Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 73, 168 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq it-trasportaturi stabbiliti barra mill-pajjiż il-ħlas ta’ VAT skont sistema ta’ taxxa b’rata fissa bbażata biss fuq in-numru ta’ passiġġieri ttrasportati fit-territorju nazzjonali u li ma tippermettix tnaqqis tat-taxxa imposta fl-istadju preċedenti.
Dispożittiv
1) Bl-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont il-modalitajiet iddefiniti fl-Artikolu 35(1), (3), (4) u (5) tal-Kapitolu 13 tar-Regolament tal-Ministru tal-Finanzi, tas-27 ta’ April 2004, dwar l-implementazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijet tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 73, 168 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.
2) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.