verżjonijiet tal-2001 u l-2007. Il-Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi tal-2001 huwa datat l-31 ta' Marzu 2001 u fih ir-Riżoluzzjoni Nru IDL-1021/(CR- 73)/IND-8. Il-Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi tal-2007 huwa datat it-30 ta' Marzu 2007 u fih ir-Riżoluzzjoni Nru PSI-1707/(CR-50)/IND-8.

(b)   Eliġibbiltà

(215)

Ir-riżoluzzjonijiet imsemmija hawn fuq jelenkaw il-kategoriji tal-industriji u l-intrapriżi li jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli għall-inċentivi.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(216)

biex ikun hemm interess fit-tixrid tal-industriji fiż-żoni inqas żviluppati, il-Gvern ta' Maharashtra pprovda pakkett ta' inċentivi għall-unitajiet industrijali ġodda/li qed jikbru stabbiliti fir-reġjun tal-Istat ta' Maharashtra li għadu qed jiżviluppa. Għall-iskop tal-Iskema, l-Anness I tar-Riżoluzzjoni jikklassifika ż-żoni tal-Istat eliġibbli għall-inċentivi. Madankollu, l-inċentivi skont l-Iskema tal-2007 ma jistgħux jingħataw qabel jinħareġ Ċertifikat ta' Eliġibbiltà skont l-Iskema tal-2007 u l-benefiċjarju tkun konformi mal-istipulazzjonijiet/kundizzjonijiet taċ-ċertifikat ta' eliġibbiltà. Dan tal-aħħar jinħareġ mill-Aġenzija ta' Implimentazzjoni (Korp tal-Istat) b'effett mid-data meta tibda l-produzzjoni kummerċjali tal-benefiċjarju (imsejjaħ ukoll unità eliġibbli).

(217)

Il-PSI huwa magħmul minn bosta sottoskemi, li minnhom it-tnejn li jmiss taw benefiċċju lil żewġ produtturi esportaturi verifikati matul il-perjodu tal-investigazzjoni:

—

Eżenzjoni mid-Dazju fuq l-Elettriku (Electricity Duty Exemption — “EDE”)

—

Sussidji tal-Promozzjoni Industrijali (IPS)

(218)

L-EDE jingħata lill-unitajiet ġodda eliġibbli stabbiliti f'żoni speċifikati għal perjodu partikolari fiċ-Ċertifikat ta' Eliġibbiltà. F'dan il-każ iż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati huma eżentati mill-ħlas tad-Dazju fuq l-Elettriku rispettivament għal 9 snin u 7 snin. F'partijiet oħra tal-Istat, 100 % tal-unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni, unitajiet tat-Teknoloħija tal-Informazzjoni u unitajiet tal-Bijoteknoloġija se jkunu eżenti mill-ħlas tad-Dazju fuq l-Elettriku għal perjodu ta' 10 snin.

(219)

Matul l-investigazzjoni nstab li produttur esportatur minnhom li jinsab f'Maharashtra bbenefika mis-sottoskema ta' eżenzjoni ta' dazju fuq l-elettriku matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(220)

L-IPS jintitola lill-benefiċjarju għal sussidju ekwivalenti għal perċentwali inkluż bejn 75 % u 100 % tal-ammont tal-investimenti eliġibbli meta jitnaqqas tal-ammont ta' benefiċċji li jirriżultaw minn sottoskemi oħra tal-iskema PSI, bħall-EDE. Il-benefiċċju jingħata matul perjodu ta' żmien speċifikat fiċ-Ċertifikat ta' Eliġibbiltà u ma jistax jaqbeż l-ammont ta' VAT li jitħallas lill-Istat ta' Maharashtra matul l-istess perjodu. L-investimenti eliġibbli huma l-infiq kapitali fil-bini, l-impjanti u l-makkinarju.

(221)

Matul l-investigazzjoni nstab li żewġ produtturi esportaturi li jinsabu f'Maharashtra bbenefikaw mis-sottoskema ta' SPI.

(222)

Wara l-iżvelar żewġ produtturi esportaturi Indjani inklużi fil-kampjun sostnew li s-sottoskema tal-IPS offruta mill-GTM ma tapplikax għall-istadji ta' manifattura, produzzjoni jew esportazzjoni tal-PSF, kemm direttament kif ukoll indirettament, u li l-benefiċċju huwa dipendenti fuq l-ammont ta' taxxi domestiċi mħallsa. Huma sostnew ukoll li l-għan tal-iskema mhuwiex li tipprovdi benefiċċju għall-produtturi esportaturi iżda li tikkumpensa għan-nefqa mġarrba b'rabta mar-ritardi tar-reġjun u għalhekk li l-iskema ma tistax tiġi kkumpensata. Aktar minn hekk, huma sostnew li l-iskema għandha tiġi trattata bħala sussidju kapitali aktar milli sussidju rikorrenti u l-benefiċċju totali riċevut għandu jkun mifrux fuq il-perjodu normali ta' deprezzament tal-kapital issussidjat. F'dan ir-rigward, l-investigazzjoni żvelat kif imsemmi fil-premessa 220 li l-għajnuna titħallas kull sena għall-investimenti eleġibbli li huma l-infiq fil-bini, l-impjanti u l-makkinarji. Dawn l-investimenti huma marbuta direttament mal-PSF. Is-sempliċi fatt li l-ammont ta' kull sena li jista' jintalab huwa limitat bl-ammont ta' taxxi domestiċi mħallsa lill-GTM fuq l-istess perjodu, ma jbiddilx il-fatt li l-benefiċċju ta' kull sena tal-GTM jikkostitwixxi kontribut finanzjarju tal-GTI li jagħti benefiċċju lill-produttur esportatur investigat. Fl-aħħar, l-għotja mħallsa kull sena m'għandhiex l-għażla tas-sussidju kapitali anke jekk investiment fl-oġġetti kapitali huwa fil-bidu ta' dan il-ħlas. Għalhekk, din il-pretensjoni kellha tiġi rrifjutata.

(d)   Konklużjoni dwar l-EDE u l-IPS

(223)

Iż-żewġ sottoskemi huma sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, minħabba li huma kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tat benefiċċju lill-esportaturi investigati.

(224)

Dawn l-iskemi ta' sussidju huma speċifikati skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità li tagħti l-għajnuna, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi f'reġjun ġeografiku magħżul.

(225)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensatorju.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(226)

Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju kumpensatorju huwa kkalkulat f'termini ta' benefiċċju mogħti lil min jirċevih, f'relazzjoni mal-prodott ikkonċernat, li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan l-ammont (numeratur) ġie allokat matul id-dħul totali ta' bejgħ tal-prodott ikkonċernat tal-produttur esportatur matul il-perjodu tal-investigazzjoni, minħabba li s-sussidju ma jiddependix fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(227)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward tas-sottoskema tal-EDE ammontat għal 0,31 % għall-kumpanija unika li tagħmel użu minn dan il-benefiċċju.

(228)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward tas-sottoskema tal-IPS kienet tammonta għal 1,03 % u 1,91 % rispettivament matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-kumpanniji kkonċernati.

3.2.9.   Ammont ta' sussidji kumpensatorju

(229)

Fuq il-bażi tas-sejbiet, l-ammont totali ta' sussidji kumpensatorji għall-produtturi esportaturi verifikati, espress ad valorem, instab fil-medda minn 4,16 % sa 7,65 %, kif mogħti fil-qosor fit-tabella ta' hawn taħt.

Tabella 1

Ammont ta' sussidji kumpensatorji — L-Indja

(%)

Skema

FMS

FPS

DDS

AAS

DFIA

EPCGS

PSI/EDE

PSI/IPS

Totali

Kumpanija

Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd.

0,42

1,77

—

—

—

—

0,31

1,91

4,41

Ganesha Ecosphere Ltd.

—

1,95

0,24

0,11

4,95

0,40

—

—

7,65

Indo Rama Synthetics Ltd.

0,15

1,75

—

1,89

—

0,37

—

1,03

5,19

Polyfibre Industries Pvt. Ltd.

0,19

1,85

2,12

—

—

—

—

—

4,16

Reliance Industries Limited

0,63

1,59

—

4,31

—

0,46

—

—

6,99

3.3.   IL-VJETNAM

3.3.1.   Ġenerali

(230)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinstab fl-ilment u t-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta' sussidji mill-Gvern tal-Vjetnam, ġew mistħarrġa:

A.

Self preferenzjali tal-gvern lill-industrija tal-PSF minn banek tal-Istat u l-inkarigu tal-Gvern u direzzjoni ta' banek privati, u appoġġ għar-rata tal-imgħax;

B.

il-forniment mill-Gvern ta' prodotti lill-industrija tal-PSF minn impriżi tal-Istat għal remunerazzjoni mhux adegwata;

C.

il-forniment mill-Gvern ta' art għal remunerazzjoni mhux adegwata u benefiċċji oħra relatati mal-art;

D.

eżenzjonijiet mit-taxxa diretta u programmi ta' tnaqqis;

E.

programmi ta' taxxa indiretta u tariffi ta' importazzjoni;

F.

deprezzament antiċipat fuq assi fissi;

G.

programmi oħrajn dwar is-sussidju, inkluż skemi statali, reġjonali, u tal-gvern lokali.

(231)

Il-Kummissjoni investigat l-iskemi kollha allegati fl-ilment. Għal kull skema ġie investigat jekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, setgħux jiġu stabbiliti kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTV u benefiċċju mogħti lill-produtturi esportaturi. L-investigazzjoni żvelat li, f'dan il-każ, kull benefiċċju li nstab għall-iskemi investigati huwa taħt il-livell limitu de minimis applikabbli fl-Artikolu 14(5) (4) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li ssir konklużjoni dwar il-kumpensabilità tal-iskemi individwali.

(232)

Madankollu għal finijiet ta' ċarezza u trasparenza, id-dettalji tal-iskemi u r-rati ta' sussidji korrispondenti għal kumpaniji individwali huma stabbiliti hawn taħt, mingħajr ħsara għal jekk is-sussidji humiex ikkunsidrati kumpensatorji jew le. Il-benefiċċju kien ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku.

3.3.2.   Skemi speċifiċi ta' sussidju

Skemi ta' sussidju li ma ntużawx mill-produtturi esportaturi Vjetnamiti matul il-perjodu ta' investigazzjoni

(233)

L-investigazzjoni sabet li l-iskemi li ġejjin ma ntużawx mill-produtturi esportaturi Vjetnamiti investigati:

(a)

il-forniment mill-Gvern ta' prodotti lill-industrija tal-PSF minn impriżi tal-Istat għal remunerazzjoni mhux adegwata;

(b)

deprezzament antiċipat fuq assi fissi;

(c)

programmi oħrajn dwar is-sussidju, inkluż skemi statali, reġjonali, u tal-gvern lokali.

(234)

F'dak li jirrigwarda, b'mod partikolari, il-forniment ta' prodotti mill-Gvern għall-industrija tal-PSF minn impriżi tal-Istat għal remunerazzjoni mhux adegwata, l-allegazzjoni f'dan ir-rigward li tinsab fl-ilment kienet li l-PTA/MEG, li jista' jintuża bħala materja prima ewlenija għall-produzzjoni ta' PSF, inkiseb mill-produtturi Vjetnamiti bi prezzijiet sussidjati. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi investigati ma kienu qegħdin jużaw il-PTA/MEG bħala l-materja prima ewlenija iżda li minflok kollha kienu qed jużaw fliexken tal-PET irriċiklati jew tqarqiċ tal-fliexken tal-PET.

(235)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur innota li l-Kummissjoni pprovdiet analiżi parzjali għal waħda minnhom biss, li hija d-dispożizzjoni ta' PTA/MEG bi prezzijiet ississidjati. Fejn jidħol dan il-programm, l-ilmentatur sostna li l-mod kif ġie stabbilit il-kampjun u l-fatt li produttur ewlieni ta' PSF fil-Vjetnam ma kinux inklużi fl-investigazzjoni kellu effett fuq l-iddeterminar ta' sussidjar għal dan il-programm.. L-ilmentatur elenka wkoll programmi ta' sussidju allegati oħra fil-Vjetnam li għalihom ġiet sottomessal-informazzjoni fl-ilment.

(236)

Kif spjegat il-Kummissjoni fil-premessi 32 — 34 u 42 hawn fuq, ma kien hemm bżonn l-ebda kampjunar għall-Vjetnam minħabba li l-produtturi esportaturi Vjetnamiti kollha esprimew l-intenzjoni tagħhom li jikkooperaw, u t-tweġibiet riċevuti minn tliet produtturi li kkooperaw koprew 99 % tal-importazzjonijiet mill-Vjetnam. Għalhekk, l-argumenti tal-ilmentatur dwar il-kampjunar m'humiex rilevanti għas-sejbiet tal-investigazzjoni. Aktar minn hekk, is-sempliċi fatt li hemm produtturi oħra kbar ta' PSF fil-Vjetnam ma jqajjumx dubji dwar ir-rappreżentattività tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-Kummissjoni tikkonferma li fittxet informazzjoni u tweġibiet dwar is-sussidji allegati kollha inklużi fl-ilment inkluż dawk imsemmija mil-ilmentatur fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar, iżda dawn il-programmi nstab li ma ntużawx mill-esportaturi li kkooperaw. Il-Kummissjoni pprovvdiet dettalji dwar id-dispożizzjoni tal-PTA/MEG minħabba li dan il-programm deher bħala allegazzjoni kbira fl-ilment, li possibliment tagħti sussidju kompensatorju sinifikanti.

Skemi ta' sussidju użati mill-produtturi esportaturi Vjetnamiti investigati matul il-perjodu tal-investigazzjoni

(237)

L-iskemi t'hawn taht instab li ntużaw mill-produtturi esportaturi Vjetnamiti investigati matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

3.3.3.   Self preferenzjali

3.3.3.1.   Appoġġ għar-rata tal-imgħax wara l-investiment mill-Bank ta' Żvilupp tal-Vjetnam

(238)

Il-Bank ta' Żvilupp tal-Vjetnam (“Vietnam Development Bank — VDB”) huwa bank politiku tal-Istat stabbilit fl-2006 skont id-Deċiżjoni Nru 108/2006/QD-TTg biex jimplimenta l-politiki tal-Istat fuq investiment fl-iżvilupp ta' kreditu ta' investiment u ta' kreditu ta' esportazzjoni. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-Bank ta' Żvilupp tal-Vjetnam (“VDB”) amministra programm għall-appoġġ għar-rata tal-imgħax fuq xi self minn banek kummerċjali. Fi ħdan dan il-qafas, il-kumpaniji tal-Grupp Thai Binh kellhom kuntratti mal-VDB għall-appoġġ ta' self mill-BIDV u l-Vietcom Bank.

(239)

Il-bażi ġuridika għall-programm hija Digriet Nru 75/2011/ND-CP mit-30 ta' Awwissu 2011, li tieħu post Digriet Nru 151/2006/ND-CP, Digriet Nru 106/2008/ND-CP u Digriet 106/2004 ND-CP. Meta l-kuntratti jkunu ġew iffirmati qabel l-applikazzjoni tad-Digriet Nru 75/2011, japplikaw id-Digrieti ta' qabel.

(240)

Il-benefiċċju minn dan il-programm huwa daqs id-differenza bejn ir-rati tal-imgħax offruti mill-VDB u rati ta' interessi minn banek kummerċjali applikati fuq self lil dawn iż-żewġ kumpanniji. Il-programm japplika għal selfiet ta' terminu twil u medju minn banek kummerċjali użati għall-finanzjament ta' proġetti ta' investiment.

(241)

Il-benefiċċju stabbilit minn din l-iskema jvarja bejn 0 % u 0,28 %.

3.3.3.2.   Self b'interessibaxx mogħti minn xi banek kummerċjali tal-Istat

(242)

L-investigazzjoni wriet li parti sinifikanti tas-settur bankarju fil-Vjetnam huwa proprjetà tal-Istat; kważi 50 % tas-self fl-ekonomija Vjetnamita matul il-perjodu ta' invetigazzjoni sar minn 5 banek kbar proprjetà tal-istat (5). Hemm limitazzjonijiet fuq is-sjieda barranija ta' banek stabbiliti fil-Vjetnam (6). Il-banek kummerċjali huma mitluba li jipprovdu appoġġ għar-rata tal-imgħax lin-negozji (7). Il-Bank tal-Istat tal-Vjetnam jistabbilixxi r-rati massimi tal-imgħax li l-banek kummerċjali jistgħu japplikaw għal self lil xi entitajiet (8). L-informazzjoni fil-fajl turi li l-banek kummerċjali tal-Istat qed joffru rati ta' imgħax aktar baxxi minn banek oħra.

(243)

Diversi liġijiet fil-Vjetnam li jikkonċernaw is-settur bankarju u self jirreferu għal self preferenzjali. Pereżempju, ir-Regolament 1627 tal-2001 jirreferi għal self lil klijenti li huma soġġetti għal politika ta' kreditu preferenzjali (l-Artikoli 20 u 26) jew il-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta' Kreditu tirreferi għal krediti konċessjonali (Artikolu 27).

(244)

L-ammont ta' sussidju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li hu d-differenza bejn l-ammont li l-kumpaniji tħallas fuq is-self tal-gvern u l-ammont li l-kumpanija tkun se tħallas għal self kummerċjali paragunabbli li jista' jinkiseb fis-suq.

(245)

L-informazzjoni deskritta fil-premessi 242 u 243 hawn fuq tindika distorsjonijiet sinifikanti fis-settur finanzjarju Vjetnamit. Għalhekk il-Kummissjoni rrikorriet għal punt ta' riferiment estern għall-kalkolu tal-benefiċċju minn self preferenzjali. Kif iddikjarat fil-premessa 231 iktar' il fuq, dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kumpensabilità tas-sussidju li tirriżulta minn self preferenzjali. Anki minħabba s-sussidjarjetà de minimis, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda konklużjonijiet finali jekk il-banek ikkonċernati humiex korpi pubbliċi jew jekk il-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu mwettqa mill-banek hijiex biżżejjed.

(246)

Dan il-punt ta' riferiment estern kien meħtieġ biex ikopri self fil-munita VND biss peress li ma dehret l-ebda evidenza li s-self mogħti f'USD kien issussidjat. Mill-kumpaniji li kkooperaw kien biss il-Grupp Thai Binh li rċieva self bil-VND. Il-punt ta' riferiment ġie kkalkulat bl-użu ta' rati tal-imgħax għas-self ta' grupp ta' 48 nazzjon f'pajjiżi b'introjtu medju-baxx (PDG) fil-perjodu l-iktar riċenti disponibbli (2012). Dawn il-pajjiżi ntagħżlu peress li kellhom PDG simili għall-Vjetnam. Dawn ir-rati mbagħad ġew aġġustati għall-inflazzjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni biex jipproduċu rati ta' imgħax reali u medja għal 48 pajjiż ġiet ikkalkulata għal dawk il-pajjiżi li għalihom kien hemm dejta disponibbli. Is-sors tar-rati ta' imgħax u ta' inflazzjoni tal-pajjiż kien il-Bank Dinji. Ir-rata ta' imgħax reali medju għal dawn il-pajjiżi b'introjtu medju-baxx kienet ta' 8,23 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan il-livell ġie mqabbel mal-medja tar-rati ta' imgħax aġġustati għall-inflazzjoni tas-self kollu VND għall-kumpaniji investigati.

(247)

Il-benefiċċju għal dan il-programm ivarja bejn 0 % u 1,34 %.

(248)

Wara l-iżvelar, il-GTV ma kkontestax il-konklużjonijiet dwar id-distorsjonijiet tas-sistema finanzjarja Vjetnamita u ssottometta li l-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk il-banek kummerċjali tal-Istat humiex korpi pubbliċi u jekk il-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu mwettqa minnhom hijiex biżżejjed. Fil-fehma tal-GTV, din l-analiżi setgħet influwenzat il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja u wkoll l-użu ta' punt ta' riferiment estern biex jistabbilixxi l-benefiċċju mogħti minn dan il-programm.

(249)

Kif speċifikat fil-premessi 242 — 243 hawn fuq, l-informazzjoni u l-evidenza miġburin fl-investigazzjoni juru distorsjonijiet sinifikanti fis-sistema bankarja Vjetnamita. Minħabba dawn id-distorsjonijiet, f'konformità mar-regoli tar-Regolament bażiku, irid jintuża punt ta' riferiment estern biex jiddetermina l-ammont ta' benefiċċju (jekk ikun hemm). Minħabba li l-benefiċċji tal-produtturi esportaturi Vjetnamiti huma de minimis, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-banek humiex korpi pubbliċi u/jew jekk il-valutazzjoni ta' riskju hijiex biżżejjed kif iċċarata fi premessi 231 u 232 hawn fuq.

3.3.4.   Il-forniment tad-drittijiet tal-użu tal-art

(250)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw kienu allokati drittijiet tal-użu tal-art f'żoni industrijali speċjali. Filwaqt li l-Grupp Thai Binh irċieva l-LUR direttament mill-Istat, l-art għall-Vietnam New Century Polyester Fibre Co Ltd. (“VNC”) hija sollokata permezz ta' kumpannija parzjalment proprjetà tal-Istat.

(251)

Il-Grupp Thai Binh għandu tliet biċċiet ta' art fiż-żona industrijali. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni l-Grupp ġie eżentat għal kollox mill-ħlas ta' kera għaż-żewġ biċċiet ta' art. Il-bażi għall-eżenzjoni huma Digriet Nru 121/2010/ND-CP u Digriet Nru 142/2005/ND-CP. Il-Grupp ma ħallasx il-kera wkoll għat-tielet biċċa ta' art minħabba li huwa fil-proċess amministrattiv li jitlob l-eżenzjoni. Ir-rati tal-kera eżentati huma ferm taħt ir-rati mħallsa mill-Grupp għal art simili oħra fil-viċinanzi taż-żona industrijali u jidhru li huma ferm taħt il-prezzijiet normali ta' art fir-reġjun.

(252)

Il-VNC ma ngħatatx eżenzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-użu tal-art, madankollu kien ċar li kienet qed tirċievi benefiċċju matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-VNC għandha tliet biċċiet ta' art minn pajjiż kumpannija parzjalment proprjetà tal-Istat bħala sullokazzjonijiet. Għalkemm il-GTV ddikjara li dawn huma tranżazzjonijiet bejn partijiet privati, l-informazzjoni fil-fajl tikkontraddixxi din id-dikjarazzjoni. Il-liċenza ta' investiment ta' VNC telenka l-kiri ta' art bħala benefiċċju preferenzjali. Fil-liċenzja l-Kumitat Popolari ta' Quang Ninh jobbliga lil VNC tikri l-art minn din il-kumpanija. Anke skont il-kuntratt tal-bidu bejn il-kumpanija parzjalment proprjetà tal-Istat li tikri l-biċċa art lil VNC u l-awtorità lokali tal-artijiet, it-trasferiment sussegwenti tal-art hiuwa possibbli biss taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti minn awtorità lokali tal-artijiet. Dan juri li l-Istat huwa involut fit-transazzjoni tal-art bejn iż-żewġ partijiet.

(253)

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-benefiċċji l-Kummissjoni pparagunat il-prezzijiet tal-art baxxi marbuta mat-tranżazzjonijiet fiż-żoni industrijali ma' prezz referenzjarju għal art simili. L-investigazzjoni sabet indikazzjonijiet li s-suq għall-art fil-Vjetnam jidher li huwa regolat u huwa mxekkel minħabba intervent mill-gvern, minħabba li hemm eżenzjoni jew remunerazzjoni preferenzjali għal LUR dwar art li tinsab f'żoni msejħa żoni industrijali u/jew setturi tan-negozju mħeġġa. F'dan il-każ speċifiku, il-Kummissjoni sabet tranżazzjoni ta' LUR ta' natura affidabbli biżżejjed minħabba li l-art ikkonċernata tinsab barra minn kull żona mħeġġa u minħabba li l-kumpannija kkonċernata hija attiva f'settur mhux relatat ma' PSF u mhux imħeġġeġ taħt il-politiki tal-gvern. Il-prezzijiet f'din it-tranżazzjoni jintużaw bħala punt ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-benefiċċju, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-artijiet ġenerali fil-Vjetnam.

(254)

Il-benefiċċju għal din l-iskema jvarja bejn 0,17 % u 0,37 %.

3.3.5.   Programmi ta' tnaqqis u ta' eżenzjoni diretta mit-taxxa

(255)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ibbenefikaw minn diversi eżenzjonijiet mit-taxxa diretta bbażati fuq l-eżenzjonijiet elenkati fil-liċenzji ta' investiment tagħhom. Il-bażi ġuridika għal dawn l-eżenzjonijiet huma d-Digriet Nru 164/2003/ND-CP sostitwit bid-Digrieti 124/2008/ND-CP u 122/2011/ND-CP, iċ-Ċirkolari 140/2012, Digriet Nru 164/2003/ND-CP emendat u supplimentat bid-Digriet Nru 152/204/ND-CP eżenzjoni mid-dazju u l-VAT fuq l-importazzjonijiet ta' makkinarju.

(256)

Skont il-leġislazzjoni ta' hawn fuq l-eżenzjonijiet u tnaqqis tat-taxxa diretta huma disponibbli, fost l-oħrajn, għal kumpanniji li jinsabu f'żoni/parks industrijali speċjali jew kumpaniji li jimpjegaw numru kbir ta' impjegati, jew kumpaniji li joperaw f'ċerti setturi tal-ekonomija.

(257)

L-ammont ta' sussidju jiġi kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji, li nstab li jeżisti tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji hu kkunsidrat bħala l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta' dak li jitħallas flimkien mar-rata ta' taxxa preferenzjali mnaqqsa, jew l-ammont ta' taxxa eżentata għal kollox. L-ammonti meqjusa bħala sussidju huma bbażati fuq id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa annwali l-aktar reċenti. Is-sussidju kien allokat fuq bażi totali tal-kumpannija u espress bħala perċentwal tal-dħul tal-esportazzjoni cCIF tal-Unjoni.

(258)

Il-benefiċċju għal din l-iskema jvarja bejn 0,11 % u 0,36 %.

3.3.6.   Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni fuq materja prima importata

(259)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw irċevew eżenzjonijiet mill-pagament tad-dazji fuq materja prima importata matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-bażi ġuridika għall-eżenzjoni hija l-Liġi dwar it-Taxxa ta' Importazzjoni u Esportazzjoni Nru 45/2005/QH11 implimentata min Digriet Nru 87/2010/ND-CP. Ir-regoli għas-sistema u l-proċeduri ta' spezzjoni u s-superviżjoni huma stabbiliti fiċ-Ċirkolari 194/2010TT.

(260)

Il-GTV fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju rrapporta li huwa jopera sistema ta' rifużjoni ta' dazju/sistema ta' sospensjoni. Skont il-leġiżlazzjoni l-eżenzjoni tapplika għal materja prima importata kkunsmata fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Tista' ssir rifużjoni fuq is-sazji sa fejn ikun determinat mill-proporzjon ta' kemm tintuża materja prima importata fil-prodott finali esportat.

(261)

Instab li matul il-perjodu tal-investigazzjoni iż-żewġ pprodutturi esportaturi lil kkooperaw ma rċevew ebda benefiċċju ekonomiku minn din l-iskema fil-perjodu tal-investigazzjoni. Għalkemm ġew eżentati mill-pagament tad-dazju tal-importazzjoni fuq materja prima, ma nstabet ebda remissjoni żejda fil-perjodu tal-investigazzjoni. Iż-żewġ kumpaniji kellhom bejgħ domestiku relattivament żgħir tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, huma akkwistaw sehem sinifikanti tal-materja prima ewlenija fis-suq domestiku minħabba li l-volumi li importaw għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat esportat ma kinux biżżejjed.

(262)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ma ġiex ikkunsidrat neċessarju li ssir konklużjoni dwar jekk is-sistema ta' rifużjoni tad-dazju rrappurtata hijiex konformi mar-regoli tad-WTO u l-Artikoli tal-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku.

(263)

Wara l-iżvelar, il-GTV appoġġja s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar dan il-programm. Madanakollu, xtaqet ukoll tissottolinja li s-sistema ta' rifużjoni tad-dazju Vjetnamita hija għal kollox konformi mar-regoli fl-Anness II u Anness III tar-Regolament bażiku minkejja n-nuqqas ta' konklużjoni f'dan il-punt. Il-Kummissjoni tieħu nota ta' din il-pożizzjoni tal-GTV. Madanakollu minħabba li l-benefiċċju għall-produtturi esportaturi Vjetnamiti huma de minimis, il-Kummissjoni ttenni l-pożizzjoni tagħha li ma tqisx li huwa neċessarju għall-iskop ta' din l-investigazzjoni li jiġi eżaminat jekk l-iskema ta' rifużjoni tad-dazji tikkonformax mar-regoli fl-Anness II u l-Anness III tar-Regolament bażiku kif spjegat fil-premessi 231 — 232 hawn fuq.

3.3.7.   Eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni fuq makkinarju importat

(264)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw irċevew eżenzjonijiet mill-pagament tad-dazji u VAT fuq makkinarju importat matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Il-bażi ġuridika għall-eżenzjoni hija l-Liġi dwar it-Taxxa ta' Importazzjoni u Esportazzjoni Nru 45/2005/QH11 implimentata minn Digriet Nru 87/2010/ND-CP. Ir-regoli għas-sistema u l-proċeduri ta' spezzjoni u s-superviżjoni huma stabbiliti fid-Digriet tal-Gvern Nru 154/2005/N-CP, fiċ-Ċirkolari 194/2010TT u ċ-Ċirkolari 117/2011.

(265)

Il-kumpaniji ntalbu jirrappurtaw l-importazzjonijiet tal-makkinarju fuq perjodu ta' 10 snin. Għalkemm kien ċar li l-benefiċċji kienu dovuti lill-produtturi esportaturi li kkooperaw b'riżultat ta' din l-iskema, dawn ma kinux sostanzjali. Dan huwa għaliex l-importazzjonijiet tal-kumpaniji ta' makkinarju ma kinux importanti meta mqabbla mad-dħul tal-bejgħ ta' PSF tal-UE. Kwalunkwe benefiċċju ġie imdgħajjef mill-fatt li makkinarju ġie amortizzat fuq numru ta' snin (ġeneralment 10 snin) u għalhekk il-benefiċċju għall-perjodu tal-investigazzjoni tnaqqas b'mod korrispondenti.

(266)

Il-benefiċċju għal din l-iskema jvarja bejn 0,08 % u 0,1 %.

3.3.8.   Ammont ta' sussidji

(267)

L-ammont tas-sussidji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku antisussidju, espress ad valorem, għall-produtturi esportaturi Vjetnamiti jvarja bejn 0,6 % u 2,31 %. Il-marġni tas-sussidju għall-pajjiż kollu huwa l-medja ponderata taż-żewġ marġini ta' hawn fuq, jiġifieri 1,25 %. Is-sussidju deskritt kien allokat fuq bażi totali tal-kumpannija u espress bħala perċentwal tal-dħul tal-esportazzjoni CIF tal-Unjoni.

(268)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur sostna li ma kienx ċar kif il-Kummissjoni kkalkulat din il-medda tal-marġini ta' sussidju u għaliex il-Kummissjoni ma ħaditx l-ogħla livelli ta' dawn il-marġini li kienu jkunu ogħla mill-marġini de minimis. Kif spjegat il-Kummissjoni fil-premessa ta' qabel, il-medda tas-sussidji totali aggregati għall-produtturi esportaturi Vjetnamiti li kkoperaw espressa ad valorem tvarja bejn minimu ta' 0,6 % u massimu ta' 2,31 %. Madanakollu, l-kalkolu tal-medja ponderata ta' dawn il-marġini jwassal għal medja ta' kull pajjiż tal-marġini ta' sussidju ugwali għal 1,25 % li hija taħt il-limitu de minimis. Din hija l-metodoloġija użata frekwentament biex tiġi kkalkulata l-medja ta' kull pajjiż tal-marġini ta' sussidju skont ir-regoli relevanti tar-Regolament bażiku.

3.3.9.   Konklużjoni dwar il-Vjetnam

(269)

Ir-rata ta' sussidju għall-pajjiż kollu għall-Vjetnam hija 1,25 %. Billi dan il-marġini huwa de minimis, ġie konkluż illi l-investigazzjoni għandha tintemm fir-rigward ta' importazzjonijiet li joriġinaw fil-Vjetnam, skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku.

4.   DANNU

4.1.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI U TAL-PRODUZZJONI TAL-UNJONI

(270)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 18-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dawn jikkositwixxu “l-industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(271)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 401 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħalma huma ċ-ċifri ta' produzzjoni vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw inklużi fil-kampjun kif ukoll iċ-ċifri pprovduti mill-ilmentatur. Kif ġie spjegat fil-premessa 10 intgħażlu erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 54 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   KONSUM TAL-UNJONI

(272)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fuq is-suq tal-Unjoni bl-użu tad-dejta pprovduta mill-ilmentatur u fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ibbażati fuq dejta tal-Eurostat.

(273)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

838 397

869 025

837 066

890 992

Indiċi

100

104

100

106

Sors: Ilment, Eurostat

(274)

Il-konsum tal-Unjoni laħaq il-livelli massimi fl-2011 minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-qoton minħabba d-diffikultajiet esperjenzati fir-rigward tal-għelejjel tal-qoton fl-2010. Id-domanda għal PSF, bħala sostitut għal qoton, żdiedet bħala riżultat, iżda reġgħet naqset is-sena ta' wara. Fil-perjodu ta' investigazzjoni, għal darb' oħra hija osservata żieda ta' 6 % fil-konsum tal-Unjoni.

4.3.   IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI

4.3.1.   Il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(275)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-PSF li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b'mod kumulattiv skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku.

(276)

Il-marġni tas-sussidju stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam kien taħt il-limitu de minimis stabbiliti fl-Artikolu 8(3)(a) tar-Regolament bażiku.

(277)

Għalhekk, il-kundizzjonijiet għal kumulazzjoni ma ntlaħqux u l-analiżi tal-kawżalità hija għalhekk limitata għall-effett tal-importazzjonijiet mill-Indja.

4.3.2.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(278)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta' importazzjonijiet mill-Indja bħala parti tal-konsum totali tal-Unjoni (dan tal-aħħar huwa ddeterminat mill-bejgħ totali tal-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet kollha tal-PSF fl-Unjoni).

(279)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum ta' importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Indja (tunnellati)

51 258

59 161

63 191

60 852

Indiċi

100

115

123

119

Sehem mis-suq

6,1 %

6,8 %

7,5 %

6,8 %

Indiċi

100

111

123

112

Sors: il-Eurostat

(280)

B'mod ġenerali, l-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu pjuttost stabbli, u jammontaw għal sehem mis-suq tal-Unjoni ta' bejn 6 % u 7,5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(281)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet ta' importazzjonijiet fuq il-bażi ta' statistika tal-Eurostat u dejta vverifikata mill-esportaturi li kkooperaw. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tad-dejta pprovduta minn esportaturi li kkooperaw u produtturi tal-Unjoni li kkooperaw.

(282)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indja żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

L-Indja

1 025

1 368

1 239

1 212

Indiċi

100

134

121

118

Sors: l-Eurostat u d-dejta vverifikata minn esportaturi li kkooperaw

(283)

Ġiet osservata żieda fil-prezz tal-PSF għas-sena 2011, li hija s-sena tal-kriżi tal-qoton li ssemmiet qabel. Il-prezzijiet naqsu fis-snin ta' wara, iżda baqgħu ogħla mill-prezz osservat għall-2010. Fil-perjodu ta' investigazzjoni, il-prezz kien 18 % ogħla mill-prezz għall-PSF fl-2010.

(284)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezzijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet il-prezzijiet tal-iżbark tal-importazzjoni medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Indjani li kkooperaw inklużi fil-kampjun mal-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni u l-prezzijiet ta' bejgħ medji ponderati għall-istess tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta'prezz mill-fabbrika.

(285)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-dħul tal-industrija tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan wera marġini ta' twaqqigħ tal-prezzijiet b'medja ponderata bejn 4,1 % u 43,7 % mill-importazzjonijiet mill-Indja fis-suq tal-Unjoni.

4.4.   IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(286)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat.

(287)

Kif imsemmi fil-premessa 10, il-kampjunar intuża biex jiġi ddeterminat id-dannu possibbilment imġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(288)

Għall-iskop tad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta inkluża fl-ilment, informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur matul il-proċediment u l-Eurostat. Din id-dejta hija marbuta mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta vverifikata kif suppost li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstab li kienu rappreżentattivi tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(289)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjieg u l-produttività.

(290)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, l-ispiża unitarja, l-ispejjeż tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġbir ta' kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(291)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

362 195

355 240

361 159

401 119

Indiċi

100

98

100

111

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

492 059

451 310

468 115

466 744

Indiċi

100

92

95

95

Użu tal-kapaċità

73,6 %

78,7 %

77,2 %

85,9 %

Indiċi

100

107

105

117

Sors: Ilmentatur (CIRFS)

(292)

Il-volum tal-produzzjoni tela' bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda saret biss matul il-perjodu ta' investigazzjoni (li jkopri l-aħħar 12-il xahar tal-perjodu kkunsidrat). Matul il-parti tal-perjodu kkunsidrat qabel il-perjodu ta' investigazzjoni (jiġifieri 2011 u 2012) il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas jew staġna.

(293)

Għall-kuntrarju, il-kapaċità tal-produzzjoni għaddiet minn xejra 'l isfel, bi tnaqqis minn 5 % waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Flimkien mat-tendenza ta' żieda tal-volum ta' produzzjoni kif deskritt fil-premessa 292, l-użu tal-kapaċità żdied bi 17 %. Għandu jiġi enfasizzat, madankollu, li l-użu tal-kapaċità fl-2010, li tintuża bħala bażi għall-analiżi tat-tendenzi, kienet baxxa għal industrija li tuża kapital kbir bħall-industrija tal-PSF u matul il-perjodu ta' investigazzjoni r-rata tal-użu tal-kapaċità kienet ta' 85,9 %.

4.4.2.2.   Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

(294)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 6

Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Volum ta' bejgħ totali tas-suq tal-Unjoni (tunnellati)

379 840

366 341

344 134

358 130

Indiċi

100

96

91

94

Sehem mis-suq

45,3 %

42,2 %

41,1 %

40,2 %

Indiċi

100

93

91

89

Sors: Eurostat, ilmentatur (CIRFS)

(295)

Il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqsu fl-2011 u l-2012, iżda rkupraw ftit matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, ġiet osservata waqgħa ta' 6 % xorta waħda fil-konfront tal-volumi mibjugħa fl-2010.

(296)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. L-ikbar tnaqqis fis-sehem tas-suq seħħ fl-2011, iżda din it-tendenza 'l isfel kompliet fl-2012 u fil-perijodu ta' investigazzjoni, li rriżulta f'telf ġenerali ta' sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat ta' 11 %.

4.4.2.3.   It-tkabbir

(297)

Minkejja t-tkabbir moderat fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat (żieda ta' 6 %) u ż-żieda fil-volum tal-produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni (+ 11 %), il-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni naqas b' 6 %.

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(298)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Numru ta' impjegati

1 914

1 935

2 000

2 036

Indiċi

100

101

105

106

Produttività (tunnellata/impjegat)

189,3

183,6

180,6

197,0

Indiċi

100

97

95

104

Sors: Ilmentatur (CIRFS)

(299)

L-għadd ta' impjegati żdied b'mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u dan wassal għal żieda ta' 6 %, flimkien maż-żieda fil-produzzjoni kif muri fil-premessa 292.

(300)

Il-produttività naqset fl-2011 u l-2012, minħabba li n-numru ta' impjegati żdied filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni staġnaw matul dawk is-snin. B'mod ġenerali, rat żieda ta' 4 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(301)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-Prezz medju ponderat ta' bejgħ fl-Unjoni fuq is-suq totali (EUR/tunnellata)

1 283

1 608

1 509

1 489

Indiċi

100

125

118

116

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

1 453

1 666

1 629

1 542

Indiċi

100

115

112

106

Sors: Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(302)

L-akbar żieda fil-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni ġiet osservata għall-2011, meta l-PSF inbiegħ għal 25 % aktar meta mqabbel mal-prezz medju tal-bejgħ fl-2010. Dan kien ir-riżultat ta' kriżi tal-qoton fl-2011, meta d-domanda għall-PSF bħala sostitut għal qoton żdiedet, għaliex dan tal-aħħar kien skars minħabba l-għelejjel diżappuntanti fl-2010. B'mod ġenerali, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni żdiedu b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(303)

Il-kost tal-unità tal-produzzjoni żdied ukoll matul il-perjodu kkunsidrat b'massimu ta' 15 % fl-2011 minħabba żieda fil-prezzijiet tal-karburant f'dik is-sena, li huwa fattur importanti għall-ispejjeż. Iż-żieda globali fil-kost tal-produzzjoni għal kull unità kienet tammonta għal 6 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.2.   Il-kostijiet lavorattivi

(304)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet tax-xogħol medji għal kull impjegat

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Nefqa medja tax-xogħol għal kull impjegat (EUR)

31 561

31 080

31 661

32 356

Indiċi

100

98

100

103

Sors: Id-dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(305)

Il-kost medju tax-xogħol għal kull impjegat, l-ewwel naqas fl-2011, u mbagħad żdied bi ftit fis-snin ta' wara. Għall-perjodu kkunsidrat, ġiet osservata żieda ta' 3 %.

4.4.3.3.   Inventarji

(306)

Livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

15 731

16 400

15 039

19 108

Indiċi

100

104

96

121

L-inventarju tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

7,3 %

7,8 %

7,1 %

8,8 %

Indiċi

100

107

97

120

Sors: Id-dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(307)

L-istokkijiet tal-għeluq żdiedu, bl-eċċezzjoni tal-2012, u rriżultaw f'żieda globali ta' 21 % fil-perjodu tal-investigazzjoni. Dan jikkorrispondi għal żieda fil-volum ta' produzzjoni (żieda ġenerali ta' 11 %), filwaqt li l-volumi tal-bejgħ naqsu matul il-perjodu kkunsidrat (tnaqqis totali ta' 6 %). Dawn ix-xejriet kienu riflessi wkoll mill-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni.

4.4.3.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital

(308)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redittu fuq l-investimenti

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-dħul tal-bejgħ)

– 5,4 %

1,0 %

– 0,8 %

0,3 %

Indiċi

– 100

18

– 14

5

Fluss tal-flus (f'EUR)

– 12 068 770

12 017 353

13 048 405

10 725 084

Indiċi

– 100

100

108

89

Investimenti (EUR)

5 240 603

7 671 607

4 488 296

4 145 991

Indiċi

100

146

86

79

Redditu fuq l-investimenti

– 25,1 %

5,5 %

– 4,5 %

1,5 %

Indiċi

– 100

22

– 18

6

Sors: Id-dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(309)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-dħul ta' dak il-bejgħ. Il-marġini tal-profittabilità varjaw matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod ġenerali, il-profittabilità tjiebet permezz ta' ċaqliq minn telf sostanzjali fl-2010 għal bilanċ kemm kemm pożittiv fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(310)

Il-likwidità netta hija l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra tal-fluss tal-flus nett żviluppat b'mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat.

(311)

L-investimenti laħqu livelli massimi fl-2011 b'żieda ta' 46 % meta mqabbla ma' investimenti magħmula fl-2010, iżda naqsu fis-snin ta' wara. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti naqsu b' 21 %.

(312)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Huwa żviluppa b'mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat.

(313)

L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma esprima li kellu diffikultajiet biex ittella' kapital matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(314)

L-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu stabbli (li jammontaw għal sehem fis-suq tal-Unjoni ta' bejn 6 % u 7 % matul il-perjodu kkunsidrat). It-Twaqqigħ tal-prezz kien sinifikanti (sa 43,7 %).

(315)

Bosta indikaturi tal-ħsara tjiebu. Il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni żdiedet bi kważi 6 punti perċentwali, iżda l-marġni tal-profitt medju kien għadu f'punt ta' ekwilibriju mhux sodisfaċenti ta' 0,3 % fil-perjodu tal-investigazzjoni. Ir-rata ta' użu tal-kapaċità żdiedet minn 74 % għal 86 %. Dan madankollu kien ir-riżultat ta' żieda fil-volumi ta' produzzjoni tal-Unjoni kif ukoll tat-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità tal-Unjoni. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni laħqu l-livelli massimi fl-2011, ikkawżati minn żieda qawwija fil-prezzijiet tal-petrol u tal-qoton. Globalment, il-prezzijiet ta' importazzjoni medji żdiedu b'16 % matul il-perijodu kkunsidrat. Ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus żviluppaw b'mod pożittiv. L-impjegati żdiedu wkoll matul il-perijodu kkunsidrat. B'hekk ġew osservati sinjali ta' rkupru f'sitwazzjoni li kienet għadha ta' dannu.

(316)

L-indikaturi ta' dannu li jmiss żviluppaw b'mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat: is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni niżel minn 45,3 % għal 40,2 % hekk kif il-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni niżlu b' 6 %. Il-livell tal-investimenti b'mod ġenerali naqas, bl-eċċezzjoni tal-2011. Il-kapaċità, kif imsemmija fil-premessa 293, naqset b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(317)

B'kollox, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha tista' tiġi deskritta bħala dannuża, għalkemm tjiebet ħafna matul dawn l-aħħar snin. Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku.

(318)

Waqt li kien qed jikkummenta fuq l-iżvelar, l-ilmentatur qal li kkunsidra li l-istabilità tas-sehem mis-suq Indjan fis-suq tal-Unjoni kienet ir-riżultat ta' sussidjar sostanzjali. Il-Kummissjoni tassew sabet sussidji kumpensatorji (ara premessa 229), iżda l-ebda rabta każwali għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni ma setgħet tiġi stabbilita (ara premessi 319 — 323).

5.   KAWŻALITÀ

(319)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin iddanneġġaw lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra ħlief l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet sussidjati. Dawn il-fatturi huma l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-konsum.

5.1.   EFFETT TAL-IMPORTAZZJONIJIET SUSSIDJATI

(320)

Fid-dawl tas-sejbiet deskritti tas-sussidjar de minimis t'hawn taħt fir-rigward taċ-Ċina u l-Vjetnam (ara premessi 76 u 231), il-kundizzjonijiet għall-kumulazzjoni ma humiex issodisfati. L-analiżi tal-kawżaliità hija għalhekk limitata għall-effett tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(321)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni rat is-sehem tagħha mis-suq jonqos minn 45,3 % għal 40,2 %, filwaqt li s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Indjani baqa' pjuttost stabbli bejn 6 % u 7 %. L-impjiegi naqsu b'6 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni għalhekk ma kinitx kapaċi tibbenefika minn dan it-tkabbir f'termini ta' sehem mis-suq, iżda dan aktarx ma jiġix attribwit lis-sehem Indjan mis-suq, li baqa' kostanti.

(322)

Il-prezzijiet medji tal-Eurostat għall-PSF mill-Indja kienu aktar baxxi mill-medja tal-prezzijiet tal-PSF minn ħafna pajjiżi oħra, iżda huwa importanti li jiġi nnotat li hemm differenzi kbar fil-kwalitajiet u t-tipi ta' prodotti. Fi kwalunkwe każ, il-paraguni preċiżi ta' tip b'tip wera twaqqigħ fil-prezz sinifikanti fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indja.

(323)

Minkejja t-tnaqqis sinifikanti tal-prezzijiet, ma jistax jiġi konkluż li l-importazzjonijiet Indjani rriżultaw f'dannu. Tabilħaqq, it-tnaqqis fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni (tnaqqis ta' 5,1 punti perċentwali) ma jistax ikun attribwit għall-iżvilupp ta' volumi ta' importazzjoni Indjani billi s-sehem tas-suq tagħhom baqa' pjuttost stabbli (żieda ta' 0,7 punti perċentwali biss matul il-perjodu kkunsidrat). Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied b'mod sinifikanti bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indjani ma jidhrux li rriżultaw fi tnaqqis fil-prezz, peress li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, għalkemm xorta waħda dannuża waqt il-perjodu ta' investigazzjoni, tjiebet b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

5.2.   EFFETTI TA' FATTURI OĦRA

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(324)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 12

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Il-pajjiż

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Ir-Repubblika tal-Korea

Volum (tunnellati)

129 918

165 365

163 540

181 540

 

Indiċi

100

127

126

140

 

Sehem mis-suq

15,5 %

19,0 %

19,5 %

20,4 %

 

Indiċi

100

123

126

131

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 116

1 367

1 361

1 300

 

Indiċi

100

123

122

116

It-Tajwan

Volum (tunnellati)

121 656

108 645

100 072

92 423

 

Indiċi

100

89

82

76

 

Sehem mis-suq

14,5 %

12,5 %

12,0 %

10,4 %

 

Indiċi

100

86

82

71

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 131

1 416

1 383

1 369

 

Indiċi

100

125

122

121

Iċ-Ċina

Volum (tunnellati)

5 198

8 980

23 209

44 651

 

Indiċi

100

173

446

859

 

Sehem mis-suq

0,6 %

1,0 %

2,8 %

5,0 %

 

Indiċi

100

167

447

808

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 065

1 279

1 265

1 209

 

Indiċi

100

120

119

113

Turkija

Volum (tunnellati)

32 921

29 969

34 303

36 908

 

Indiċi

100

91

104

112

 

Sehem mis-suq

3,9 %

3,4 %

4,1 %

4,1 %

 

Indiċi

100

88

104

105

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 133

1 466

1 383

1 382

 

Indiċi

100

129

122

122

Il-Vjetnam

Volum (tunnellati)

24 884

25 487

26 410

29 717

 

Indiċi

100

102

106

119

 

Sehem mis-suq

3,0 %

2,9 %

3,2 %

3,3 %

 

Indiċi

100

99

106

112

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

978

1 182

1 175

1 096

 

Indiċi

100

121

120

112

L-Indoneżja

Volum (tunnellati)

25 902

30 285

24 032

24 699

 

Indiċi

100

117

93

95

 

Sehem mis-suq

3,1 %

3,5 %

2,9 %

2,8 %

 

Indiċi

100

113

93

90

 

Prezz medju

1 055

1 329

1 267

1 167

 

Indiċi

100

126

120

111

It-Tajlandja

Volum (tunnellati)

17 548

23 510

17 103

18 952

 

Indiċi

100

134

97

108

 

Sehem mis-suq

2,1 %

2,7 %

2,0 %

2,1 %

 

Indiċi

100

129

98

102

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 140

1 449

1 310

1 298

 

Indiċi

100

127

115

114

Importazzjonijiet oħra

Volum (tunnellati)

49 272

51 282

41 074

43 120

 

Indiċi

100

104

83

88

 

Sehem mis-suq

5,9 %

5,9 %

4,9 %

4,8 %

 

Indiċi

100

100

83

82

 

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 323

1 681

1 603

1 532

 

Indiċi

100

127

121

116

Sors: l-Eurostat

(325)

L-akbar sehem ta' importazzjonijiet (181 540 tunnellata, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' 20,4 %, matul il-perjodu ta' investigazzjoni) ġej mir-Repubblika tal-Korea, li rat is-sehem tagħha mis-suq jiżdied b'4,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. It-Tajwan huwa t-tieni l-ikbar esportatur lejn l-Unjoni. Għalkemm l-importazzjonijiet mit-Tajwan matul il-perjodu kkunsidrat naqsu (tnaqqis ta' 4,1 punti perċentwali), it-Tajwan xorta kellu sehem mis-suq ta' 10,4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni. Ir-raba' l-akbar pajjiż fuq il-lista ta' esportaturi (wara l-Indja, li huwa t-tielet l-ikbar) huwa ċ-Ċina, li s-sehem tas-suq tagħha żdied b'4,4 punti perċentwali għal livell ta' 5 %. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra huma iżgħar mill-importazzjonijiet mill-Indja iżda kwantitajiet sostanzjali ta' PSF huma wkoll importati mit-Turkija, il-Vjetnam, l-Indoneżja u t-Tajlandja (l-erba' li huma b'ishma tas-suq pjuittost stabbiliti). Flimkien, l-importazzjonijiet mit-Turkija, il-Vjetnam, l-Indoneżja u t-Tajlandja jammontaw għal sehem mis-suq ta' madwar 12 % (12,4 % fil-perjodu tal-investigazzjoni.)

(326)

Ta' min jinnota l-importazzjonijiet dejjem jiżdiedu b'mod partikolari tar-Repubblika tal-Korea. L-importazzjonijiet Koreani kienu jammontaw, matul il-perijodu ta' investigazzjoni, għal tliet darbiet il-volumi tal-importazzjonijiet Indjani. L-importazzjoni żiedu b'40 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem tagħhom mis-suq żdied b'4,9 punti perċentwali għal 20,4 %. L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu wkoll b'mod qawwi, b'aktar minn 700 % fil-volum jew 4,4 punti perċentwali f'termini ta' sehem mis-suq. L-importazzjonijiet miċ-Ċina waqqgħu wkoll b'mod sinifikanti l-prezz tal-industrija tal-Unjoni.

(327)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, jista' jiġi konkluż li, jekk is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni kienet riżultat tal-importazzjonijiet, dan huwa aktar minħabba l-importazzjonijiet minn sorsi oħra apparti l-Indja.

(328)

Wara l-iżvelar, l-ilmentatur ikkummenta li l-Kummissjoni ma nvestigatx aktar il-prezzijiet ta' esportazzjoni taċ-Ċina u l-Vjetnam. Ġie mtenni li l-livelli tas-sussidju de minimis instabu kemm għaċ-Ċina kif ukoll għall-Vjetnam. Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat il-prezzijiet tal-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi rispettivi fl-analiżi ta' kawżalità tagħha rigward l-effett ta' fatturi oħra u tabilħaqq ma wettqitx valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet tat-tliet pajjiżi kkonċernati minn dan il-proċediment, ladarba kien iddeterminat li s-sussidji li nstabu fiċ-Ċina u l-Vjetnam kienu de minimis kif spjegat fil-premessa 275 — 277.

(329)

L-ilmentatur ipprovda kummenti dwar il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Korea kif ukoll iż-żieda (żgħira) fil-volum tagħhom bejn l-2011 u l-2012. B'ħarsa lejn iż-żieda totali kemm tal-volum kif ukoll tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Koreani matul il-perjodu kkunsidrat u l-prezzijiet medji tagħha kienu aktar baxxi mill-medja tal-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistqarr li l-importazzjonijiet Koreani huma fattur ieħor rilevanti fl-analiżi tal-kawżalità.

(330)

L-ilmentatur irrefera wkoll għall-prezzijiet medji ta' esportazzjoni tat-tliet pajjiżi li fil-bidu kienu kkonċernati minn dan il-proċediment u għall-Korea u t-Tajwan għall-perjodu bejn Jannar u Lulju 2014. Madanakollu, dan mhuwiex il-perjodu kkunsidrat, li huwa mill-2010 sal-aħħar tal-perjodu investigat. Il-kumment għalhekk ma ntlaqax.

5.2.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(331)

Il-volum u l-valur medju tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni tul il-perjodu kkunsidrat żviluppaw kif ġej:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-Esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

 

2010

2011

2012

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Volum ta' esportazzjoni (tunnellati)

31 158

32 204

41 279

36 149

Indiċi

100

103

132

116

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 760

1 945

1 924

1 962

Indiċi

100

111

109

112

Sors:

Il-volum: Ilmentatur (CIRFS)

Valur: Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(332)

L-industrija tal-Unjoni barra l-UE qed tbiegħ l-aktar prodotti ta' speċjalità, li hija r-raġuni tal-prezz tal-bejgħ medju ogħla osservat f'dawk is-swieq.

(333)

Il-volumi tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdied bi kważi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat bl-ogħla livelli tagħhom fl-2012. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ żdiedu fl-2011 u mbagħad baqgħu f'livell stabbli sal-perjodu ta' investigazzjoni.

(334)

Minkejja l-prestazzjoni tajba tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-volumi assoluti esportati kienu relattivament żgħar meta mqabbla mal-volumi tal-bejgħ mibjugħa fl-Unjoni. L-effett tagħhom għalhekk ma kienx biżżejjed biex jikkumpensa għas-sitwazzjoni diffiċli u dannuża fuq is-suq domestiku tal-Unjoni.

5.2.3.   Konsum

(335)

Is-suq tal-Unjoni għal PSF kien ta' 838 397 tunnellata metrika fl-2010 u laħaq it-890 992 tunnellata metrika fil-perjodu ta' investigazzjoni. Dan jimplika tkabbir fis-suq ta' 6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fi kliem ieħor, ma kien hemm l-ebda tnaqqis fid-domanda li seta' kkontribwixxa għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Il-kriżi ekonomika

(336)

Assoċjazzjoni tal-utent, il-kamra tal-kummerċ ta' wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, u awtorità tal-gvern ikkummentaw li d-dannu kien ikkawżat mill-kriżi ekonomika. Dan l-argument m'huwiex korrett, peress li s-suq tal-Unjoni għal PSF kiber b'6 % u l-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni żdied ukoll b'16 %.

(337)

Il-kamra tal-kummerċ ikkummentat ukoll li minħabba l-kriżi ekonomika, id-domanda għal PSF ta' speċjalità niżlet, filwaqt li d-domanda għal PSF ta' komodità kibret. Huwa mfakkar li l-PSF ta' speċjalità u l-PSF ta' komodità għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-utenti aħħarija tagħhom huma bażikament l-istess. Huwa rikonoxxut li mhux it-tipi kollha ta' prodotti jistgħu jinbidlu bejniethom, iżda investigazzjonijiet preċedenti u l-investigazzjoni preżenti stabbilixxew li hemm mill-inqas interkambjalità parzjali u użu doppju tat-tipi differenti tal-prodott. Għaldaqstant, l-argument huwa mwarrab.

5.2.5.   L-użu ta' kapaċità għolja

(338)

Awtorità waħdanija tal-gvern issottomettiet li d-dannu f'termini ta' telf ta' sehem mis-suq, ma setax ġie kkawżat minn importazzjonijiet sussidjati minħabba r-rata għolja ta' użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni. L-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni tabilħaqq żdied matul il-perjodu kkunsidrat, iżda fl-ebda punt ma resaq lejn il-limiti tal-kapaċità disponibbli. Waqt l-ogħla livelli, li kien fil-perjodu ta' investigazzjoni, ir-rata ta' użu tal-kapaċità kienet ta' 85,9 %. Dan iħalli biżżejjed marġni biex tkompli tiżdied il-produzzjoni. Madankollu, hekk kif il-volumi tal-bejgħ fl-Unjoni ta' produtturi tal-Unjoni ma segwewx it-tendenza ta' żieda fil-konsum, it-telf fis-sehem mis-suq għadu kkunsidrat bħala wieħed mill-indikaturi għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.   KONKLUŻJONI DWAR IL-KAWŻALITÀ

(339)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita rabta kawżali bejn is-sitwazzjoni ta' ħsara tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja. Din il-konklużjoni hija l-ewwel nett ibbażata fuq is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja relattivament baxx u li żdied ftit li xejn (minn 6,1 % għal 6,8 %), meta mqabbel ma' sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni ħafna ogħla iżda li xorta qed jonqos b'mod sinifikanti (minn 45,3 % għal 40,2 %). It-tieni nett, l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi oħra (il-Korea, it-Tajwan, iċ-Ċina) kienu aktar voluminużi u/jew żdied u aktar, u għalhekk, jekk l-importazzjonijiet ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, dan għandu jiġi attribwit għall-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi u mhux għall-importazzjonijiet mill-Indja (ara l-premessi 325 — 327).

(340)

Għalhekk ir-rabta kawżali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 8(5) u 8(6) tar-Regolament bażiku bejn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkun stabbilita.

6.   KONKLUŻJONI

(341)

Il-proċediment għandu għalhekk jintemm, minħabba li s-sussidju għar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam instab li kien de minimis, u minħabba n-nuqqas ta' rabta kawżali bejn id-dannu u s-sussidju fejn jidħlu l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja.

(342)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' fibri bażiċi sintetiċi tal-poliester, mhux imqardxa, mimxuta jew ipproċessati b'mod ieħor għall-għażil li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 5503 20 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam huwa b'dan mitmum.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antisussidju dwar importazzjonijiet ta' fibri bażiċi tal-poliester li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indja u l-Vjetnam (ĠU C 372, 19.12.2013, p. 31).

(3)  Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(5), pajjiż jitqies bħala pajjiż li qed jiżviluppa jekk ikun elenkat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

(4)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3.

(5)  Bank għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Vjetnam Foreign Commercial Bank, l-Industrijali and Commercial Bank, il-Bank for Investment and Development tal-Vjetnam u Mekong Housing Bank.

(6)  L-Artikolu 4 tad-Digriet 69/2007/ND-CP

(7)  L-Artikoli 2,3 u 4(a) tad-Deċiżjoni tal-Prim Ministru Nru 443/QD-TTf tal-4 ta' April 2009.

(8)  Pereżempju, iċ-ċirkulari Nru 102013/TT-NHNN, l-Artikolu 1.2(b), (c) u (d).