10.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 100/89


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 145/2007

tas-26 ta' Ottubru 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta' l-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi r-regoli ta' l-implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2006 ta' l-20 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 tat-12 ta' Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 910/2006 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 787/2007 ta' l-4 ta' Lulju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Il-punti li ġejjin għandhom jidħlu wara l-punt 66z (id-Direttiva 2006/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“66za.

32005 R 2111: Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta' l-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Sakemm tiġi adottat deċiżjoni formali dwar l-inkorporazzjoni ta' l-aġġornamenti tal-lista Komunitarja mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim, l-Istati ta' l-EFTA, fl-istess ħin ma' l-Istati Membri tal-KE, għandhom jieħdu miżuri li jikkorrispondu għal dawk meħuda minn dawn ta' l-aħħar fuq il-bażi tal-lista Komunitarja rigward il-kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità.

(b)

Fil-każ li dawn il-miżuri jqajmu tħassib serju għal Stat ta' l-EFTA jew aktar, l-Istat(i) ta' l-EFTA kkonċernat(i) għandhom immedjatament jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

(ċ)

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 15:

‘6.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom jieħdu sehem sħiħ fix-xogħol tal-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1, minbarra għad-dritt tal-vot.’

66zaa.

32006 R 0473: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi r-regoli ta' l-implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

66zab.

32006 R 0474: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpanniji ta' l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14), kif emendat minn:

—

32006 R 0910: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2006 ta' l-20 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 168, 21.6.2006, p. 16),

—

32006 R 1543: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 tat-12 ta' Ottubru 2006 (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 27),

—

32007 R 0235: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta' Marzu 2007 (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3),

—

32007 R 0787: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 787/2007 ta' l-4 ta' Lulju 2007 (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 10).”

2)

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat b'li ġej:

—

32005 R 2111: Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 473/2006, (KE) Nru 474/2006, (KE) Nru 910/2006, (KE) Nru 1543/2006, (KE) Nru 235/2007 u (KE) Nru 787/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Ottubru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Ottubru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 47, 21.2.2008, p. 47.

(2)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(3)   ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.

(4)   ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14.

(5)   ĠU L 168, 21.6.2006, p. 16.

(6)   ĠU L 283, 14.10.2006, p. 27.

(7)   ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3.

(8)   ĠU L 175, 5.7.2007, p. 10.

(*1)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.