|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/589 |
6.11.2023 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji
(C/2023/589)
1. Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri kompensatorji msemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidju u tal-ħsara. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità biex jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, biex tasal f’dan l-indirizz: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037.
|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Polyethylene terephthalate |
L-Indja |
Dazju kumpensatorju |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1286 tat-30 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
1.8.2024 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/589/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)