European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2975

21.5.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/969, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/968 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

(C/2025/2975)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/969 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/968 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2024/2642 jeħtieġ li l-persuna tirrapporta, fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar tagħha fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilha, huma proprjetà tagħha, jinżammu jew huma kkontrollati minnha, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Jeħtieġ li tikkoopera mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni. Nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

Jeħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/2642 (5).


(1)   ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.

(2)   ĠU L, 2025/969, 21.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/969/oj.

(3)   ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2642/oj.

(4)   ĠU L, 2025/968, 21.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/968/oj.

(5)  L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2975/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)