|
23.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/661
tal-20 ta’ April 2021
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/87 (ATALANTA/3/2021)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE”). |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Jannar 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/87 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Eugenio DÍAZ DEL RÍO bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mid-19 ta’ Frar 2021. |
|
(3) |
L-Awtoritajiet Militari Spanjoli pproponew li l-Viċi Ammirall José M. NÚŇEZ TORRENTE jieħu post il-Viċi Ammirall Eugenio DÍAZ DEL RÍO bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(4) |
Fil-25 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa n-nomina tal-Viċi Ammirall José M. NÚŇEZ TORRENTE bħala l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mill-21 ta’ April 2021. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/87 titħassar. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall José M. NÚŇEZ TORRENTE huwa b’dan maħtur bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja, mill-21 ta’ April 2021.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/87 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-21 ta’ April 2021.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2021.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/87 tas-26 ta’ Jannar 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1613 (ATALANTA/1/2021) (ĠU L 30, 28.1.2021, p. 4).