|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4077 |
16.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1429, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1433, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
(C/2025/4077)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1429 (2), u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1433 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni kkonċernati għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 u fir-Regolament (UE) 2022/2309 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2022/2309, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew għal ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel it-30 ta' April 2026 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135.
(2) ĠU L, 2025/1429, 15.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1429/oj.
(3) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 17.
(4) ĠU L, 2025/1433, 15.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1433/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4077/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)