<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑245/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0245</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:442">EU:C:2015:442</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C‑245/14</P><P>THOMAS COOK BELGIUM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑245/14</P><P>Thomas Cook Belgium NV</P><P>vs</P><P>Thurner Hotel GmbH</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni fil-qasam ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1896/2006</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20(2)</KEYWORD><KEYWORD>Reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea wara li jkun skada t-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni falza jew ineżatta</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti li ħarġet l-ordni ta’ ħlas Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ċirkostanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tiddeċidi, prattikament għall-ewwel darba fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ċirkostanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> li jinsab fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="399" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 399, p. 1</REF.DOC.OJ>). Fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Novontech-Zala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑324/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:205">EU:C:2013:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu sabiex titressaq dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea minħabba nuqqas tar-rappreżentant tal-konvenut ma jiġġustifikax reviżjoni ta’ din l-ordni ta’ ħlas, u għalhekk tali nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ma jistax jiġi kklassifikat bħala ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006. Fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>eco cosmetics u Raiffeisenbank St. Georgen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑119/13 u C‑120/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2144">EU:C:2014:2144</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-proċedura tal-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament ma tapplikax meta ordni ta’ ħlas Ewropea ma tkunx ġiet innotifikata b’mod li jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>. B’mod partikolari, il-kwistjoni hija ta’ jekk, fil-qafas tal-proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas, in-nuqqas potenzjali ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti li toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea minħabba l-eżistenza possibbli ta’ klawżola għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni miftiehma bejn il-partijiet u mhux imsemmija fl-applikazzjoni tal-ordni, jiġġustifikax li r-reviżjoni tagħha titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> meta d-debitur, apparentement, kellu l-opportunità li jagħmel oppożizzjoni għal din l-ordni fit-terminu previst u ma għamilx dan.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-qafas ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-premessa 25 tar-Regolament Nru 1896/2006 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien [it-terminu] għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, f’ċerti każijiet eċċezzjonali l-konvenut għandu jkun intitolat japplika għal reviżjoni ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea. Ir-reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali m’għandux ifisser li l-konvenut ikun qed jingħata opportunità oħra biex jopponi t-talba. Matul il-proċedura ta’ reviżjoni l-merti tat-talba m’għandhomx jiġu valutati lil hinn mir-raġunijiet li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali invokati mill-konvenut. Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali l-oħra jistgħu jinkludu sitwazzjoni fejn l-ordni ta’ ħlas Ewropea kienet ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija fil-formola ta’ l-applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konvenut jista’ jressaq dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas Ewropea mal-qorti ta’ oriġini bl-użu tal-formola standard F kif stabbilit fl-Anness VI, li għandha tiġi fornuta lilu flimkien ma’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandha tintbagħat fi żmien 30 jum min-notifika ta’ l-ordni fuq il-konvenut.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konvenut għandu jindika fid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni li hu qed jikkontesta t-talba, mingħajr m’għandu għalfejn jispeċifika r-raġunijiet għal dan.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandha tiġi sottomessa fuq karta jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, inkluż il-forma elettronika, aċċettat mill-Istat Membru ta’ oriġini u disponibbli għall-qorti ta’ oriġini.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien [tat-terminu] stabbilit fl-Artikolu 16 (2), il-konvenut għandu jkun intitolat biex japplika għal reviżjoni ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta’ oriġini fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>l-ordni ta’ ħlas ġiet notifikata b’wieħed mill-metodi previsti fl-Artikolu 14, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>in-notifika ma ġietx effettwata fi żmien suffiċjenti li jippermettilu jipprepara għad-difiża tiegħu, mingħajr l-ebda nuqqas mill-parti tiegħu,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-konvenut ma tħalliex joġġezzjona għat-talba għal raġuni ta’ force majeure, jew minħabba ċirkostanzi straordinarji mingħajr l-ebda nuqqas min-naħa tiegħu,</TXT><P>sakemm fi kwalunkwe każ hu jaġixxi fil-pront.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 16 (2) il-konvenut għandu jkun intitolat ukoll biex japplika għal reviżjoni ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta’ oriġini fejn l-ordni ta’ ħlas tkun kjarament inħarġet ħażin, b’kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-qorti tirrifjuta l-applikazzjoni tal-konvenut abbażi li l-ebda mir-raġunijiet għal reviżjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma japplikaw, l-ordni ta’ ħlas Ewropea għandha tibqa’ fis-seħħ.</ALINEA><ALINEA>Jekk il-qorti tiddeċiedi li r-reviżjoni hi ġustifikata għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ordni ta’ ħlas Ewropea għandha tkun nulla u mingħajr effett.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT>, Thomas Cook Belgium NV (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Thomas Cook<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), hija aġenzija tal-ivvjaġġar stabbilita f’Ghent (il-Belġju) li toffri diversi servizzi fis-settur tat-turiżmu. Fit-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Thomas Cook iffirmat kuntratt ma’ Thurner Hotel GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Thurner Hotel<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), kumpannija Awstrijaka stabbilita f’Sölden (l-Awstrija), fejn kien hemm ftehim dwar il-kundizzjonijiet ġodda tal-kollaborazzjoni tagħhom għall-istaġun tas-sajf tal-2010. Sussegwentement, affaċċjata bin-nuqqas ta’ ħlas min-naħa ta’ Thomas Cook, Thurner Hotel — li kienet offriet akkomodazzjoni turistika f’Sölden taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi kuntratt — talbet lill-Bezirksgericht für Handelssachen Wien (l-Awstrija) toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea kontra l-aġenzija tal-ivvjaġġar Belġjana għal ammont ta’ iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">15000</FT>. Hija ġġustifikat il-ġurisdizzjoni ta’ dik il-qorti fuq il-fatt li l-post tat-twettiq tal-obbligi kienet l-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, ġiet innotifikata b’mod validu l-ordni ta’ ħlas Ewropea lil Thomas Cook. Din ma għamlet ebda oppożizzjoni fi żmien tletin jum kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1896/2006 peress li, kif tallega, kienet okkupata tagħmel riċerka fil-fajls tagħha biex taċċerta jekk l-ordni ta’ ħlas inkwistjoni kinitx fondata jew infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130925">25 ta’ Settembru 2013</DATE>, Thomas Cook talbet lill-Bezirksgericht für Handelssachen Wien għal reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006. Thomas Cook essenzjalment argumentat li din l-ordni kienet inħarġet minn qorti li ma kelliex ġurisdizzjoni, peress li l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt miftiehma bejn il-partijiet kienu jinkludu ftehim li jagħti ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ Ghent (il-Belġju). Fl-opinjoni tagħha, l-ordni ta’ ħlas Ewropea, li nħarġet ħażin, kellha tiġi ddikjarata nulla skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament Nru 1896/2006 peress li n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti li ħarġet l-ordni jikkostitwixxi kawża għal reviżjoni skont l-Artikolu 20(2) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni fit-<DATE ISO="20131028">28 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien ċaħdet it-talba għal reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea ppreżentata minn Thomas Cook. Thomas Cook appellat minn din iċ-ċaħda fit-terminu previst quddiem il-qorti nazzjonali tar-rinviju. Hija bbażat dan l-appell fuq il-premessa 25 tar-Regolament Nru 1896/2006, li espliċitament tikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens tal-Artikolu 20(2) tal-imsemmi regolament, il-fatt li t-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea kienet ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija fil-formola ta’ applikazzjoni. Fl-opinjoni tagħha, f’dan il-każ il-Bezirksgericht für Handelssachen Wien ma ddeċidietx jekk kinux il-qrati Awstrijaċi jew inkella l-qrati ta’ Ghent (il-Belġju) li kellhom ġurisdizzjoni skont it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali miftiehma bejn il-partijiet. Skont Thomas Cook, l-imsemmija qorti kellha tiddikjara li l-ordni ta’ ħlas Ewropea kienet inħarġet kjarament ħażin fis-sens tal-Artikolu 20(2) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-Handelsgericht Wien iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut jista’ wkoll jitlob reviżjoni mill-qorti tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, meta l-ordni ta’ ħlas ġiet effettivament innotifikata lilu, iżda li, fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-kompetenza [ġurisdizzjoni] stabbilita fil-formola ta’ applikazzjoni, hija qorti li ma għandhiex kompetenza li tkun ħarġet l-ordni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: il-fatt li l-ordni ta’ ħlas Ewropea kienet inħarġet fuq il-bażi ta’ informazzjoni li tinsab fil-formola ta’ applikazzjoni li tista’ sussegwentement tirriżulta li tkun falza, b’mod partikolari meta l-kompetenza [ġurisdizzjoni] ta’<?PAGE NO="4"?> qorti tiddependi minn dan, huwa biżżejjed sabiex jikkaratterizza ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006 skont il-premessa 25 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-<DATE ISO="20060207">7 ta’ Frar 2006</DATE>?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn Thurner Hotel, mill-Gvern Awstrijak, mill-Gvern Portugiż, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Gvern Ġermaniż. Thomas Cook ippreżentat l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha wara li skada t-terminu previst għal dan il-għan, u għalhekk dawn ma ġewx aċċettati. Waqt is-seduta miżmuma fuq talba ta’ Thomas Cook fis-<DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, il-Kummissjoni biss intervjeniet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sommarju tal-pożizzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Thurner Hotel tikkontesta fl-ewwel lok id-dikjarazzjonijiet ta’ Thomas Cook fil-proċedura <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT> dwar l-allegat nuqqas ta’ għarfien tagħha dwar in-nuqqas ta’ ħlas, minħabba l-fatt li ma rċevietx il-fatturi korrispondenti (jew, mill-inqas, ma rċevithomx fit-terminu previst), fatt li — skont Thomas Cook — ipprekludiha milli tressaq l-oppożizzjoni tagħha fil-ħin. Fit-tieni lok, hija tikkontesta wkoll il-fatt li l-partijiet kienu qablu li jagħtu ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ Ghent. Fi kwalunkwe każ, fit-talba tagħha bil-miktub għal ordni ta’ ħlas Ewropea indikat b’mod ċar li kienet qed tibbaża l-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha ġiet ippreżentata din it-talba fuq il-post tat-twettiq tal-obbligi kuntrattwali (skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001), b’tali mod li Thomas Cook setgħet tressaq oppożizzjoni f’terminu ta’ tletin jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Thurner Hotel tqis li d-dispożizzjoni inkwistjoni (l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006) għandha tiġi interpretata b’mod strett. Fil-fehma tagħha, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jinkiser jekk, permezz ta’ din id-dispożizzjoni, jiġi permess li jiġu invokati eċċezzjonijiet proċedurali li setgħu (u kellhom) jiġu invokati fit-terminu previst għall-oppożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak huwa favur interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, li jeskludi li ċirkustanza li setgħet ġiet invokata fl-oppożizzjoni mid-debitur titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, u din hija wkoll il-pożizzjoni tal-Gvern Ġermaniż. Skont il-Gvern Awstrijak, għandhom ikunu suġġetti għar-reviżjoni prevista fl-Artikolu 20(2) tal-imsemmi regolament biss dawk l-ordnijiet ta’ ħlas Ewropej li huma kjarament kontra l-liġi jew li huma miksuba b’mod frawdolenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Gvern Portugiż josserva li hemm żewġ każijiet fejn l-Artikolu 20(2) tal-imsemmi regolament jippermetti li tintalab reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea wara l-iskadenza tat-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni: l-ewwel, meta jkun evidenti li dik l-ordni tkun kjarament inħarġet ħażin, b’kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti fl-imsemmi regolament, fis-sens li, meta nħarġet din l-ordni, ma jkunux ġew osservati l-kundizzjonijiet tal-validità għall-ħruġ tagħha stipulati f’dan ir-regolament; u t-tieni, meta sseħħ kwalunkwe ċirkustanza eċċezzjonali oħra. Il-Gvern Portugiż jikkunsidra li l-għan tat-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni stabbilit fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1896/2006 huwa li tiġi kkontestata l-leġittimità jew il-validità tad-dejn li tiegħu qed jintalab il-ġbir meta l-ordni ta’ ħlas Ewropea tissodisfa r-rekwiżiti ta’ validità stabbilit fl-imsemmi regolament. B’kuntrast ma’ dan, l-għan tar-reviżjoni tal-Artikolu 20(2) tal-istess regolament huwa l-prevenzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ ħlas maħruġa bi ksur tar-regolament. Skont il-Gvern Portugiż, il-ħruġ tal-ordni minn qorti li ma għandiex ġurisdizzjoni jikser rekwiżit essenzjali ta’ validità u għandu jkun jista’ jiġi kkontestat f’perijodu itwal minn dak stabbilit fl-Artikolu 16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tipproponi li l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta pożittiva, fis-sens li, jekk l-ordni kienet effettivament inħarġet minn qorti li ma għandiex ġurisdizzjoni internazzjonali, l-ordni ta’ ħlas tkun inħarġet ħażin, fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Nru 1896/2006, li jagħti l-possibbiltà li tintalab ir-reviżjoni tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-regolament. It-tieni domanda preliminari għandha tingħata risposta billi jiġi eluċidat jekk l-ordni nħarġitx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kjarament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ħażin. Fil-każ<?PAGE NO="5"?> tal-ġurisdizzjoni internazzjonali, ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[evidenti]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fil-maġġoranza tal-każijiet jekk il-qorti li ħarġet l-ordni għandiex ġurisdizzjoni jew le. Barra minn dan, skont il-Kummissjoni, l-obbligu li l-qorti teżamina fi kwalunkwe każ b’mod eżawrjenti jekk għandiex ġurisdizzjoni jew le biex toħroġ ordni jmur kontra l-iskop tar-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tipproponi li l-portata tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006 tiġi limitata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, b’tali mod li kontestazzjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea wara li jinqabeż it-terminu previst tkun possibbli biss meta jinkisru d-dispożizzjonijiet li jagħtu ġurisdizzjoni internazzjonali mfassla partikolarment sabiex tiġi protetta l-parti l-iktar dgħajfa f’relazzjoni legali jew fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 (ġurisdizzjoni esklużiva), li jagħmel riferiment għall-Artikolu 45(1)(e)(ii) tiegħu. Ebda wieħed minn dawn il-każijiet ma jinkludi l-ksur potenzjali ta’ ftehim ta’ għoti ta’ ġurisdizzjoni bħal ma huwa l-ftehim li huwa l-bażi ta’ dan il-każ, u għalhekk ma jistax jintqal li l-ordni nħarġet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kjarament<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ħażin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Għalhekk jifdal li jiġi vverifikat, skont il-Kummissjoni, jekk jeżistux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ċirkostanzi eċċezzjonali oħra<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-kunċett jiġi interpretat b’mod strett, u jiġi limitat biss għal każijiet ta’ abbuż intenzjonali tal-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, li għandu jiġi ppruvat f’kull każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Fil-fehma tagħha, ma jidhirx li hemm din iċ-ċirkustanza fil-każ preżenti, fejn Thurner Hotel ibbażat il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-Bezirksgericht für Handelssachen Wien fuq il-post tat-twettiq tal-obbligi kuntrattwali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż iqis li mhux id-data kollha li tkun żbaljata jew falza fil-formola ta’ applikazzjoni tippermetti li din tal-aħħar tiġi kkontestata permezz tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006. Ir-reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea hija ġġustifikata biss meta, wara li jiġu evalwati l-interessi taż-żewġ partijiet, l-eżekuzzjoni tagħha tkun intollerabbli (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>unerträglich<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) għal waħda minnhom. Il-Gvern Ġermaniż jikkwota wkoll il-kawża Novontech-Zala<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑324/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:205">EU:C:2013:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, fir-rigward tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1896/2006, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward tat-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni ta’ tletin jum, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>meta, [...] il-qbiż tal-imsemmi terminu jkun dovut għal nuqqas ta’ diliġenza tar-rappreżentant tal-konvenut, tali sitwazzjoni, peress li [setgħet tiġi] faċilment evitata, ma tistax taqa’ taħt iċ-ċirkustanzi straordinarji jew eċċezzjonali fis-sens tal-[Artikolu 20(1)(b) u (2)]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Skont il-Gvern Ġermaniż, dan ir-raġunament għandu japplika wkoll biex ma titqiesx bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ċirkustanza li min jinvokaha seta’ faċilment evitaha. Barra minn hekk, ikun imur kontra l-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 1896/2006 (b’mod partikolari, dawk ta’ veloċità u tnaqqis tal-ispejjeż) li jiġi aċċettat li tista’ ssir reviżjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea li kontriha setgħet tiġi ppreżentata oppożizzjoni fit-terminu previst (oppożizzjoni li, barra minn hekk, ma teħtieġ ebda motivazzjoni skont l-Artikolu 16(3) tal-imsemmi regolament).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għall-Gvern Ġermaniż, il-fatt li l-applikant għal ordni ta’ ħlas Ewropea u l-parti l-oħra ma jaqblux dwar il-ġurisdizzjoni internazzjonali ma huwiex xi ħaġa assolutament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u, f’dan il-każ, Thomas Cook setgħet issostni mingħajr diffikultà n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti li ħarġet l-ordni billi għamlet oppożizzjoni. Fl-aħħar nett, il-Gvern Ġermaniż iqis li, fi kwalunkwe każ, għalkemm il-qorti li finalment ħarġet l-ordni ma kellhiex ġurisdizzjoni internazzjonali, din xorta hija qorti indipendenti u imparzjali ta’ Stat Membru u li ma hemm xejn x’jindika li d-deċiżjoni tagħha injorat jew kisret l-interessi ta’ Thomas Cook.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tagħmel żewġ domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Permezz tal-ewwel waħda, tistaqsi jekk permezz tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, ir-reviżjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea maħruġa minn qorti li ma għandiex ġurisdizzjoni tistax tintalab abbażi tal-informazzjoni dwar il-ġurisdizzjoni li tinsab fil-formola tat-talba; permezz tat-tieni waħda, (li ssir biss fl-eventwalità li l-ewwel waħda tingħata risposta pożittiva), tixtieq tkun taf jekk il-fatt li l-ordni tinħareġ fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatata mal-ġurisdizzjoni li sussegwentement tirriżulta li ma kinitx preċiża, jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, bi qbil mal-opinjoni tal-Gvern Ġermaniż fl-osservazzjonijiet tiegħu, iż-żewġ domandi jistgħu jingħaqdu f’domanda waħda, li tiġi fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, moqrija flimkien mal-premessa 25 tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li din l-ordni tkun inħarġet abbażi ta’ informazzjoni li tinsab fil-formola ta’ applikazzjoni li sussegwentement tirriżulta li hija ineżatta, b’mod partikolari meta l-ġurisdizzjoni tal-qorti tiddependi fuq din l-informazzjoni, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li tippermetti li l-konvenut li jkun ġie debitament innotifikat bl-ordni ta’ ħlas Ewropea jitlob ir-reviżjoni ġudizzjarja tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Eżami tad-domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien [tat-terminu] stabbilit fl-Artikolu 16(2) il-konvenut għandu jkun intitolat ukoll biex japplika għal reviżjoni ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta’ oriġini fejn l-ordni ta’ ħlas tkun kjarament inħarġet ħażin, b’kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali oħra<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, ċirkustanzi li, skont il-premessa 25 tal-imsemmi regolament, imsemmija espliċitament mill-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Fil-kliem tat-tieni domanda preliminari, il-Handelsgericht Wien tirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>premessa 25 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-7 ta’ Frar [2006].<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> Nemmen li qed tirreferi għall-Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20060207">7 ta’ Frar 2006</DATE>, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea [KUMM (2006) 57 finali], li introduċiet fit-test tagħha l-premessa 25 tar-regolament fis-seħħ bħalissa.</P></NOTE>, tista’ tinkludi l-fatt li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>l-ordni ta’ ħlas Ewropea kienet ibbażata fuq informazzjoni falza mogħtija fil-formola ta’ l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kemm ir-rekwiżit li jinsab fl-istess Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006 li jkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[evidenti]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li l-ordni tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kjarament inħarġet ħażin<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> kif ukoll l-indikazzjoni fil-premessa 25 li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>r-reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali m’għandux ifisser li l-konvenut ikun qed jingħata opportunità oħra biex jopponi t-talba<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fil-fehma tiegħi jsostnu l-argument li l-għażla ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>reviżjoni f’ċirkostanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għandha tkun suġġetta għal applikazzjoni stretta. Għalhekk, bħala prinċipju, naqbel mal-Gvern Ġermaniż li mhux kull informazzjoni falza jew mhux preċiża li tinsab fil-formola ta’ applikazzjoni tista’ tiġġustifika r-reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-konfigurazzjoni nnifisha tal-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, li tipprovdi lid-debitur b’mod ġenerali possibbiltà waħda biex jirreaġixxi għat-talba tal-kreditur — l-oppożizzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1896/2006 — li iżda, minħabba f’dan, hija suġġetta għal ftit rekwiżiti formali (għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni bil-miktub fi żmien tletin jum) u ebda rekwiżiti materjali (l-ebda motivazzjoni speċifika)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Bħala prinċipju, il-konsegwenza tal-oppożizzjoni hija, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1896/2006, li l-proċedura tkompli quddiem il-qrati kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini skont ir-regoli tal-proċedura ċivili regolari korrispondenti. Fil-qafas ta’ dik il-proċedura tista’ tiġi diskussa, pereżempju, il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali, b’mod partikolari, fir-rigward tal-każ preżenti, il-validità u l-effetti ta’ klawżola għall-għoti tal-ġurisdizzjoni miftiehma bejn il-partijiet.</P></NOTE>, topponi wkoll l-applikazzjoni ġeneruża ta’ metodu maħsub biss għal każijiet eċċezzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, inqis li l-Artikolu 20(2), flimkien mal-premessa 25 tal-imsemmi regolament, għandu jkun suġġett għal interpretazzjoni stretta, punt li jaqblu fuqu l-intervenjenti kollha li ssottomettew osservazzjonijiet, ħlief għall-Gvern Portugiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk ta’ dan il-każ dan ifisser li, f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fil-formola ta’ applikazzjoni, debitur (b’mod partikolari, fil-każ ta’ professjonista, bħal f’dan il-każ) ma għandux jingħata l-possibbiltà ta’ reviżjoni meta seta’ jevalwa diġà, meta eżamina l-ordni ta’ ħlas Ewropea nnotifikata b’mod validu, li l-informazzjoni li fuqha kienet ibbażata l-qorti li tkun ħarġitha (jiġifieri, l-informazzjoni pprovduta mill-applikant) kienet ineżatta, inkorretta jew falza. Fi kliem ieħor, naqbel ma’ Thurner Hotel u mal-Gvern Awstrijak li dik l-informazzjoni falza jew ineżatta li d-debitur seta’ jirreaġixxi kontriha permezz tal-oppożizzjoni ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li tiġġustifika r-reviżjoni tal-ordni. Fil-qosor, nemmen li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>informazzjoni falza<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> msemmija fil-premessa 25 tar-Regolament Nru 1896/2006 għandha tkun limitata għal dik il-falsità jew l-ineżattezza tagħha tiġi żvelata jew tista’ tiġi evalwata mid-debitur f’mument effettivament wara dan, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fl-Artikolu 16(2) tal-imsemmi regolament, punt li għandu f’kull każ jiġi kkunsidrat mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għalhekk, bħala konklużjoni provviżorja, nemmen li għandu jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li tippermetti li d-debitur jitlob ir-reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, il-fatt li din l-ordni hija bbażata fuq informazzjoni li tinsab fil-formola ta’ applikazzjoni li iktar tard, wara l-iskadenza tat-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni, irriżultat li kienet falza jew ineżatta, fatt li għandu jiġi pprovat mid-debitur f’kull każ. Fi kliem ieħor, jekk l-ordni tkun ibbażata fuq informazzjoni li tinsab fil-formola ta’ applikazzjoni li l-falsità jew l-ineżattezza tagħha setgħet tiġi żvelata mid-debitur fit-terminu previst fl-Artikolu 16(2) tal-imsemmi regolament sabiex jippreżenta oppożizzjoni, fatt li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti nazzjonali, ma jkunx hemm każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li tiġġustifika r-reviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, għar-raġunijiet li se nesponi iktar ’il quddiem, lanqas il-fatt li l-ġurisdizzjoni tal-qorti li toħroġ l-ordni tiddependi fuq l-informazzjoni falza jew ineżatta inkluża fil-formola ta’ applikazzjoni —li hija s-sitwazzjoni li tirreferi għaliha speċifikament il-Handelsgericht Wien — ma jwassal għal konklużjoni differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Kif huwa stipulat fil-premessa 16 tar-Regolament Nru 1896/2006, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>il-qorti għandha teżamina l-applikazzjoni [tal-ordni ta’ ħlas Ewropea], inkluż il-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni [...], abbażi ta’ l-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-eżami jsir minn qorti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Barra minn hekk, l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1896/2006 jipprevedi wkoll li dan l-eżami jista’ jieħu l-forma ta’ proċedura awtomatizzata.</P></NOTE>. Fost ir-rekwiżiti li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1896/2006, għandhom jiġu eżaminati, fuq il-bażi tal-formola korrispondenti, mill-qorti li quddiemha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea hemm il-ġurisdizzjoni internazzjonali (Artikolu 6 tal-imsemmi regolament). F’dan is-sens, min jeżamina l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea jillimita ruħu li jevalwa jekk il-kodiċi<?PAGE NO="8"?> numerika (minn possibbiltà ta’ tlettax) tal-kriterju tal-ġurisdizzjoni tal-qorti indikata mill-applikant fil-Formola A tal-Anness I għar-Regolament Nru 1896/2006 hijiex plawżibbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Speċifikament, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1896/2006 jipprevedi, f’dak li jirrigwarda dan il-każ (fejn ma hemm l-ebda konsumaturi involuti), li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata skond ir-regoli rilevanti tal-liġi Komunitarja, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 44/2001<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4 p. 42), ġie sostitwit mill-<DATE ISO="20150110">10 ta’ Jannar 2015</DATE>, bir-Regolament Nru 1215/2012, li ma kienx applikabbli fiż-żmien li fih seħħew il-fatti ta’ din il-kawża.</P></NOTE>, li għalih jagħmel riferiment għall-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1896/2006 fir-rigward ġurisdizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Fil-kliem Kormann, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>il-kredibilità tista tiġi eżaminata biss b’paragun mad-data dwar il-kreditu prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (J.M. Kormann, <HT TYPE="ITALIC">Das neue Europäische Mahnverfahren im Vergleich zu den Mahnverfahren in Deutschland und Österreich</HT>. Jena: Jenaer Wissenschaftliche Verlagsgesellschaft, 2007, p. 96).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta d-debitur jiġi nnotifikat dwar l-ordni ta’ ħlas Ewropea permezz tal-formola E tal-Anness V tar-Regolament Nru 1896/2006, huwa jiġi infurmat fl-ittra c), b’mod viżwalment prominenti, mhux biss li jista’ jippreżenta oppożizzjoni fi żmien tletin jum u tal-implikazzjonijiet tan-nuqqas li jagħmel dan, iżda wkoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>din l-ordni nħarġet biss abbażi tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta mir-rikorrent u ma kinitx ivverifikata mill-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għalhekk, f’dan il-każ, u peress li, skont il-qorti tar-rinviju, l-ordni ta’ ħlas ġiet validament innotifikata lil Thomas Cook, għandu jiġi kkunsidrat li l-kumpannija msemmija kienet taf minn mindu rċeviet in-notifika (il-mument fejn jibda jiddekorri t-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni) li din l-ordni kienet inħarġet biss abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Thurner Hotel fil-Formola A tal-Anness I tar-Regolament Nru 1896/2006. Konsegwentement, għalkemm f’dan il-każ ma huwiex stabbilit jekk Thomas Cook irċevietx effettivament kopja tal-imsemmija formola A, din il-kumpannija Belġjana setgħet tassumi li Thurner Hotel ma kinitx irrappurtat, fl-applikazzjoni tagħha, l-eżistenza ta’ klawżola għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni miftiehma bejn il-partijiet (peress li l-ordni nħarġet minn qorti Awstrijaka u mhux minn qorti ta’ Ghent) u li, bħala prinċipju, min għamel l-eżami abbażi tal-informazzjoni li kienet tinstab fil-formola ma kienx neċessarjament jaf bl-eżistenza ta’ din il-klawżola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Għandu jiġi nnotat li, skont l-Artikolu 7(2)(e) tar-Regolament Nru 1896/2006, l-applikant għall-ordni ta’ ħlas Ewropea għandu jipprovdi biss f’dan l-istadju <HT TYPE="ITALIC">deskrizzjoni</HT> tal-provi li jakkreditaw id-dejn b’tali mod li huwa iktar probabbli li, fil-ħin tat-twettiq tal-eżami msemmi fl-imsemmi Artikolu 8, il-qorti li quddiema titressaq it-talba lanqas ma jkollha l-kuntratt konkluż bejn il-partijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, inqis ukoll, fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 ġeneralment jappoġġja estensjoni taċita ta’ ġurisdizzjoni jekk il-konvenut jidher quddiem qorti li ma kinitx dik miftiehma inizjalment bejn il-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>L-Artikolu 24 tar-regolament imsemmi jipprevedi li, anki jekk ikun hemm klawżola għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni miftiehma bejn il-partijiet, ir-rikorrent jista’ jressaq it-talba tiegħu quddiem qorti differenti minn dik miftiehma u l-konvenut jista’ b’mod taċitu jaċċetta l-ġurisdizzjoni tal-imsemmija qorti billi jidher quddiemha, li jagħmel bla effett il-ftehim ta’ għoti tal-ġurisdizzjoni li seta’ ntlaħaq preċedentement (ħlief f’każijiet ta’ ġurisdizzjoni esklużiva skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001). F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat, speċifikament fir-rigward tal-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas Ewropea li ma tinkludix kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini ma tistax titqies bħala dehra, fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, anki fil-każ fejn il-konvenut għamel, fid-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, allegazzjonijiet dwar il-mertu tal-kawża (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Goldbet Sportwetten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:393">EU:C:2013:393</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, b’mod ġenerali dwar l-imsemmi Artikolu 24, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cartier parfums-lunettes u Axa Corporate Solutions assurances</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑1/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:109">EU:C:2014:109</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>, li ma għandux iktar jissejjaħ bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>informazzjoni falza<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-imsemmija premessa 25, il-fatt li l-applikant għall-ordni ta’ ħlas Ewoprea — fl-istennija li jara r-reazzjoni tad-debitur — jindika bħala kriterju għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni lill-qorti Awstrijaka l-post tat-twettiq tal-obbligi (l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>B’kont meħud ukoll tal-fatt li Thurner Hotel tikkontesta l-eżistenza tal-klawżola għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni li tirreferi għaliha Thomas Cook (ara l-paragrafi 2 u 3 tal-osservazzjonijiet ta’ Thurner Hotel).</P></NOTE>. Kif diġà ntqal mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>, kif emendata permezz tal-ftehimiet sussegwenti ta’ adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda f’din il-Konvenzjoni.</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ma kien hemm ebda raġuni marbuta mal-istruttura<?PAGE NO="9"?> ġenerali jew mal-għanijiet tal-imsemmi ftehim sabiex jiġi kkunsidrat li l-partijiet fi ftehim għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 17 [l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001] huma pprojbiti milli jissottomettu kawża b’mod volontarju f’qorti oħra differenti minn dik imsemmija fil-ftehim imsemmi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Elefanten Schuh</NAME.CASE>, <NO.CASE>150/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:148">EU:C:1981:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ČPP Vienna Insurance Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑111/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:290">EU:C:2010:290</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <HT TYPE="ITALIC">seq</HT>. Għandu jitfakkar ukoll f’dan il-punt li l-Artikolu 35(1) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jiċħadx ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni maħruġa mingħajr ma tkun ġiet irrispettata klawżola għall-għoti ta’ ġuridizzjoni miftiehma skont it-termini tal-Artikolu 23 tiegħu. Huwa jiċħad biss ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet mogħtija li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet fis-Sezzjoni 3 (ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni), 4 (ġurisdizzjoni f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi) u 6 (ġurisdizzjoni esklużiva) tal-Kapitolu II tal-imsemmi regolament, jew fil-każ previst fl-Artikolu 72 tiegħu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għandu jitqies ukoll li s-sempliċi eżistenza ta’ tali klawżola fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt miftiehma bejn il-partijiet ma timplikax li din tkun valida skont l-Artikolu 23 tal-imsemmi regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, f’dan ir-rigward, P. Mankowski, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Artikel 23 Brüssel I-VO<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, f’T. Rauscher (ed.): <HT TYPE="ITALIC">Europäisches Zivilprozess- und Kollisionsrecht - EuZPR / EuIPR</HT>. Múnich: Sellier, 2006, pp. 411 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., speċjalment il-punti 16 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. L-evalwazzjoni tal-validità formali tiegħu, fil-każ ta’ tilwima bejn il-partijiet, teħtieġ li l-qorti li quddiema titressaq il-kawża twettaq eżami li jkun iktar fil-fond minn dak li għandu jitwettaq abbażi tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1896/2006, anki jekk tkun ġiet informata bl-eżistenza ta’ tali klawżola fil-formola ta’ applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Għalhekk inqis li, fl-eventwalità li l-applikant għal ordni ta’ ħlas Ewropea jkollu xi dubju dwar il-validità jew l-effettività tal-klawżola tal-għoti ta’ ġurisdizzjoni li tinsab fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt, huwa ma jkunx obbligat li jinvokaha fuq il-formola fejn issir it-talba li tinħareġ l-ordni ta’ ħlas Ewropea, peress li dawn l-aspetti fl-ebda każ ma jistgħu jiġu diskussi fil-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nemmen li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biss il-fatt li l-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ibbażata fuq informazzjoni li tinsab fil-formola ta’ applikazzjoni li ġiet żvelata bħala falza jew ineżatta iktar tard, wara li jkun skada t-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni, anki meta l-ġurisdizzjoni tal-qorti tiddependi fuq din l-informazzjoni, b’mod partikolari, meta l-applikant ma jkunx iddikjara li kien hemm allegata klawżola għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni miftiehma bejn il-partijiet, li għandu jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> li tippermetti lid-debitur jitlob reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Konsegwentement, nemmen li r-risposta li għandha tingħata lid-domanda preliminari ppreżentata mill-Handelsgericht Wien għandha tkun li, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006, moqri flimkien mal-premessa 25 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi fatt li l-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun inħarġet taħt informazzjoni falza jew ineżatta li tinsab fil-formola tal-applikazzjoni, anki meta l-ġurisdizzjoni tal-qorti tiddependi fuq din l-informazzjoni — b’mod partikolari, meta l-applikant ma jkunx iddikjara li kien hemm allegata klawżola għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni miftiehma bejn il-partijiet —, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li tippermetti li l-konvenut li jkun ġie debitament infurmat dwar l-ordni ta’ ħlas Ewropea jitlob ir-reviżjoni ġudizzjarja tagħha, dan kollu bla ħsara għall-fatt li d-debitur ikun jista’ jipprova quddiem il-qorti nazzjonali li kien effettivament biss wara l-iskadenza tat-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni, stabbilit fl-Artikolu 16(2) tal-imsemmi regolament, li huwa seta’ jsir jaf bil-falsità jew bl-ineżattezza tal-informazzjoni inkluża fil-formola ta’ applikazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi magħmula mill-Handelsgericht Wien:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, moqri flimkien mal-premessa 25 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, is-sempliċi fatt li l-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun inħarġet taħt informazzjoni falza jew ineżatta fil-formola tal-applikazzjoni, anki meta l-ġurisprudenza tal-qorti tiddependi fuq din l-informazzjoni — b’mod partikolari, meta l-applikant ma jkunx iddikjara li kien hemm allegata klawżola għall-għoti ta’ ġurisdizzjoni miftiehma bejn il-partijiet —, ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>ċirkostanz[a] eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> li tippermetti li l-konvenut li jkun ġie debitament infurmat dwar l-ordni ta’ ħlas Ewropea jitlob ir-reviżjoni ġudizzjarja tagħha, dan kollu bla ħsara għall-fatt li d-debitur ikun jista’ jipprova quddiem il-qorti nazzjonali li kien effettivament biss wara l-iskadenza tat-terminu għat-tressiq ta’ oppożizzjoni, stabbilit fl-Artikolu 16(2) tal-imsemmi regolament, li huwa seta’ jsir jaf bil-falsità jew bl-ineżattezza tal-informazzjoni inkluża fil-formola ta’ applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>