25.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9746 — Fyffes Limited/van Wylick GmbH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 98/13)

1.   

Fit-13 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Fyffes Limited (“Fyffes”, l-Irlanda), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm ta’ Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun),

—

Frutchimport van Wylick GmbH (“van Wylick”, il-Ġermanja).

Fyffes takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ van Wylick kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Fyffes, l-akkwist, it-trasport bil-baħar, l-importazzjoni u l-bejgħ bl-ingorssa tal-banana. Fiż-ŻEE, Fyffes timporta wkoll frott ieħor, inklużi pineapples, u tipprovdi xi servizzi limitati ta’ tisjir tal-banana u servizzi ta’ tbaħħir lil terzi persuni,

—

Sumitomo, investimenti f’diversi setturi bħalma huwa l-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, it-trasport u l-kostruzzjoni, il-kimiċi u l-elettronika, il-media, ir-riżorsi minerali u l-enerġija,

—

van Wylick, il-provvista ta’ servizzi ta’ tisjir tal-banana, kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ frott frisk.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9746 — Fyffes Limited/van Wylick GmbH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.