Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.9014 — PKN Orlen/Grupa Lotos
Relatur: il-Belġju
(2021/C 196/03)
Tranżazzjoni
|
1.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
|
Dimensjoni tal-Unjoni
|
2.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
|
Suq tal-Prodotti
|
3.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti li ġejjin:
|
3.1.
|
fil-Polonja hemm suq wieħed tal-operaturi għall-forniment tad-diżil, il-petrol u l-LHO, mingħajr segmentazzjoni bejn il-bejgħ frank mir-raffinerija u dak bl-ingrossa;
|
|
3.2.
|
is-suq għall-forniment bl-ingrossa tal-karburanti jenħtieġ li jinqasam skont il-karburant (jiġifieri bejn id-diżil, il-petrol, l-LHO u l-karburant tal-ġettijiet);
|
|
3.3.
|
is-suq għall-forniment tal-karburant tal-ġettijiet jeskludi l-avgas, li jikkostitwixxi suq ta’ prodott separat mill-karburant tal-ġettijiet;
|
|
3.4.
|
is-suq għall-forniment tal-karburant tal-ġettijiet jenħtieġ li jkun segmentat bejn il-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet frank mir-raffinerija u l-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet abbord l-ajruplani;
|
|
3.5.
|
is-suq għall-forniment abbord l-ajruplani tal-karburant tal-ġettijiet jenħtieġ li jkun segmentat bejn il-forniment abbord l-ajruplani mill-fornituri u l-kummerċjanti minn naħa waħda, u r-rivendituri min-naħa l-oħra;
|
|
3.6.
|
hemm suq ġenerali għall-forniment bl-imnut ta’ karburanti (bejgħ fuq l-awtostrada li jikkostitwixxi segment) li jista’ jkompli jinqasam bejn il-bejgħ B2B u l-bejgħ B2C;
|
|
3.7.
|
jenħtieġ li għall-forniment ta’ kull tip differenti ta’ bitum ikun hemm distinzjoni fis-swieq, jiġifieri l-forniment ta’ bitum standard, il-forniment ta’ bitum modifikat u l-forniment ta’ bitum industrijali.
|
|
Is-swieq ġeografiċi
|
4.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti għall-forniment bl-ingrossa tad-diżil, il-petrol u l-LHO, jiġifieri li għandhom ambitu nazzjonali.
|
|
5.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti għall-forniment bl-imnut ta’ karburanti, jiġifieri li huma nazzjonali fl-ambitu b’elementi lokali.
|
|
6.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti għall-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet frank mir-raffinerija, jiġifieri li huma nazzjonali fl-ambitu rigward il-forniment lill-klijenti fil-Polonja u nazzjonali jew supranazzjonali li tinkludi żona li tkopri ċ-Ċekja, il-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija u l-Ġermanja tal-Lvant għall-forniment lill-klijenti fiċ-Ċekja.
|
|
7.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti tal-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet abbord l-ajruplani, jiġifieri li jinkludu l-ajruporti kollha.
|
|
8.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti għall-forniment ta’ bitum standard, il-forniment ta’ bitum modifikat u l-forniment ta’ bitum industrijali, jiġifieri li għandhom ambitu nazzjonali.
|
Valutazzjoni Kompetittiva
|
9.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti orizzontali mhux koordinati u/jew minħabba l-effetti mhux koordinati rigward is-swieq li ġejjin:
|
9.1.
|
is-swieq għall-forniment bl-ingrossa tad-diżil, il-petrol u l-LHO fil-Polonja;
|
|
9.2.
|
is-suq globali tal-bejgħ bl-imnut għall-forniment ta’ karburanti (u s-segment tal-awtostradi) u s-swieq tal-bejgħ bl-imnut għall-forniment ta’ karburanti lill-klijenti B2C u B2B fil-Polonja;
|
|
9.3.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment bl-ingrossa ta’ karburanti (upstream) fil-Polonja u għall-forniment bl-imnut ta’ karburanti (downstream) fil-Polonja;
|
|
9.4.
|
is-swieq għall-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet frank mir-raffinerija lill-klijenti fil-Polonja u fiċ-Ċekja;
|
|
9.5.
|
is-suq għall-forniment abbord l-ajruplani ta’ karburant tal-ġettijiet fl-ajruporti kollha fil-Polonja;
|
|
9.6.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet frank mir-raffinerija lill-klijenti fil-Polonja (upstream) u abbord l-ajruplani fl-ajruporti kollha fil-Polonja (downstream);
|
|
9.7.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment frank mir-raffinerija ta’ karburant tal-ġettijiet lill-klijenti fiċ-Ċekja (upstream) u abbord l-ajruplani fl-ajruport ta’ Praga (downstream);
|
|
9.8.
|
is-swieq għall-forniment ta’ bitum standard, modifikat u industrijali fil-Polonja.
|
|
|
10.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Partijiet:
|
10.1.
|
fis-suq għall-forniment ta’ HFO fil-Polonja (jew f’suq usa’);
|
|
10.2.
|
fis-suq għall-forniment ta’ servizzi ta’ ħasil tal-karozzi;
|
|
10.3.
|
il-forniment frank mir-raffinerija ta’ karburant tal-ġettijiet lill-klijenti fl-Estonja (jiġifieri l-aktar suq limitat plawsibbli);
|
|
10.4.
|
is-swieq għall-forniment tat-tipi differenti ta’ bitum barra mill-Polonja (1);
|
|
10.5.
|
is-suq għall-forniment ta’ żjut bażi tal-Grupp I fiż-ŻEE;
|
|
10.6.
|
is-suq għall-forniment ta’ lubrikanti industrijali u awtomobilistiċi minerali fil-Polonja;
|
|
10.7.
|
is-suq għas-servizzi tal-bunkering fil-Polonja;
|
|
10.8.
|
is-suq għall-forniment tal-isomerat fil-Polonja;
|
|
10.9.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment tal-isomerat (upstream) kif ukoll il-forniment tal-petrol bl-ingrossa (downstream);
|
|
10.10.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment ta’ servizzi tal-ħżin obbligatorji (upstream) u l-forniment bl-ingrossa tal-karburanti (downstream);
|
|
10.11.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment ta’ trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u s-servizzi ta’ trasport (upstream) kif ukoll il-forniment bl-ingrossa tal-karburanti u ta’ prodotti relatati mal karburanti (downstream);
|
|
10.12.
|
is-swieq upstream u downstream għall-esplorazzjoni u l-iżvilupp taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali (upstream) kif ukoll il-forniment bl-ingrossa tal-karburanti u ta’ prodotti relatati mal karburanti (downstream);
|
|
10.13.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment taż-żejt kombustibili tqil (Heavy Fuel Oil, HFO) fil-Polonja (upstream) u għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana (dowstream);
|
|
10.14.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment tal-isomerat (upstream) u s-slack wax (upstream) kif ukoll il-forniment tax-xama’ tal-paraffina (downstream);
|
|
10.15.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment taż-żjut bażi tal-Grupp I (upstream) u lubrikanti (downstream) fil-Polonja;
|
|
10.16.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment taż-żejt kombustibili tqil (Heavy Fuel Oil, HFO) (upstream) u l-forniment ta’ servizzi tal-bunkering (downstream);
|
|
10.17.
|
is-swieq upstream u downstream għall-forniment ta’ żejt tal-gass marin frank mir-raffinerija (upstream) u l-forniment ta’ servizzi tal-bunkering (downstream).
|
|
Impenji
|
11.
|
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji Finali jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tas-swieq għal:
|
11.1.
|
il-forniment bl-ingrossa ta’ diżil, petrol u LHO fil-Polonja; (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.2.
|
il-forniment bl-imnut ta’ karburanti fil-Polonja (u s-segment tal-awtostradi); (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.3.
|
il-forniment bl-imnut ta’ karburanti lil klijenti B2C u B2B fil-Polonja; (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.4.
|
il-forniment bl-imnut ta’ karburanti fil-Polonja (upstream) u l-forniment bl-imnut ta’ karburanti fil-Polonja (downstream); (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.5.
|
il-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet frank mir-raffinerija lill-klijenti fil-Polonja; (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.6.
|
il-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet frank mir-raffinerija lill-klijenti fiċ-Ċekja; (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.7.
|
il-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet abbord l-ajruplani fl-ajruporti kollha fil-Polonja; (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.8
|
.il-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet frank mir-raffinerija lill-klijenti fil-Polonja (upstream) u l-forniment abbord l-ajruplani fl-ajruporti kollha fil-Polonja (downstream); (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.9.
|
il-forniment ta’ karburant tal-ġettijiet frank mir-raffinerija lill-klijenti fiċ-Ċekja (upstream) u l-forniment abbord l-ajruplani fl-ajruport ta’ Parga (downstream); (Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
11.10.
|
is-swieq għall-forniment ta’ bitum standard, modifikat u industrijali fil-Polonja. (Għaxar Stati Membri vvutaw favur. Stat Membru wieħed astjena. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.)
|
|
|
12.
|
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-Impenji Finali, it-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew xi parti sostanzjali minnu. Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.
|
Kompatibilità mas-Suq Intern
|
13.
|
Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. Disa’ Stati Membri vvutaw favur. Żewġ Stati Membri astjenew. L-ebda Stat Membru ma vvota kontra.
|
(1) Is-swieq għall-forniment ta’ bitum standard fl-Awstrija, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, is-swieq għall-forniment ta’ bitum modifikat fil-Latvja u fil-Litwanja, u s-swieq għall-forniment ta’ bitum industrijali fl-Awstrija u fiċ-Ċekja.