<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑151/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0151</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:537">EU:C:2017:537</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20170713">13.7.2017</DATE> – KAWŻA C 151/16</P><P>VAKARŲ BALTIJOS LAIVŲ STATYKLA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/96/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u fuq l-elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant jew kombustibbli għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-Unjoni Ewropea u għall-produzzjoni tal-elettriku abbord dgħajjes</KEYWORD><KEYWORD>Karburant użat minn bastiment sabiex ibaħħar mill-post fejn inbena għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex jimbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑151/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (qorti amministrattiva suprema, il-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160308">8 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160314">14 ta’ Marzu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Vakarų Baltijos laivų statykla<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> UAB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, E. Regan, A. Arabadjiev, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas, K. Dieninis u R. Dzikovič kif ukoll minn D. Stepanienė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Steiblytė u F. Tomat, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Vakarų Baltijos laivų statykla<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> UAB u l-Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (spettorat nazzjonali tat-taxxa fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ispettorat nazzjonali tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar deċiżjoni li tirrifjuta r-rimbors tad-dazji tas-sisa.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3 sa 5 tad-Direttiva 2003/96 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(3)</NO.P><TXT>Il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern u s-seħħ ta’ għanijiet ta’ politiki oħra tal-Kommunità jinħtieġu livelli minimi ta’ tassazzjoni li jkunu stabbiliti fuq livell Kommunitarju għall-bosta mill-prodotti tal-enerġija, u jinkludu l-elettriku, gass naturali u faħam.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Differenzi sostanzjali dwar livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija minn Stati Membri tista’ tkun ta’ detriment għall-funzjonament kif suppost tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-istabbilament ta’ livelli minimi u approprijati ta’ tassazzjoni mill-Kommunità tista’ tnaqqas differenzi eżistenti ta’ tassazzjoni fil-livell nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Stati Membri għandhom jimponu tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku skond din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Barra d-disposizzjonijiet ġenerali kif imniżżla f<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>Direttiva [tal-Kunsill] 92/12/KEE [tal-<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE>, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179)] fuq użijiet eżenti ta’ prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għall-disposizzjonijiet oħra tal-Komunità, Stati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b’kondizzjonijiet li huma għandhom jagħmlu biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dawn l-eżenzjonijiet u biex jimpedixxu l-evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>prodotti ta’ enerġija forniti għall-użu ta’ karburant għall-skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra ġewwa l-Komunità (tinkludi s-sajd), barra minn dgħajjes għall-użu privat jew għall-divertiment, u elettriku magħmul abbord xi dgħajsa.</TXT><?PAGE NO="3"?><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>dgħajsa għall-użu privat jew għall-divertiment’ għandha tfisser kull dgħajsa użata mis-sid tagħha jew il-persuna naturali jew ġuridika li tgawdi mill-użu tagħha permezz ta’ kiri jew mezzi oħra, għall-skopijiet oħra mhux kummerċjali u b’mod partikolari dak li ma għandux jaqsam ma’ ġarr ta’ passiġġieri jew oġġetti jew fornitura ta’ servizzi bil-ħlas jew għall-iskopijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Litwan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 43(1) tal-Akcizų įstatymas (liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar is-sisa), fil-verżjoni applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>liġi dwar is-sisa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), jittrasponi fid-dritt Litwan l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43(2) tal-liġi dwar is-sisa, l-istabbiliment tar-regoli ta’ applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni għandu jsir mill-Gvern jew minn awtorità awtorizzata minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, il-Gvern Litwan approva regoli li jirregolaw il-provvista ta’ riżervi għad-dgħajjes u l-inġenji tal-ajru kif ukoll il-karburanti intiżi għall-manifattura, għat-tiswija, għall-ittestjar u għall-funzjonament u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-punt 3 ta’ dawn ir-regoli, persuna li tkun qed tipprovdi lill-bastiment bil-karburant għandha tkun fil-pussess ta’ liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-punt 10 tal-imsemmija regoli jipprevedi li persuna li tkun applikat il-punt 2 tal-Artikolu 43(1) tal-liġi dwar is-sisa għandha tkun fil-pussess tad-dokumentazzjoni li tipprova li l-iskop tal-provvista huwa tali li jirrendiha eliġibbli għal talba għal eżenzjoni mid-dazji tas-sisa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Vakarų Baltijos laivų statykla<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> hija impriża litwana li teżerċita b’mod partikolari attivita ta’ bini ta’ bastimenti intiżi jbaħħru f’ibħra fil-miftuħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20091007">7 ta’ Ottubru 2009</DATE>, din l-impriża kkonkludiet kuntratt għall-bini ta’ bastiment għall-ġarr ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>bastiment inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) għal kumpannija Estonjana (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>klijent<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, l-imsemmija impriża xtrat <FT TYPE="NUMBER">80600</FT> litru ta’ karburant, li nxteħet direttament fit-tankijiet tal-bastiment inkwistjoni u ħallas id-dazji tas-sisa relatati ma’ dan il-karburant. Parti minn dan il-karburant intuża sabiex saru xi testijiet fuq dan il-vapur qabel ma ġie kkunsinnat lill-klijent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ dikjarazzjoni uffiċjali ta’ trasferiment u ta’ aċċettazzjoni tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Vakarų Baltijos laivų statykla<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> ittrasferixxiet lill-klijent il-proprjetà kif ukoll id-drittijiet u l-interessi kollha fuq il-bastiment inkwistjoni, kif ukoll it-tgħamir u r-riżervi preżenti abbord tiegħu, fosthom it-73 030 litru ta’ karburant li ma ntużax waqt it-testijiet li saru qabel il-kunsinna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li irċieva dan il-bastiment, il-klijent ħejja sabiex dan ibaħħar, mingħajr merkanzija, mill-port ta’ Klaipėda (il-Litwanja) għal dak ta’ Stralsund (il-Ġermanja), fejn imbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu, li sussegwentement ittrasporta bi ħlas għall-port ta’ Santander (Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Vakarų Baltijos laivų statykla<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> talbet lill-ispettorat nazzjonali tat-taxxa r-rimbors tad-dazji tas-sisa relatati mal-karburant mixħut fit-tankijiet tal-bastiment inkwistjoni u esportat mill-klijent barra mit-territorju Litwan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130821">21 ta’ Awwissu 2013</DATE>, l-ispettorat nazzjonali tat-taxxa ċaħad din it-talba minħabba li, fil-mument tal-kunsinna tal-karburant inkwistjoni lill-klijent, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Vakarų Baltijos laivų statykla<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ma kinitx imliet id-dokumenti tal-kontabbiltà biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ forma proċedurali u sostantivi previsti mid-dritt nazzjonali u ma kinitx fil-pussess ta’ liċenzja, maħruġa skont il-proċedura applikabbli, li kienet tippermettilha tagħmel il-provvista tal-karburant lill-bastimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Adit b’rikors kontra din id-deċiżjoni, il-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės (kumitat dwar it-tilwim fuq it-taxxa fi ħdan il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja, annulla, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, id-deċiżjoni li tirrifjuta r-rimbors tad-dazji tas-sisa tal-ispettorat nazzjonali tat-taxxa fuq il-bażi, essenzjalment, li dan ir-rifjut kien ibbażat fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ispettorat nazzjonali tat-taxxa ppreżenta rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE> quddiem il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (qorti amministrattiva reġjonali ta’ Vilnius, il-Litwanja) li, permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, laqgħat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Vakarų Baltijos laivų statykla<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> appellat quddiem il-qorti tar-rinviju bl-għan li tiġi annullata din is-sentenza u tinżamm l-imsemmija deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (qorti amministrattiva suprema, il-Litwanja) ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96/KE, għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li d-dazji tas-sisa ma jistgħux jinġabru fuq il-[provvista] ta’ prodotti ta’ enerġija f’ċirkustanzi fejn, bħal f’dan il-każ, dawn il-prodotti huma pprovduti bħala karburant lil bastiment sabiex jintużaw għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-[Unjoni Ewropea] bil-għan, li ma jinvolvix remunerazzjoni diretta, li dan il-bastiment ibaħħar bil-mezzi tiegħu stess mill-post fejn ġie mibni għal port fi Stat Membru ieħor sabiex jimbarka l-ewwel merkanzija kummerċjali tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 jipprekludi dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, bħal dawk applikabbli f’dan il-każ, li jipprekludu l-benefiċċju tal-eżenzjoni fiskali previst f’din id-dispożizzjoni fil-każ fejn il-[provvista] tal-prodotti ta’ enerġija sar bi ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru, anki jekk [din il-provvista t]issodisfa l-kundizzjonijiet essenzjali għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2003/96?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni hija applikabbli għall-karburant użat sabiex bastiment ibaħħar, mingħajr merkanzija, minn port ta’ Stat Membru, f’dan il-każ dak ta’ fejn inbena, għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk jimbarka l-merkanzija li għandha sussegwentement tiġi ttrasportata għal port tat-tielet Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-premessi 3 sa 5 tad-Direttiva 2003/96, din għandha l-għan li tippromwovi l-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tarmonizza l-livelli minimi ta’ tassazzjoni tal-prodotti ta’ enerġija fuq il-livell tal-Union sabiex titnaqqas id-differenza bejn il-livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni tal-enerġija applikati mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Gustizzja, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-eżenzjonijiet previsti mid-Direttiva 2003/96 għandhom jingħataw interpretazzjoni awtonoma, ibbażata fuq kliemhom u fuq l-għanijiet imfittxija mill-imsemmija direttiva (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Systeme Helmholz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑79/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:797">EU:C:2011:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Haltergemeinschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑250/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:862">EU:C:2011:862</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mill-kliem tal-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 jirriżulta li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni hija suġġetta għall-fatt li l-prodotti ta’ enerġija jintużaw bħala karburant għal skopijiet ta’ navigazzjoni fl-ibħra tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sea Fighter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑505/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:725">EU:C:2011:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Haltergemeinschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑250/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:862">EU:C:2011:862</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>navigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> msemmi fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Gustizzja jirriżulta li kull operazzjoni ta’ navigazzjoni għall-finijiet kummerċjali tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, u dan indipendentement mill-għan ta’ din in-navigazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche See-Bestattungs-Genossenschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:214">EU:C:2004:214</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Jan De Nul</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:126">EU:C:2007:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sea Fighter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑505/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:725">EU:C:2011:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-għan tal-vjaġġ imwettaq minn bastiment fl-ibħra tal-Unjoni huwa irrilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni sakemm din tkun navigazzjoni li tinkludi provvista ta’ servizzi bi ħlas (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Jan De Nul</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:126">EU:C:2007:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sea Fighter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑505/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:725">EU:C:2011:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-imsemmi kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>navigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jeħtieġ li l-provvista ta’ servizzi bi ħlas tkun inerenti għall-vjaġġ tal-bastiment (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Jan De Nul</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:126">EU:C:2007:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sea Fighter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑505/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:725">EU:C:2011:725</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>dak li ma għandux jaqsam ma ġarr ta’ passiġġieri jew oġġetti jew fornitura ta’ servizzi bil-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> użata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96, jirriżulta li n-navigazzjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’dan l-Artikolu 14(1)(ċ) tirreferi għal użu fil-każ fejn dgħajsa sservi diretament għall-provvista ta’ servizzi bi ħlas (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Systeme Helmholz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑79/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:797">EU:C:2011:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Konsegwentement, operazzjonijiet ta’ navigazzjoni li ma jservux direttament għall-provvista ta’ servizz bi ħlas ma jistgħux jiġu assimilati mal-użu ta’ dgħajsa għal finijiet kummerċjali fis-sens u għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u, għaldaqstant, ma jaqgħux taħt l-imsemmija eżenzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Systeme Helmholz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑79/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:797">EU:C:2011:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ibħra [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> imsemmija fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96, huwa jirreferi għall-ibħra kollha tali li fihom jistgħu ibaħħru l-bastimenti marittimi kollha, inklużi dawk li għandhom l-ikbar kapaċità, li jistgħu jgħaddu minn passaġġi marittimi għal finijiet kummerċjali (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Jan De Nul</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:126">EU:C:2007:126</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-iskop tad-Direttiva 2003/96, li tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jintaxxaw il-prodotti ta’ enerġija, jirriżulta li din ma hijiex intiża tistabbilixxi eżenzjonijiet ta’ natura ġenerali (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Systeme Helmholz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑79/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:797">EU:C:2011:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Haltergemeinschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑250/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:862">EU:C:2011:862</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(ċ) ta’ din id-direttiva għandha l-għan li tiffaċilita l-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, b’mod partikolari il-moviment tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jistgħu jseħħu fl-ibħra tal-Unjoni. Permezz ta’ din l-eżenzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jippromwovi l-ugwaljanza ta’ ċerti kundizzjonijiet fiskali li taħthom joperaw l-impriżi tat-trasport jew ta’ servizzi oħra li jużaw l-ibħra msemmija (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070301">1 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Jan De Nul</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:126">EU:C:2007:126</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, mill-premessa 23 tad-Direttiva 2003/96 jirriżulta li l-imsemmija eżenzjoni tibbaża fuq l-osservanza tal-obbligi internazzjonali eżistenti u fuq iż-żamma tal-pożizzjoni kompetittiva tal-impriżi tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Systeme Helmholz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑79/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:797">EU:C:2011:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kawża prinċipali għandu, minn naħa, jiġi rrilevat li l-vjaġġ tal-bastiment mill-port ta’ Klaipėda għal dak ta’ Stralsund kien jikkostitwixxi l-ewwel pass neċessarju u indispensabbli ta’ navigazzjoni għal finijiet kummerċjali, peress li l-uniku għan ta’ dan il-vjaġġ kien sabiex tingħabba l-merkanzija f’dan il-port tal-aħħar għat-trasportazzjoni ssussegwenti tagħha għall-port ta’ Santander, u li, mingħajr l-imsemmi vjaġġ, dan is-servizz ta’ trasport tal-merkanzija ma setgħax jiġi pprovdut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, vjaġġ bħal dak imsemmi fil-punt preċedent għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi operazzjoni ta’ navigazzjoni li sservi direttament għall-provvista ta’ servizz bi ħlas, f’dan il-każ operazzjoni ta’ trasport ta’ merkanzija, b’tali mod li l-karburant użat sabiex jippermetti lill-bastiment jagħmel dan il-vjaġġ intuża għal skopijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>navigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Interpretazzjoni kontrarja tmur kontra l-għan u l-iskop imfittxija minn din id-direttiva, peress li t-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’, b’mod partikolari, tikkawża ħsara lill-funzjonament it-tajjeb tas-suq intern u liż-żamma tal-pożizzjoni kompetittiva tal-impriżi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn naħa, il-karburant inkwistjoni fil-kawża prinċipali intuża għal navigazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>fl-ibħra [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li ppermetta lil bastiment marittimu jbaħħar minn port fil-Litwanja għal port fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, operazzjoni ta’ navigazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>navigazzjoni fl-ibħra [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-karburant użat sabiex bastiment ibaħħar, mingħajr merkanzija, minn port ta’ Stat Membru, f’dan il-każ dak ta’ fejn dan il-bastiment inbena, għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex hemm jimbarka merkanzija qabel ma sussegwentement tiġi ttrasportata għal port tat-tielet Stat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni minħabba li l-provvista ta’ prodotti ta’ enerġija lil bastiment twettqet mingħajr ma ġew osservati r-rekwiżiti proċedurali previsti minn din il-leġiżlazzjoni, minkejja li din il-provvista hija konformi mal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kollha previsti fl-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li kemm l-istruttura ġenerali kif ukoll l-iskop tad-Direttiva 2003/96 huma bbażati fuq il-prinċipju li l-prodotti ta’ enerġija huma ntaxxati skont l-użu reali tagħhom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>ROZ-ŚWIT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:400">EU:C:2016:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Sa fejn id-Direttiva 2003/96 ma tipprevedix mekkaniżmu ta’ kontroll tal-użu tal-karburant jew tal-kombustibbli intiż għal skopijiet ta’ navigazzjoni u lanqas miżuri intiżi għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali marbuta mal-bejgħ tal-karburant jew tal-kombustibbli, huma l-Istati Membri li għandhom jipprevedu tali mekkaniżmi u tali miżuri fid-dritt nazzjonali tagħhom, b’rispett tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll għandhom jiffissaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>ROZ-ŚWIT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:400">EU:C:2016:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Polihim-SS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑355/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:403">EU:C:2016:403</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li n-natura inkundizzjonata ta’ obbligu ta’ eżenzjoni b’ebda mod ma tista’ tiġi mminata mill-marġini ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri minn kliem introduttorju, bħal dak li jinsab fl-imsemmi Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/96, li jipprovdi li l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw mill-imsemmija Stati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>b’kondizzjonijiet li huma għandhom jagħmlu biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dawn l-eżenzjonijiet u biex jimpedixxu l-evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Flughafen Köln/Bonn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑226/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:429">EU:C:2008:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, fl-eżerċizzju tas-setgħa li huma għandhom sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/96, l-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipji ġenerali tad-dritt li jifformaw parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, li fosthom jinsab, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ proporzjonalità (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Polihim-SS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑355/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:403">EU:C:2016:403</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rifjut tal-awtoritajiet nazzjonali li jeżentaw mid-dazju tas-sisa prodotti ta’ enerġija, minħabba s-sempliċi fatt li ċerti kundizzjonijiet li kellhom jiġu ssodisfatti skont id-dritt nazzjonali sabiex tinkiseb din l-eżenzjoni ma ġewx issodisfatti, mingħajr ma jiġi vverifikat, abbażi tal-provi prodotti, jekk ir-rekwiżiti sostantivi meħtieġa sabiex dawn il-prodotti ta’ enerġija jintużaw għal finijiet li jagħtu dritt għal eżenzjoni humiex issodisfatti, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ dawn l-eżenzjonijiet kif ukoll sabiex jiġu pprojbiti l-frodi, l-evażjoni jew l-abbużi (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Polihim-SS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑355/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:403">EU:C:2016:403</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għall-kundizzjoni li l-fornitur ta’ karburant ikkonċernat ikun fil-pussess ta’ liċenzja għall-provvista tal-karburant lil bastimenti u li jkun issodisfa ċerti formalitajiet, tmur kontra l-istruttura ġenerali u l-iskop ta’ din id-direttiva, peress li hija tissuġġetta d-dritt għal din l-eżenzjoni għal li jkunu ssodisfatti r-rekwiżiti formali mingħajr rabta mal-użu reali tal-prodotti ta’ enerġija kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali kundizzjonijiet bla ebda mod ma jidhru neċessarji sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ din l-eżenzjoni kif ukoll sabiex jimpedixxu l-frodi, l-evażjoni jew l-abbuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li l-prodotti ta’ enerġija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ntużaw għal finijiet oħra li ma humiex dawk previsti fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 jew li ġew ipprovduti bl-għan li jkun hemm benefiċċju frodulenti jew abbużiv mill-imsemmija eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Bil-kontra, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, dawn il-prodotti ta’ enerġija intużaw għal skopijiet ta’ navigazzjoni bejn portijiet marittimi ta’ Stati Membri tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant, leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għal li jiġu ssodisfatti rekwiżiti formali mingħajr rabta mal-użu reali tal-prodotti ta’ enerġija kkonċernati kif ukoll lanqas mal-kundizzjonijiet sostantivi meħtieġa f’din id-dispożizzjoni, timmina n-natura inkondizzjonata tal-obbligu ta’ eżenzjoni previst fl-imsemmija dispożizzjoni u tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l‑Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni minħabba li l-provvista ta’ prodotti ta’ enerġija lil bastiment twettqet mingħajr ma ġew issodisfatti r-rekwiżiti formali previsti minn din il-leġiżlazzjoni, minkejja li din il-provvista hija konformi mal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kollha previsti fl-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas‑<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-karburant użat sabiex bastiment ibaħħar, mingħajr merkanzija, minn port ta’ Stat Membru, f’dan il-każ dak ta’ fejn dan il-bastiment inbena, għal port ta’ Stat Membru ieħor sabiex hemm jimbarka merkanzija qabel ma sussegwentement tiġi ttrasportata għal port tat-tielet Stat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni minħabba li l-provvista ta’ prodotti ta’ enerġija lil bastiment twettqet mingħajr ma ġew issodisfatti r-rekwiżiti formali previsti minn din il-leġiżlazzjoni, minkejja li din il-provvista hija konformi mal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni kollha previsti fl-imsemmija dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>