30.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/1


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament tan-NU Nru 48 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl [2021/1718]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 07 – Data tad-dħul fis-seħħ: 30 ta’ Settembru 2021

KONTENUT

REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Speċifikazzjonijiet individwali

7.

Il-modifiki għal u l-estensjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura jew tal-installazzjoni ta’ apparati tagħha għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

12.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1

Komunikazzjoni

2

Arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

3

Eżempji ta’ superfiċji, assi u ċentri ta’ referenza tal-lampi, u ta’ angoli tal-viżibilità ġeometrika

4

Il-viżibilità ta’ lampa ħamra fuq quddiem u l-viżibilità ta’ lampa bajda fuq wara

5

L-istati tat-tagħbija li għandhom jitqiesu biex jiġu ddeterminati l-varjazzjonijiet fl-orjentazzjoni vertikali tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx

6

Kejl tal-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx bħala funzjoni tat-tagħbija

7

Indikazzjoni tal-inklinazzjoni ’l isfel tal-cut-off tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx imsemmi fil-paragrafu 6.2.6.1.1. u tal-inklinazzjoni ’l isfel tal-cut-off tal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar imsemmi fil-paragrafu 6.3.6.1.2. ta’ dan ir-Regolament

8

Il-kontrolli tal-apparati ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem imsemmija fil-paragrafu 6.2.6.2.2. ta’ dan ir-Regolament

9

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

10

Riżervat

11

Il-viżibilità tal-immarkar kospikwu fuq wara, fuq quddiem u mal-ġenb tal-vettura

12

Dawra ta’ test

13

Kundizzjonijiet ta’ swiċċjar awtomatiku tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx

14

Żona ta’ osservazzjoni lejn is-superfiċe apparenti tal-lampi tal-immanuvrar u tal-lampi tal-korteżija

15

Sistema gonjo(foto)metrika użata għall-kejl fotometriku kif definit fil-paragrafu 2.34. ta’ dan ir-Regolament

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategoriji M, N u għat-trejlers tagħhom (kategorija O) (1) fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Ġenerali

2.1.1.

Id-definizzjonijiet mogħtija f’dan ir-Regolament u s-serje ta’ emendi tiegħu li kienu fis-seħħ fil-mument tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għar-Regolamenti dwar l-Apparati għas-Sinjalar bid-Dawl (LSD), dwar l-Apparati għat-Tidwil tat-Triq (RID) u dwar l-Apparati Retroriflettivi (RRD).

2.1.2.

Ir-referenzi għas-sors(i) tad-dawl (étalon) standard għandhom jirreferu għar-Regolamenti Nri 37, 99 u 128 rispettivament, u għas-serje ta’ emendi tagħhom fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

2.1.3.

“Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tan-numru u l-mod ta’ installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

2.1.4.

“Apparat” tfisser element jew assemblaġġ ta’ elementi li jintuża biex titwettaq funzjoni waħda jew aktar.

2.1.4.1.

“Funzjoni tad-dawl” tfisser id-dawl emess mill-apparat sabiex idawwal it-triq u l-oġġetti fid-direzzjoni tal-moviment tal-vettura.

2.1.4.2.

“Funzjoni tas-sinjalar bid-dawl” tfisser id-dawl emess jew rifless minn apparat sabiex jagħti lill-utenti l-oħra tat-triq informazzjoni viżwali dwar il-preżenza, l-identifikazzjoni u/jew il-bidla fil-moviment tal-vettura.

2.1.5.

“Lampa” tfisser apparat maħsub biex jillumina t-triq jew biex jemetti sinjal bid-dawl lil utenti oħra tat-triq. Bl-istess mod, il-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u r-retrorifletturi għandhom jitqiesu bħala lampi wkoll. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, il-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ wara li jemettu d-dawl, is-sistema tat-tidwil tal-bieba tas-servizz skont id-dispożizzjonjiet tar-Regolament Nru 107 dwar il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 u l-indikatur tal-istatus estern kif definit f’dan ir-Regolament mhumiex meqjusa bħala lampi;

2.1.6.

“Indiċi tal-bidla” tfisser numru sekwenzjali, li jibda minn 0, speċifiku għal kull lampa (funzjoni) koperta mir-Regolamenti tan-NU Nru 148, Nru 149 u Nru 150. Jindika l-għadd ta’ drabi li s-serje l-ġdida ta’ emendi għar-Regolament tan-NU pertinenti (Nru 148, Nru 149 u Nru 150) introduċiet rekwiżiti ta’ strettezza ogħla għal din il-lampa (funzjoni).”

2.2.   Definizzjonijiet tat-tip

2.2.1.

“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl” tfisser vetturi li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali msemmija fil-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.4.

Dawn li ġejjin ukoll jitqiesu li mhumiex “vetturi ta’ tip differenti”: vetturi li huma differenti skont it-tifsira tal-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.4., iżda mhux b’tali mod li jimplika bidla fit-tip, fin-numru, fil-pożizzjonament u fil-viżibilità ġeometrika tal-lampi u fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx preskritti għat-tip ta’ vettura kkonċernat, u vetturi li fuqhom jiġu armati jew ma jkunx hemm lampi fakultattivi:

2.2.1.1.

Id-dimensjoni u l-forma esterna tal-vettura;

2.2.1.2.

In-numru u l-pożizzjonament tal-apparati;

2.2.1.3.

Is-sistema ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem;

2.2.1.4.

Is-sistema tas-sospensjoni.

2.3.   Vettura

2.3.1.

“Vettura mhux mgħobbija” tfisser vettura mingħajr sewwieq, ekwipaġġ, passiġġiera u tagħbija, iżda bi provvista sħiħa ta’ fjuwil, bi stepni u bl-għodod li jinġarru normalment.

2.3.2.

“Vettura mgħobbija” tfisser vettura mgħobbija sal-massa massima teknikament permissibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, li għandu wkoll jiffissa d-distribuzzjoni ta’ din il-massa bejn il-fusien skont il-metodu deskritt fl-Anness 5.

2.3.3.

“Tarf estrem ta’ barra” fuq kull naħa tal-vettura, tfisser il-pjan parrallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmiss it-tarf laterali ta’ barra tagħha, mingħajr ma titqies il-projezzjoni:

2.3.3.1.

Tat-tajers qrib il-punt ta’ kuntatt tagħhom mal-art, u tal-konnessjonjiet għall-gauges tal-pressjoni tat-tajers;

2.3.3.2.

Ta’ kwalunkwe apparat kontra ż-żliq immuntat fuq ir-roti;

2.3.3.3.

Ta’ apparati għall-viżjoni indiretta;

2.3.3.4.

Ta’ lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġnub, ta’ lampi li jindikaw it-tarf tal-vettura, ta’ lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara, ta’ lampi tal-ipparkjar, ta’ retrorifletturi u ta’ lampi li jimmarkaw il-ġnub.

2.3.3.5.

Ta’ siġilli doganali mwaħħla fuq il-vettura, u ta’ apparati għat-twaħħil u l-protezzjoni ta’ siġilli ta’ din ix-xorta.

2.3.3.6.

Ta’ sistemi tat-tidwil tal-bieba tas-servizz fuq il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 kif speċifikat fil-paragrafu 2.1.5.

2.3.4.

“Dimensjonijiet totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali definiti fil-paragrafu 2.3.3. ta’ hawn fuq.

2.3.4.1.

“Wisa’ totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali definiti fil-paragrafu 2.3.3. ta’ hawn fuq.

2.3.4.2.

“Tul totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmissu t-tarf ta’ barra tagħha fuq quddiem u wara, irrispettivament mill-projezzjoni:

(a)

Ta’ apparati għall-viżjoni indiretta;

(b)

Ta’ lampi li jindikaw it-tarf tal-vettura;

(c)

Ta’ apparati tal-agganċ, fil-każ ta’ vetturi motorizzati.

Għal trejlers fit-“tul totali” u fi kwalunkwe kejl fit-tul, iż-żbarra tal-irmonk għandha tiġi inkluża, ħlief meta tkun speċifikament eskluża.

2.3.5.

“Indikatur operatorju tal-funzjonament” tfisser sinjal viżwali jew tas-smigħ (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat ikun ġie MIXGĦUL u li qed jaħdem sew jew le.

2.3.6.

“Indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq” tfisser sinjal viżwali (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat ġie MIXGĦUL, imma li ma jindikax jekk hux qed jaħdem sew jew le.

2.3.7.

“Art” tfisser is-superfiċe li fuqu tinsab wieqfa l-vettura, li għandu jkun sostanzjalment orizzontali.

2.3.8.

“Komponenti li jiċċaqilqu” tal-vettura tfisser dawk il-panils tal-karozzerija jew partijiet oħra tal-vettura li l-pożizzjoni(jiet) tagħhom tista’/jistgħu titbiddel/jitbiddlu billi jiġu inklinati, jiddawru jew jiġu mżerżqa mingħajr ma jintużaw għodod. Ma jinkludux kabini tas-sewwieqa tat-trakkijiet li jistgħu jiġu inklinati.

2.3.9.

“Pożizzjoni normali ta’ użu ta’ komponent li jiċċaqlaq” tfisser il-pożizzjoni(jiet) ta’ komponent li jiċċaqlaq speċifikata/i mill-manifattur tal-vettura għall-kundizzjoni ta’ użu normali u għall-kundizzjoni tal-parking tal-vettura.

2.3.10.

“Kundizzjoni ta’ użu normali ta’ vettura” tfisser:

2.3.10.1.

Għal vettura motorizzata, meta l-vettura tkun lesta biex tiċċaqlaq bis-sistema tal-propulsjoni tagħha qed taħdem u bil-komponenti li jiċċaqilqu tagħha fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.3.9.;

2.3.10.2.

U għal trejler, meta t-trejler ikun konness ma’ vettura motorizzata li tiġbed fil-kundizzjonijiet kif preskritt fil-paragrafu 2.3.10.1. u bil-komponenti li jiċċaqilqu tagħha fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.3.9.

2.3.11.

“Kundizzjoni tal-parking ta’ vettura” tfisser:

2.3.11.1.

Għal vettura motorizzata, meta l-vettura tkun wieqfa u s-sistema tal-propulsjoni tagħha ma tkunx qed taħdem u l-komponenti li jiċċaqilqu tagħha jkunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.3.9.;

2.3.11.2.

U għal trejler, meta t-trejler ikun konness ma’ vettura motorizzata li tiġbed fil-kundizzjoni kif deskritt fil-paragrafu 2.3.11.1. u bil-komponenti li jiċċaqilqu tagħha fil-pożizzjoni(jiet) normali kif definit fil-paragrafu 2.3.9.

2.4.   Ġeneralitajiet dwar il-lampi

2.4.1.

“Lampi ekwivalenti” tfisser lampi li jkollhom l-istess funzjoni u li jkunu awtorizzati fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura; lampi ta’ din ix-xorta jista’ jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk installati fuq il-vettura meta tiġi approvata dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.4.2.

“Lampi indipendenti” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza (2), sorsi tad-dawl separati u l-oqfsa tal-lampi separati.

2.4.3.

“Lampi raggruppati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza2 u sorsi tad-dawl separati, iżda qafas tal-lampa komuni.

2.4.4.

“Lampi kkombinati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji apparenti separati fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza2 u sorsi tad-dawl separati, iżda sors tad-dawl komuni u qafas tal-lampa komuni.

2.4.5.

“Lampi reċiprokament inkorporati” tfisser apparati li jkollhom sorsi tad-dawl separati jew sors tad-dawl wieħed li jaħdmu f’kundizzjonijiet differenti (pereżempju, differenzi ottiċi, mekkaniċi, elettriċi), superfiċji apparenti totalment jew parzjalment komuni fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza2 u qafas tal-lampa komuni (3).

2.4.6.

“Lampa b’funzjoni waħda” tfisser parti minn apparat li twettaq funzjoni tat-tidwil jew funzjoni tas-sinjalar bid-dawl waħda.

2.4.7.

“Lampa tinħeba” tfisser lampa li tista’tinħeba parzjalment jew kompletament meta ma tkunx qed tintuża. Dan ir-riżultat jista’ jinkiseb permezz ta’ għata li jitneħħa, bl-ispostament tal-lampa jew bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor. It-terminu “ritrattibbli” jintuża b’mod aktar partikolari biex jiddiskrivi lampa tinħeba, li l-ispostament tagħha jippermetti li tiddaħħal fil-karozzerija tal-vettura.

2.4.8.

“Distanza bejn żewġ lampi” li jiffaċċjaw fl-istess direzzjoni tfisser l-iqsar distanza bejn iż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza. Meta d-distanza bejn il-lampi tissodisfa b’mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma jkunx hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti tas-superfiċji apparenti.

2.4.9.

“Lampa fakultattiva” tfisser lampa, li l-installazzjoni tagħha titħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur.

2.4.10.

“Par” tfisser is-sett ta’ lampi tal-istess funzjoni fuq in-naħa tax-xellug u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura.

2.4.10.1.

“Par imqabbel” tfisser is-sett ta’ lampi tal-istess funzjoni fuq in-naħa tax-xellug u fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura, li, bħala par, jikkonforma mar-rekwiżiti fotometriċi.

2.4.11.

“Lampi singoli jew multipli”

2.4.11.1.

“Lampa singola” tfisser:

(a)

Apparat jew parti minn apparat li jkollu funzjoni waħda ta’ tidwil jew ta’ sinjalar bid-dawl, sors tad-dawl wieħed jew aktar u superfiċe apparenti wieħed fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza, li jista’ jkun superfiċe kontinwu jew magħmul minn żewġ partijiet distinti jew aktar; jew

(b)

Kwalunkwe assemblaġġ ta’ żewġ lampi mmarkati “D”, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkollhom l-istess funzjoni; jew

(c)

Kwalunkwe assemblaġġ ta’ żewġ retrorifletturi indipendenti, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkunu ġew approvati separatament; jew

(d)

Kwalunkwe sistema ta’ lampi interdipendenti magħmula minn żewġ jew tliet lampi interdipendenti mmarkati “Y” approvati flimkien u li jaqdu l-istess funzjoni.

2.4.11.2.

“Żewġ lampi” jew “numru biż-żewġ ta’ lampi” fil-forma ta’ faxxa jew strixxa, tfisser żewġ lampi b’superfiċe li jemetti d-dawl wieħed, sakemm din il-faxxa jew strixxa titqiegħed b’mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.4.12.

“Sistema ta’ lampi interdipendenti” tfisser assemblaġġ ta’ żewġ jew tliet lampi interdipendenti li jaqdu l-istess funzjoni.

2.4.12.1.

“Lampa interdipendenti mmarkata “Y” ” tfisser apparat li jaħdem bħala parti mis-sistema ta’ lampi interdipendenti. Il-lampi interdipendenti jaħdmu flimkien meta jiġu attivati, ikollhom superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza u oqfsa tal-lampi separati, u jistgħu jkollhom sors(i) tad-dawl separati.

2.4.13.

“Lampi mmarkati “D” ” tfisser lampi indipendenti, approvati bħala apparati separati b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw b’mod indipendenti jew f’assemblaġġ ta’ żewġ lampi li jitqiesu bħala “lampa singola”.

2.4.14.

Fanali ta’ quddiem ta’ “Klassijiet” differenti tfisser il-fanali ta’ quddiem identifikati permezz ta’ dispożizzjonijiet fotometriċi partikolari.

2.4.15.

Definizzjonijiet fir-rigward tal-fanali ta’ quddiem li jemettu raġġ tas-sewqan u/jew raġġ baxx simmetriku għall-vetturi tal-kategoriji L u T:

2.4.15.1.

“Unità tad-dawl addizzjonali” tfisser il-parti ta’ sistema ta’ fanal ta’ quddiem li tipprovdi d-dawl għal-liwi (bend lighting). Din hija indipendenti mill-apparat li jipprovdi r-raġġ baxx prinċipali, tista’ tkun magħmula minn elementi ottiċi, mekkaniċi jew elettriċi, u tista’ tkun ragruppata u/jew reċiprokament inkorporata ma’ apparati oħra għat-tidwil jew għas-sinjalar bid-dawl.

2.4.16.

Definizzjonijiet fir-rigward tar-retrorifletturi:

2.4.16.1.

“Retroriflessjoni” tfisser ir-riflessjoni li fiha r-radjazzjoni tiġi rritornata f’direzzjonijiet qrib id-direzzjoni minn fejn tkun ġiet, u din il-proprjetà tinżamm anki fuq varjazzjonijiet kbar tad-direzzjoni tar-radjazzjoni inċidentali:

2.4.16.2.

“Apparat retroriflettiv” tfisser assemblaġġ lest għall-użu magħmul minn unità ottika retroriflettiva waħda jew aktar; L-apparati retroriflettivi huma maqsumin fi klassijiet skont il-karatteristiċi fotometriċi tagħhom: Il-Klassi IA jew IB, il-Klassi IIIA jew IIIB, u l-Klassi IVA. L-apparati retroriflettivi tal-Klassijiet IB u IIIB huma apparati kkombinati ma’ lampi tas-sinjalar oħrajn li mhumiex impermeabbli u li huma integrati fil-karozzerija ta’ vettura.

2.4.17.

Definizzjoni fir-rigward tal-immarkar retroriflettiv:

2.4.17.1.

“Materjal tal-immarkar retroriflettiv” tfisser superfiċe jew apparat li, meta jkun imdawwal b’mod dirett, parti relattivament kbira tar-radjazzjoni inċidentali tiġi retroriflessa minnu.

2.4.17.2.

“Pjanċa tal-immarkar ta’ wara” tfisser pjanċa miksija b’materjal retroriflettiv u fluworexxenti jew apparati retroriflettivi u fluworexxenti maħsuba biex iżidu l-viżibilità u jippermettu l-identifikazzjoni faċli tal-vetturi tqal u twal.

2.4.17.3.

“Pjanċa tal-immarkar ta’ wara ta’ vetturi li jimxu bil-mod (SMVs)” tfisser pjanċa trijangulari bi rkejjen bla ponta b’disinn karatteristiku miksija b’retrorifletturi jew b’materjali retroriflettivi jew b’materjal fluworexxenti.

2.4.17.4.

“Unità tal-kampjun” tfisser apparat retroriflettiv komplet lest biex jiġi mmuntat fuq vettura u rappreżentattiv tal-produzzjoni attwali.

2.4.17.5.

“Fluworexxenza” tirreferi għal ċerti sustanzi li meta jinġiebu qrib sors ta’ radjazzjoni ultravjola jew blu, dawn jemettu radjazzjonijiet li t-tul ta’ mewġa tagħhom ikun kważi dejjem itwal minn ta’ dawk li jipproduċu l-effett. Dan il-fenomenu jissejjaħ fluworexxenza. Matul il-jum u mal-għabex, il-kuluri fluworexxenti jleqqu aktar mill-kuluri normali għaliex jirriflettu parti mid-dawl li jaqa’ fuqhom, u barra minn hekk jemettu d-dawl. Billejl, ma jleqqux aktar mill-kuluri ordinarji.

2.5.   Lampi

2.5.1.

“Fanal ta’ quddiem b’raġġ tas-sewqan (raġġ ewlieni)” tfisser il-fanal li jintuża sabiex idawwal it-triq quddiem il-vettura tul distanza twila.

2.5.2.

“Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx” tfisser fanal li jintuża sabiex idawwal it-triq quddiem il-vettura mingħajr ma jgħammex jew jikkawża skumdità lis-sewwieqa li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew lil utenti oħra tat-triq.

2.5.2.1.

“Raġġ baxx ewlieni” tfisser ir-raġġ baxx prodott mingħajr il-kontribut tal-apparat li jemetti r-raġġi infraħomor (IR) u/jew sorsi tad-dawl addizzjonali għad-dawl għal-liwi.

2.5.3.

“Lampa indikatur tad-direzzjoni” tfisser il-lampa li tintuża biex tindika lill-utenti tat-triq, li s-sewwieq biħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug. Lampa/i indikatur(i) tad-direzzjoni jistgħu jintużaw ukoll skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tan-NU Nru 97 jew Nru 116.

2.5.4.

“Lampa tal-waqfien” tfisser lampa li tintuża biex tindika lill-utenti l-oħra tat-triq li jinsabu fuq wara tal-vettura li l-moviment lonġitudinali tal-vettura jkun qed jitnaqqas apposta.

2.5.5.

“Apparat li jdawwal il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara” tfisser apparat li jintuża biex idawwal l-ispazju maħsub għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara; dan l-apparat jista’ jkun magħmul minn diversi komponenti ottiċi.

2.5.6.

“Lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem” tfisser il-lampa li tintuża biex tindika l-preżenza u l-wisa’ tal-vettura meta wieħed jaraha minn quddiem.

2.5.7.

“Lampa tal-pożizzjoni ta’ wara” tfisser il-lampa li tintuża biex tindika l-preżenza u l-wisa’ tal-vettura meta wieħed jaraha minn wara.

2.5.8.

“Retroriflettur” tfisser apparat li jintuża biex jindika l-preżenza ta’ vettura permezz tar-rifless tad-dawl li ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn l-elementi li ġejjin ma jitqiesux bħala retrorifletturi:

2.5.8.1.

Pjanċi tan-numri retroriflettenti;

2.5.8.2.

Is-sinjali retroriflettenti msemmija fl-ADR (il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq);

2.5.8.3.

Pjanċi u sinjali retroriflettivi oħra li jistgħu jintużaw biex tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali għall-użu rigward ċerti kategoriji ta’ vetturi jew ċerti metodi ta’ tħaddim;

2.5.8.4.

Materjali retroriflettenti approvati bħala ta’ Klassi D jew E jew F skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 104 jew Nru 150 u li jintużaw għal finijiet oħra skont ir-rekwiżiti nazzjonali.”.

2.5.9.

“Immarkar kospikwu” tfisser apparat maħsub biex iżid kemm il-vettura tolqot l-għajn (kospikwità), meta wieħed jaraha mill-ġenb jew minn wara (jew, fil-każ tat-trejlers, minn quddiem ukoll), permezz tar-rifless tad-dawl li jkun ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, meta l-osservatur ikun jinsab qrib is-sors.

2.5.9.1.

“Immarkar tal-kontorn” tfisser immarkar kospikwu maħsub biex jindika d-dimensjonijiet orizzontali u vertikali (it-tul, il-wisa’ u l-għoli) ta’ vettura.

2.5.9.1.1.

“Immarkar tal-kontorn sħiħ” tfisser immarkar tal-kontorn li jindika l-kontorn tal-vettura permezz ta’ linja kontinwa.

2.5.9.1.2.

“Immarkar tal-kontorn parzjali” tfisser immarkar tal-kontorn li jindika d-dimensjoni orizzontali tal-vettura permezz ta’ linja kontinwa, u d-dimensjoni vertikali billi jiġu mmarkati l-irkejjen ta’ fuq.

2.5.9.2.

“Immarkar lineari” tfisser immarkar kospikwu maħsub biex jindika d-dimensjonijiet orizzontali (it-tul u l-wisa’) ta’ vettura permezz ta’ linja kontinwa.

2.5.10.

“Lampa ta’ quddiem taċ-ċpar” tfisser lampa li tintuża biex ittejjeb l-illuminazzjoni tat-triq quddiem il-vettura f’każ ta’ ċpar jew kwalunkwe kundizzjoni simili ta’ viżibilità mnaqqsa.

2.5.11.

“Lampa ta’ wara taċ-ċpar” tfisser lampa li tintuża biex il-vettura ssir aktar viżibbli minn wara meta ċ-ċpar ikun sfiq.

2.5.12.

“Lampa tar-reverse” tfisser il-lampa li tintuża biex iddawwal it-triq fuq wara tal-vettura u biex tavża utenti oħra tat-triq li l-vettura tkun qed tirriversja jew tkun ser tirriversja.

2.5.13.

“Lampa tal-ipparkjar” tfisser lampa li tintuża biex tiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta’ vettura wieqfa f’żona mibnija. F’ċirkostanzi bħal dawn, din tisostitwixxi l-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

2.5.14.

“Lampa li tindika t-tarf tal-vettura” tfisser il-lampa imwaħħla qrib it-tarf estrem ta’ barra u mill-aktar qrib possibbli tal-parti ta’ fuq tal-vettura u maħsuba biex tindika b’mod ċar il-wisa’ totali tal-vettura. Din il-lampa hija maħsuba, għal ċerti vetturi u trejlers, biex tikkumplimenta l-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara tal-vettura billi tiġbed attenzjoni partikolari għall-parti voluminuża tagħha.

2.5.15.

“Lampa li timmarka l-ġnub” tfisser lampa li tintuża biex tindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha mill-ġenb.

2.5.16.

“Lampa tas-sewqan binhar” tfisser lampa li tħares f’direzzjoni ’l quddiem li tintuża biex tagħmel il-vettura viżibbli b’mod aktar faċli waqt is-sewqan binhar.

2.5.17.

“Lampa tal-kantunieri” tfisser lampa li tintuża biex jiġi pprovdut tidwil supplementari tal-parti tat-triq li tinsab qrib ir-rokna ta’ quddiem tal-vettura fuq il-ġenb ’il fejn ser iddur il-vettura.

2.5.18.

“Lampa tal-korteżija esterjuri” tfisser lampa li tintuża biex tipprovdi tidwil supplimentari bħala għajnuna waqt id-dħul u l-ħruġ tas-sewwieq u l-passiġġier mill-vettura jew waqt li titgħabba l-vettura;

2.5.19.

“Lampa tal-immanuvrar” tfisser lampa li tintuża biex tipprovdi tidwil supplimentari fuq il-ġenb tal-vettura, li jkun ta’ għajnuna waqt manuvri bil-mod.

2.5.20.

“Indikatur tal-istatus estern” tfisser sinjal ottiku mmuntat fuq barra tal-vettura biex jindika l-istatus jew il-bidla fl-istatus għal Sistema ta’ Allarm għall-Vetturi (VAS), għal Sistema ta’ Allarm (AS) u għal immobilizzatur tar-Regolamenti tan-NU Nru 97 u Nru 116,

2.6.   Sinjal

2.6.1.

“Sinjal ta’ twissija ta’ periklu” tfisser it-tħaddim fl-istess ħin tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni kollha ta’ vettura biex juru li l-vettura hija ta’ periklu speċjali temporanju għall-utenti l-oħra tat-triq.

2.6.2.

“Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza” tfisser sinjal li jindika lill-utenti l-oħra tat-triq fuq wara tal-vettura li tkun ġiet applikata forza kbira ta’ ritardazzjoni fuq il-karozza skont il-kundizzjonijiet tat-triq prevalenti.

2.6.3.

“Sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara (RECAS)” tfisser sinjal awtomatiku mogħti mill-vettura ta’ quddiem lill-vettura ta’ warajha. Dan is-sinjal iwissi lill-vettura ta’ wara li jeħtieġ tieħu azzjoni b’urġenza biex ma jkunx hemm ħabta.

2.7.   Sistema

2.7.1.

“Orjentazzjoni” tfisser il-pożizzjonament tar-raġġ jew ta’ parti tiegħu fuq skrin ta’ orjentazzjoni konformi mal-kriterji rilevanti;

2.7.2.

“Aġġustament” tfisser l-użu ta’ mezzi pprovduti mis-sistema għall-orjentazzjoni vertikali u/jew orizzontali tar-raġġ;

2.7.3.

“Dawl għal-liwi” tfisser funzjoni tad-dawl biex tipprovdi tidwil aħjar fil-liwjiet.

2.7.4.

“Sistema adattiva tat-tidwil ta’ quddiem” (jew “AFS”) tfisser apparat għat-tidwil approvat għat-tip skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 123 jew Nru 149, li jipprovdi raġġi b’karatteristiċi differenti biex iseħħ adattament awtomatiku għal kundizzjonijiet varjabbli tal-użu tar-raġġ baxx u, jekk ikun applikabbli, tar-raġġ ewlieni (raġġ tas-sewqan).

2.7.4.1.

“Unità tad-dawl” tfisser komponent li jemetti d-dawl iddisinjat biex jipprovdi jew jikkontribwixxi għal funzjoni(jiet) tad-dawl ta’ quddiem waħda jew aktar ipprovduta/i mill-AFS.

2.7.4.2.

“Unità ta’ installazzjoni” tfisser kisi indiviżibbli (qafas tal-lampa) li fih unità tad-dawl waħda jew aktar.

2.7.4.3.

“Modalità tad-dawl” jew “Modalità” ta’ funzjoni tad-dawl ta’ quddiem ipprovduta minn AFS tfisser raġġ konformi mad-dispożizzjonijiet għal waħda mill-klassijiet ta’ raġġ baxx jew għar-raġġ ewlieni, iddisinjata u speċifikata mill-manifattur għall-adattament għal ċerti vetturi u għal ċerti kundizzjonijiet ambjentali;

2.7.4.4.

“Kontroll tas-sistema” tfisser dik il-parti jew dawk il-partijiet tal-AFS li tirċievi/jirċievu s-sinjali ta’ kontroll tal-AFS mill-vettura u li tikkontrolla t-tħaddim tal-unitajiet tad-dawl awtomatikament.

2.7.4.5.

“Sinjal ta’ kontroll tal-AFS” (V, E, W, T) tfisser l-input lill-AFS skont il-paragrafu 6.22.7.4. ta’ dan ir-Regolament.

2.7.4.6.

“Stat newtrali” tfisser l-istat tal-AFS meta tiġi prodotta modalità definita tar-raġġ baxx (“raġġ baxx bażiku”) tal-klassi C jew tar-raġġ ewlieni fil-kundizzjoni ta’ attivazzjoni massima, jekk ikun hemm, u ma japplika l-ebda sinjal ta’ kontroll tal-AFS.

2.7.4.7.

“Raġġ ewlieni adattiv” tfisser raġġ ewlieni tal-AFS li jadatta d-disinn tar-raġġ tiegħu għall-preżenza ta’ vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta u ta’ vetturi misjuqa quddiemu sabiex titjieb il-viżibilità fit-tul għas-sewwieq mingħajr ma jikkawża l-ebda skumdità, distrazzjoni jew tgħammix lill-utenti l-oħra tat-triq.

2.7.5.

Definizzjonijiet fir-rigward tal-AFS:

2.7.5.1.

“Klassi” ta’ raġġ baxx (C, V, E jew W) tfisser id-deżinjazzjoni ta’ raġġ baxx, identifikata permezz ta’ dispożizzjonijiet partikolari skont ir-Regolament tan-NU Nru 48 (Bħala spjegazzjoni biss. Id-dispożizzjonijiet tal-klassijiet ta’ raġġi baxxi huma skont il-kundizzjonijiet, kif ġej: C għar-raġġ baxx bażiku, V għall-użu f’żoni mixgħula bħall-bliet, E għall-użu f’toroq bħal awtostradi, W għall-użu f’kundizzjonijiet avversi bħal toroq imxarrba);

2.7.5.2.

“Modalità ta’ dawl għal-liwi” tfisser id-deżinjazzjoni ta’ funzjoni tad-dawl ta’ quddiem bl-illuminazzjoni tagħha mressqa lateralment jew modifikata (sabiex jinkiseb effett ekwivalenti), imfassla għall-kantunieri, għal-liwjiet jew għall-intersezzjonijiet tat-triq, identifikata permezz ta’ karatteristiċi fotometriċi partikolari;

(a)

“Modalità ta’ dawl għal-liwi tal-kategorija 1” tfisser modalità ta’ dawl għal-liwi bi spostament orizzontali tal-angolu tal-linja tal-cut-off;

(b)

“Modalità ta’ dawl għal-liwi tal-kategorija 2” tfisser modalità ta’ dawl għal-liwi bi spostament orizzontali tal-angolu tal-linja tal-cut-off;

2.7.5.3.

In-“naħa leminija” jew in-“naħa xellugija” tfisser it-totalità tal-unitajiet tad-dawl bil-ħsieb li jiġu installati fuq in-naħa inkwistjoni tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura relatata mal-fus ta’ ċaqliq tagħha ’l quddiem;

2.7.5.4.

“Sinjal” tfisser kwalunkwe sinjal ta’ kontroll tal-AFS jew kwalunkwe input ta’ kontroll addizzjonali fis-sistema, jew output ta’ kontroll mis-sistema lill-vettura;

2.7.5.5.

“Ġeneratur tas-sinjali” tfisser apparat li kapaċi jipproduċi mill-ġdid sinjal wieħed jew aktar għat-testijiet tas-sistema;

2.7.5.6.

“Apparat ta’ provvista u ta’ tħaddim” tfisser komponent wieħed jew aktar ta’ sistema li jipprovdi enerġija lil parti waħda jew aktar tas-sistema, bħal kontroll(i) tal-enerġija u/jew tal-vultaġġ għal sors wieħed jew aktar tad-dawl, pereżempju apparat ta’ kontroll elettroniku tas-sorsi tad-dawl;

2.7.5.7.

“Assi ta’ referenza tas-sistema” għal AFS tfisser il-linja ta’ intersezzjoni tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura mal-pjan orizzontali li jgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza ta’ unità tad-dawl waħda speċifikata fid-disinji li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-apparat;

2.7.5.8.

“Funzjoni għat-tibdil ta’ direzzjoni ta’ traffiku” tfisser kull funzjoni tad-dawl ta’ quddiem, jew ta’ modalità tagħha jew ta’ parti(jiet) tagħha, jew inkella ta’ kull taħlita ta’ dawn, maħsuba biex jiġi evitat it-tgħammix u jiġi żgurat biżżejjed dawl meta vettura mgħammra b’sistema ddiżinjata għaċ-ċirkolazzjoni’direzzjoni waħda tat-traffiku biss tintuża b’mod temporanju f’pajjiż fejn it-traffiku jsuq fuq in-naħa l-oħra;

2.7.5.9.

“Funzjoni ta’ sostituzzjoni” tfisser kull funzjoni ta’ dawl u/jew ta’ sinjalar bid-dawl ta’ quddiem, jew modalità tagħha, jew parti(jiet) tagħha, jew inkella kull taħlita ta’ dawn, maħsuba biex tissostitwixxi funzjoni/modalità tad-dawl ta’ quddiem f’każ ta’ ħsara;

2.7.5.10.

“Unità funzjonali” tfisser parti minn unità tad-dawl li tipprovdi distribuzzjoni speċifika tad-dawl li tista’ tintuża għal modalitajiet jew klassijiet differenti. Jekk jintuża għall-modalità ta’ dawl għal-liwi d-distribuzzjoni tad-dawl tagħha tista’ tvarja bħala funzjoni tas-sinjal T (raġġ tal-liwja); madankollu, id-distribuzzjoni tad-dawl għandha tkun identika għal sinjal T partikolari (raġġ tal-liwja) fil-modalitajiet jew fil-klassijiet kollha.

2.7.6.

Definizzjonijiet fir-rigward tal-iswiċċjar u l-attivazzjoni:

2.7.6.1.

“IXGĦEL” tfisser li tħaddem manwalment jew awtomatikament funzjoni tad-dawl jew ta’ sinjalar biex temetti d-dawl b’mod effettiv, irrispettivament minn jekk il-funzjoni tkunx qed taħdem sew jew le.

2.7.6.2.

“ITFI” tfisser li tħaddem manwalment jew awtomatikament funzjoni tad-dawl jew ta’ sinjalar biex twaqqaf l-emissjoni tad-dawl, irrispettivament minn jekk il-funzjoni tkunx qed taħdem sew jew le.

2.7.6.3.

“Attiva” tfisser li tattiva manwalment jew awtomatikament funzjoni tad-dawl jew ta’ sinjalar, irrispettivament minn jekk id-dawl jiġix emess jew le (eż. attiva l-modalità stand-by).

2.7.6.4.

“Iddiżattiva” tfisser li tiddiżattiva manwalment jew awtomatikament funzjoni tad-dawl jew ta’ sinjalar, irrispettivament minn jekk id-dawl jiġix emess jew le (eż. iddiżattiva l-modalità stand-by).

2.7.6.5.

“Attivazzjoni sekwenzjali” tfisser konnessjoni elettrika fejn is-sorsi tad-dawl individwali ta’ lampa jiġu kkollegati b’tali mod li jiġu MIXGĦULA f’sekwenza predeterminata skont ir-Regolamenti tan-NU rilevanti.

2.7.7.

“Unità ottika retroriflettenti” tfisser il-kumbinazzjoni ta’ komponenti ottiċi li jipproduċu r-retroriflessjoni.

2.8.   Lenti

2.8.1.

“Lenti” tfisser il-komponent ta’ barra nett tal-lampa (unità) li tittrażmetti d-dawl minn ġewwa s-superfiċe illuminanti;

2.8.2.

“Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati f’saff wieħed jew aktar mal-wiċċ ta’ barra ta’ lenti;

2.8.3.

“Lenti ta’ barra tessurizzata” jew “Żona tal-lenti ta’ barra tessurizzata” tfisser il-lenti ta’ barra kollha jew parti minnha, iddisinjata biex timmodifika jew tinfluwenza l-propagazzjoni tad-dawl mis-sors(i) tad-dawl, b’tali mod li r-raġġi tad-dawl jiġu ddevjati sew mid-direzzjoni oriġinali tagħhom.

2.9.   Sorsi tad-dawl

2.9.1.

“Sors tad-dawl” tfisser element wieħed jew aktar għar-radjazzjoni viżibbli, li jkollu bażi għal konnessjoni mekkanika u elettrika, possibbilment assemblat ma’ komponent wieħed jew aktar biex jikkontrollaw l-elementi għar-radjazzjoni viżibbli.

2.9.1.1.

“Sors tad-dawl sostitwibbli” tfisser sors tad-dawl li huwa maħsub biex jiddaħħal fi u jitneħħa mill-ħowlder tal-apparat tiegħu mingħajr għodda.

2.9.1.2.

“Sors tad-dawl mhux sostitwibbli” tfisser sors tad-dawl li jista’ jiġi sostitwit biss billi jiġi sostitwit l-apparat li miegħu huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl.

(a)

Fil-każ ta’ modulu ta’ sors tad-dawl: sors tad-dawl li jista’ jiġi sostitwit biss billi jiġi sostitwit il-modulu tas-sors tad-dawl li miegħu huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl;

(b)

Fil-każ ta’ AFS: sors tad-dawl li jista’ jiġi sostitwit biss billi tiġi sostitwita l-unità tad-dawl li magħha huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl;

2.9.1.3.

“Modulu ta’ sors tad-dawl” tfisser parti ottika ta’ apparat li hija speċifika għal dak l-apparat. Din ikun fiha sors tad-dawl mhux sostitwibbli wieħed jew aktar u jista’ jkollha, b’mod fakultattiv, ħowlder wieħed jew aktar għal sorsi tad-dawl sostitwibbli approvati.

2.9.1.4.

“Sors tad-dawl bil-filament” (lampa bil-filament) tfisser sors tad-dawl fejn l-uniku element għar-radjazzjoni viżibbli jkun filament wieħed jew aktar li jipproduċu/i radjazzjoni termali.

2.9.1.5.

“Sors tad-dawl b’disċarġ tal-gass” tfisser sors tad-dawl fejn l-uniku element għar-radjazzjoni viżibbli jkun ark ta’ disċarġ li jipproduċi elettroluminixxenza;

2.9.1.6.

“Sors tad-dawl b’dijodu li jemetti d-dawl (LED)” tfisser sors tad-dawl fejn l-uniku element għar-radjazzjoni viżibbli jkun ġunzjoni ta’ stat solidu waħda jew aktar li jipproduċi elettroluminixxenza, possibilment ikkompletat b’element wieħed jew aktar għal konverżjoni bbażata fuq fluworexxenza.

2.9.1.6.1.

“Sors tad-dawl LED ta’ sostituzzjoni” tfisser sors tad-dawl LED ta’ kategorija li jkollha kategorija ta’ sors tad-dawl kontroparti li tipproduċi d-dawl permezz ta’ teknoloġija differenti ta’ ġenerazzjoni tad-dawl.

2.9.1.7.

“Modulu LED” tfisser modulu ta’ sors tad-dawl li bħala sorsi tad-dawl fih biss LEDs. Madankollu jista’ jkollu, b’mod fakultattiv, ħowlder wieħed jew aktar għal sorsi tad-dawl sostitwibbli approvati.

2.9.2.

“Apparat elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl” tfisser komponent wieħed jew aktar bejn il-provvista u s-sors tad-dawl għall-kontroll tal-vultaġġ u/jew tal-kurrent elettriku tas-sors tad-dawl.

2.9.2.1.

“Ballast” tfisser komponent wieħed jew aktar, jew bejn il-provvista u s-sors tad-dawl jew integrat mas-sors tad-dawl, għall-kontroll tal-kurrent elettriku ta’ sors tad-dawl b’disċarġ tal-gass.

2.9.3.

“Kontroll tal-intensità varjabbli” tfisser l-apparat li awtomatikament jikkontrolla l-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta’ wara li jipproduċu intensitajiet luminużi varjabbli sabiex tiġi żgurata l-perċezzjoni invarjabbli tas-sinjali tagħhom. Il-kontroll tal-intensità varjabbli huwa parti mil-lampa, jew parti mill-vettura, jew ikun maqsum bejn il-lampa u l-vettura.

2.10.   Fotometrija

2.10.1.

“Fluss luminuż oġġettiv” tfisser:

(a)

Fil-każ ta’ sors tad-dawl:

Il-valur tal-fluss luminuż oġġettiv, mingħajr tolleranzi, kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti tar-Regolament dwar is-sorsi tad-dawl applikabbli li s-sors tad-dawl ikun ġie approvat skontu;

(b)

Fil-każ ta’ modulu LED:

Il-valur tal-fluss luminuż oġġettiv kif indikat fl-ispeċifikazzjoni teknika sottomessa mal-modulu LED għall-approvazzjoni tal-lampa li l-modulu LED hija parti minnha;

2.10.2.

“Superfiċe li jemetti d-dawl” ta’ “apparat għat-tidwil”, “apparat għas-sinjalar bid-dawl” jew retroriflettur tfisser is-superfiċe kif iddikjarat fid-disinn inkluż mat-talba għall-approvazzjoni mill-manifattur tal-apparat, ara l-Anness 3 (ara eż. il-Partijiet 1 u 4).

Dan għandu jiġi ddikjarat skont waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-każ fejn il-lenti ta’ barra tkun tessurizzata, is-superfiċe li jemetti d-dawl iddikjarat għandu jkun kompletament jew parzjalment is-superfiċe esterjuri tal-lenti ta’ barra;

(b)

Fil-każ fejn il-lenti ta’ barra ma tkunx tessurizzata, il-lenti ta’ barra tista’ ma tiġix meqjusa u s-superfiċe li jemetti d-dawl għandu jiġi ddikjarat fid-disinn, ara l-Anness 3 (ara eż. il-Parti 5).

2.10.3.

“Superfiċe illuminanti” (ara l-Anness 3);

2.10.3.1.

“Superfiċe illuminanti ta’ apparat għat-tidwil” (il-paragrafi 2.5.1., 2.5.2., 2.5.10., 2.5.12. u 2.5.17.) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fetħa kollha tar-riflettur, jew fil-każ tal-fanali ta’ quddiem b’riflettur ellissojdali tal-“lenti ta’ projezzjoni”, fuq pjan trasversali. Jekk l-apparat għat-tidwil ma jkollu l-ebda riflettur, għandha tiġi applikata d-definizzjoni tal-paragrafu 2.10.3.2. Jekk is-superfiċe li jemetti d-dawl tal-lampa jestendi fuq parti biss mill-fetħa kollha tar-riflettur, titqies biss il-projezzjoni ta’ dik il-parti.

Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, is-superfiċe illuminanti jkun limitat bit-traċċa apparenti tal-cut-off għal fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-lenti jkunu aġġustabbli b’mod relattiv għal xulxin, għandu jintuża l-aġġustament medju.

Fil-każ ta’ installazzjoni ta’ AFS: meta funzjoni tad-dawl tiġi tiġi prodotta minn żewġ unitajiet tad-dawl jew aktar li jitħaddmu fl-istess ħin fuq naħa partikolari tal-vettura, is-superfiċji illuminanti individwali meħuda kollettivament, jikkostitwixxu s-superfiċe illuminanti li għandu jitqies (pereżempu, fil-figura tal-paragrafu 6.22.4. ta’ hawn taħt, is-superfiċji illuminanti individwali tal-unitajiet tad-dawl 8, 9 u 11, meqjusa kollettivament flimkien mal-pożizzjoni rispettiva tagħhom, jikkostitwixxu s-superfiċe illuminanti li għandu jitqies għan-naħa tal-lemin tal-vettura).

2.10.3.2.

“Superfiċe illuminanti ta’ apparat għas-sinjaljar bid-dawl li mhux retroriflettur” (il-paragrafi 2.5.3. sa 2.5.7., 2.6.1., 2.5.11. u 2.5.13. sa 2.5.16.) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-lampa fi pjan perpendikulari mal-assi ta’ referenza tiegħu u f’kuntatt mas-superfiċe esterjuri li jemetti d-dawl tal-lampa, b’din il-projezzjoni tkun delimitata mit-truf tal-iskrins li jinsabu f’dan il-pjan, b’kull wieħed jippermetti biss 98 fil-mija tal-intensità luminuża totali tad-dawl li tippersisti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza.

Biex jiġu ddeterminati l-limiti t’isfel, ta’ fuq u dawk laterali tas-superfiċe illuminanti għandhom jintużaw biss skrins bi truf orizzontali jew vertikali biex tiġi vverifikata d-distanza sat-truf estremi tal-vettura u l-għoli tagħha ’l fuq mill-art.

Għal applikazzjonijiet oħra tas-superfiċe illuminanti, eż. id-distanza bejn iż-żewġ lampi jew funzjonijiet, għandha tintuża l-forma tal-periferija ta’ dan is-superfiċe illuminanti. L-iskrins għandhom jibqgħu paralleli, iżda jkunu jistgħu jintużaw orjentazzjonijiet oħra wkoll.

Fil-każ ta’ apparat għas-sinjalar bid-dawl, li s-superfiċe illuminanti tiegħu jagħlaq jew totalment jew parzjalment is-superfiċe illuminanti ta’ funzjoni oħra jew jagħlaq superfiċe mhux imdawwal, is-superfiċe illuminanti jista’ jitqies bħala superfiċe li jemetti d-dawl huwa stess.(ara eż. l-Anness 3, il-Partijiet 2, 3, 5 u 6).

2.10.3.3.

“Superfiċe illuminanti ta’ retroriflettur” (il-paragrafu 2.5.8.) tfisser, kif iddikjarat mill-applikant waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-komponenti għar-retrorifletturi, il-projezzjoni ortogonali ta’ retroriflettur fi pjan perpendikulari mal-assi ta’ referenza tiegħu u delimitata mill-pjani ta’ biswit il-partijiet iddikjarati l-aktar ’il barra tas-sistema ottika tar-retrorifletturi u paralleli ma’ dak l-assi. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-truf t’isfel, ta’ fuq u dawk laterali tal-apparat, għandhom jitqiesu biss il-pjani orizzontali u vertikali.

2.10.4.

Is-“superfiċe apparenti” għal direzzjoni ta’ osservazzjoni definita tfisser, fuq it-talba tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq, il-projezzjoni ortogonali ta’:

 

Jew il-limitu tas-superfiċe illuminanti pprojettat fuq is-superfiċe esterjuri tal-lenti;

 

Jew is-superfiċe li jemetti d-dawl;

 

Fil-każ ta’ apparat għas-sinjalar bid-dawl li jipproduċi intensitajiet luminużi varjabbli biss, għandu jitqies is-superfiċe apparenti tiegħu li jista’ jkun varjabbli kif speċifikat fil-paragrafu 2.9.3., fil-kundizzjonijiet kollha permessi mill-kontroll tal-intensità varjabbli, jekk ikun applikabbli.

Fi pjan perpendikulari mad-direzzjoni ta’ osservazzjoni u tanġenzjali għall-aktar punt esterjuri tal-lenti.

Eżempji differenti tal-applikazzjoni tas-superfiċe apparenti jistgħu jinstabu fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.10.5.

“Assi ta’ referenza” tfisser l-assi karatteristiku tal-lampa ddeterminat mill-manifattur (tal-lampa) biex jintuża bħala d-direzzjoni ta’ referenza (H = 0°, V = 0°) għal angoli ta’ kamp għall-kejl fotometriku u biex tiġi installata l-lampa fuq il-vettura;

2.10.6.

“Ċentru ta’ referenza” tfisser:

(a)

L-intersezzjoni tal-assi ta’ referenza mas-superfiċe esterjuri li jemetti d-dawl jew

(b)

Punt fuq jew qrib żona retroriflettiva

li huwa maħsub biex ikun iċ-ċentru tal-apparat għall-fini li tiġi speċifikata l-prestazzjoni tiegħu; dan jiġi speċifikat mill-manifattur tal-lampa.

2.10.7.

“Angoli ta’ viżibilità ġeometrika” tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp tal-angolu solidu minimu li fih is-superfiċe apparenti tal-lampa jkun viżibbli. Dak il-kamp tal-angolu solidu jiġi ddeterminat mis-segmenti tal-isfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa u li l-ekwatur tagħha huwa parallel mal-art. Dawn is-segmenti jiġu ddeterminati fir-rigward tal-assi ta’ referenza. L-angoli orizzontali β jikkorrispondu għal-lonġitudini u l-angoli vertikali α għal-latitudni.

2.10.8.

“Inkisbet l-istabbiltà fotometrika” tfisser li l-varjazzjoni tal-intensità luminuża għall-punt tat-test speċifikat tkun inqas minn 3 fil-mija fi kwalunkwe perjodu ta’ 15-il minuta.

2.10.9.

“Sistema gonjo(foto)metrika (jekk mhux speċifikat mod ieħor f’xi Regolament partikolari)” tfisser sistema użata għall-kejl fotometriku speċifikat permezz tal-koordinati angolari fi gradi fuq sfera b’assi polari vertikali skont il-pubblikazzjoni tas-CIE Nru. 70, Vienna 1987, jiġifieri li tikkorrispondi għal sistema gonjo(foto)metrika b’assi orizzontali (“ta’ elevazzjoni”) fiss mal-art u assi ieħor, mobbli (“ta’ rotazzjoni”) u perpendikolari mal-assi fiss (ara l-Anness 14 ta’ dan ir-Regolament). Nota: Il-pubblikazzjoni tas-CIE msemmija hawn fuq tispeċifika proċedura għall-korrezzjoni tal-koordinati angolari fil-każ fejn tintuża sistema gonjo(foto)metrika alternattiva.

2.10.10.

“Pjan H” tfisser il-pjan orizzontali li fih ikun hemm iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa.

2.10.11.

“Pjan V” tfisser pjan vertikali parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li fih iċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa.

2.10.12.

“Pjan trasversali” tfisser pjan vertikali perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.10.13.

“Angolu tad-diverġenza” tfisser l-angolu bejn il-linji dritti li jgħaqqdu ċ-ċentru ta’ riferenza maċ-ċentru tar-riċevitur u ċ-ċentru tas-sors tal-illuminazzjoni.

2.10.14.

“Angolu tal-illuminazzjoni” tfisser l-angolu bejn l-assi tar-riferenza u l-linja dritta li tgħaqqad iċ-ċentru tar-riferenza maċ-ċentru tas-sors tal-illuminazzjoni.

2.10.15.

“Angolu tar-rotazzjoni” tfisser l-angolu li minnu l-apparat retroriflettiv jibda jiddawwar, minn pożizzjoni speċifikata, fuq l-assi tar-riferenza tiegħu.

2.10.16.

“Dijametru angolari tal-apparat retroriflettiv” tfisser l-angolu li hu faċċata tal-akbar dimensjoni taż-żona viżibbli tas-superfiċe illuminanti, jew fiċ-ċentru tas-sors tal-illuminazzjoni jew fiċ-ċentru tar-riċevitur.

2.10.17.

“Illuminazzjoni tal-apparat retroriflettiv” hija l-espressjoni mqassra li normalment tintuża biex tfisser l-illuminazzjoni mkejla fi pjan perpendikolari għar-raġġi inċidentali u li jgħaddu miċ-ċentru ta’ referenza.

2.10.18.

“Koeffiċjent tal-intensità luminuża (CIL)” tfisser il-kwozjent tal-intensità luminuża riflessa fid-direzzjoni kkunsidrata, diviż bl-illuminazzjoni tal-apparat retroriflettiv għal angoli speċifikati tal-illuminazzjoni, tad-diverġenza u tar-rotazzjoni.

2.11.   Kulur

2.11.1.

Il-kulur tad-dawl emess minn apparat

2.11.1.1.

“Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y) (4) tad-dawl emess li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

W12

limitu lejn l-aħdar

y = 0,150 + 0,640 x

W23

limitu lejn l-aħdar fl-isfar

y = 0,440

W34

limitu lejn l-isfar

x = 0,500

W45

limitu lejn il-vjola fl-aħmar

y = 0,382

W56

limitu lejn il-vjola

y = 0,050 + 0,750 x

W61

limitu lejn il-blu

x = 0,310

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,310

0,348

W2

0,453

0,440

W3

0,500

0,440

W4

0,500

0,382

W5

0,443

0,382

W6

0,310

0,283

2.11.1.2.

“Isfar selettiv” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl emess li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

SY12

limitu lejn l-aħdar

y = 1,290 x - 0,100

SY23

il-lokus spettrali

 

SY34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,138 + 0,580 x

SY45

limitu lejn l-abjad fl-isfar:

y = 0,440

SY51

limitu lejn l-abjad

y = 0,940 - x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

SY1

0,454

0,486

SY2

0,480

0,519

SY3

0,545

0,454

SY4

0,521

0,440

SY5

0,500

0,440

2.11.1.3.

“Ambra” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl emess li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

A12

limitu lejn l-aħdar

y = x - 0,120

A23

il-lokus spettrali

 

A34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,390

A41

limitu lejn l-abjad

y = 0,790 - 0,670 x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

A1

0,545

0,425

A2

0,560

0,440

A3

0,609

0,390

A4

0,597

0,390

2.11.1.4.

“Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl emess li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

R12

limitu lejn l-isfar

y = 0,335

R23

il-lokus spettrali

 

R34

il-linja vjola

(l-estensjoni lineari tagħha fil-firxa ta’ kuluri vjola bejn l-estremitajiet ħomor u blu tal-lokus spettrali).

R41

limitu lejn il-vjola:

y = 0,980 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,645

0,335

R2

0,665

0,335

R3

0,735

0,265

R4

0,721

0,259

2.11.2.

Il-kulur billejl tad-dawl retrorifless minn apparat eskluż it-tajers retroriflessivi skont ir-Regolament tan-NU Nru 88

2.11.2.1.

“Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

W12

imitu lejn il-blu:

y = 0,843 - 1,182 x

W23

limitu lejn il-vjola

y = 0,489 x + 0,146

W34

limitu lejn l-isfar

y = 0,968 - 1,010 x

W41

limitu lejn l-aħdar

y = 1,442 x - 0,136

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,373

0,402

W2

0,417

0,350

W3

0,548

0,414

W4

0,450

0,513

2.11.2.2.

“Isfar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

Y12

limitu lejn l-aħdar

y = x - 0,040

Y23

il-lokus spettrali

 

Y34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,200 x + 0,268

Y41

limitu lejn l-abjad

y = 0,970 - x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

Y1

0,505

0,465

Y2

0,520

0,480

Y3

0,610

0,390

Y4

0,585

0,385

2.11.2.3.

“Ambra” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

A12

limitu lejn l-aħdar

y = 1,417 x - 0,347

A23

il-lokus spettrali

 

A34

limitu lejn l-aħmar

y = 0,390

A41

limitu lejn l-abjad

y = 0,790 - 0,670 x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

A1

0,545

0,425

A2

0,557

0,442

A3

0,609

0,390

A4

0,597

0,390

2.11.2.4.

“Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

R12

limitu lejn l-isfar

y = 0,335

R23

il-lokus spettrali

 

R34

il-linja vjola

 

R41

limitu lejn il-vjola

y = 0,978 - x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,643

0,335

R2

0,665

0,335

R3

0,735

0,265

R4

0,720

0,258

2.11.3.

Il-kulur binhar tad-dawl rifless minn apparat

2.11.3.1.

“Abjad” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

W12

limitu lejn il-vjola

y = x - 0,030

W23

limitu lejn l-isfar

y = 0,740 – x

W34

limitu lejn l-aħdar

y = x + 0,050

W41

limitu lejn il-blu

y = 0,570 – x

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

W1

0,300

0,270

W2

0,385

0,355

W3

0,345

0,395

W4

0,260

0,310

2.11.3.2.

“Isfar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

Y12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,534 x + 0,163

Y23

limitu lejn l-abjad

y = 0,910 - x

Y34

limitu lejn l-aħdar

y = 1,342 x - 0,090

Y41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

Y1

0,545

0,454

Y2

0,487

0,423

Y3

0,427

0,483

Y4

0,465

0,534

2.11.3.3.

“Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

R12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,346 – 0,053 x

R23

limitu lejn il-vjola

y = 0,910 – x

R34

limitu lejn l-isfar

y = 0,350

R41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

R1

0,690

0,310

R2

0,595

0,315

R3

0,560

0,350

R4

0,650

0,350

2.11.4.

Il-kulur binhar tal-apparat fluworexxenti

2.11.4.1.

“Aħmar” tfisser il-koordinati tal-kromatiċìtà (x, y)4 tad-dawl rifless li jinsabu fiż-żoni ta’ kromatiċìtà definiti mil-limiti:

FR12

limitu lejn l-aħmar

y = 0,346 – 0,053 x

FR23

limitu lejn il-vjola

y = 0,910 – x

FR34

limitu lejn l-isfar

y = 0,315 + 0,047 x

FR41

il-lokus spettrali

 

Bil-punti tal-intersezzjoni:

 

x

y

FR1

0,690

0,310

FR2

0,595

0,315

FR3

0,569

0,341

FR4

0,655

0,345

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tagħha għandhom jiġu sottomessi mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq.

3.2.

Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti u partikolaritajiet li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafi 2.2.1.1. sa 2.2.1.4. ta’ hawn fuq, flimkien mar-restrizzjonjiet dwar it-tagħbija, b’mod partikolari t-tagħbija massima permissibbli fil-bagoll;

3.2.2.

Lista tal-apparati preskritti mill-manifattur għall-assemblaġġ tat-tidwil u tas-sinjalar bid-dawl. Il-lista tista’ tinkludi diversi tipi ta’ apparat għal kull operazzjoni. Kull tip għandu jiġi identifikat b’mod xieraq (komponent, marka tal-approvazzjoni tat-tip, isem il-manifattur, eċċ.), u minbarra dan, għal kull funzjoni, il-lista tista’ tinkludi l-annotazzjoni addizzjonali “jew apparati ekwivalenti”;

3.2.3.

Disinn ta’ kif inhu mqassam l-apparat għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl kollu, fejn tintwera l-pożizzjoni tad-diversi apparati fuq il-vettura;

3.2.4.

Jekk ikun meħtieġ, sabiex tiġi verifikata l-konformità tal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, disinn/disinji ta’ kif inhi mfassla kull lampa individwali fejn jintwera s-superfiċe illuminanti kif definit fil-paragrafu 2.10.3., is-superfiċe li jemetti d-dawl kif definit fil-pargrafu 2.10.2., l-assi ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 2.10.5. u ċ-ċentru ta’ referenza kif definit fil-paragrafu 2.10.6. Din l-informazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (il-paragrafu 2.5.5.);

3.2.5.

Dikjarazzjoni tal-metodu li jintuża għad-definizzjoni tas-superfiċe apparenti (ara l-paragrafu 2.10.4.).

3.2.6.

Meta titwaħħal AFS fuq il-vettura, l-applikant għandu jippreżenta deskrizzjoni dettaljata li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

3.2.6.1.

Il-funzjonijiet u l-modalitajiet tad-dawl li għalihom ġiet approvata l-AFS;

3.2.6.2.

Is-sinjali ta’ kontroll tal-AFS relatati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom kif definiti skont l-Anness 10 tar-Regolament tan-NU Nru 123 jew l-Anness 14 tar-Regolament tan-NU Nru 149.

3.2.6.3.

Id-dispożizzjonijiet li jiġu applikati biex il-funzjonijiet u l-modalitajiet tad-dawl ta’ quddiem jiġu adattati awtomatikament skont il-paragrafu 6.22.7.4. ta’ dan ir-Regolament;

3.2.6.4.

Struzzjonijiet speċjali, jekk ikun hemm, għall-ispezzjoni tas-sorsi tad-dawl u għall-osservazzjoni viżwali tar-raġġ;

3.2.6.5.

Id-dokumenti skont il-paragrafu 6.22.9.2. ta’ dan ir-Regolament;

3.2.6.6.

Il-lampi li jkunu raggruppati jew ikkombinati ma’ jew reċiprokament inkorporati fl-AFS;

3.2.6.7.

L-unitajiet tad-dawl li huma ddisinjati sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.22.5. ta’ dan ir-Regolament.

3.2.7.

Għal vetturi tal-kategoriji M u N, deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku għall-apparati indikati fil-paragrafi 2.5.1., 2.5.2., 2.5.4., 2.5.6. u 2.5.7. ta’ hawn fuq, inkluż, jekk ikun il-każ, informazzjoni dwar provvista speċjali tal-elettriku/apparat elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl jew kontroll tal-intensità varjabbli.

3.2.8.

Skont id-diskrezzjoni tal-manifattur, dikjarazzjoni li tindika jekk il-lampi approvati għal u mgħammra b’sorsi tad-dawl LED ta’ sostituzzjoni humiex permessi li jiġu installati fuq il-vettura jew le u, jekk dan ikun permess, liema lampi.

3.3.

Vettura mhux mgħobbija mgħammra b’sett komplut ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, kif preskritt fil-paragrafu 3.2.2. ta’ hawn fuq, li tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandha tiġi sottomessa lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

3.4.

Id-dokument provdut fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi mehmuż mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fir-rigward tal-apparati kollha speċifikati fil-lista, l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 07, li jikkorrispondi għas-serje ta’ emendi 07) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ vettura jew lill-istess tip ta’ vettura ppreżentata b’apparat li mhux speċifikat fil-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2 ta’ hawn fuq, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.3.

Notifika tal-approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip/parti ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi komunikata lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (5);

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, ir-Regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.

L-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għandhom ikunu mwaħħla b’tali mod li f’kundizzjonijiet normali ta’ użu, kif definiti fil-paragrafi 2.3.10., 2.3.10.1. u 2.3.10.2., u minkejja kwalunkwe vibrazzjoni li jistgħu jkunu soġġetti għaliha, iżommu l-karatteristiċi preskritti f’dan ir-Regolament u jippermettu li l-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament B’mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li l-lampi jiġu aġġustati ħażin b’mod involontarju.

5.2.

Il-lampi illuminanti deskritti fil-paragrafi 2.5.1., 2.5.2. u 2.5.10. għandhom ikunu installati b’tali mod li l-aġġustament korrett tal-orjentazzjoni tagħhom ikun jista’ jitwettaq faċilment.

5.2.1.

Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem mgħammra b’mezzi li jipprevjenu l-iskumdità lil utenti oħra tat-triq f’pajjiż fejn it-traffiku jgħaddi fuq in-naħa tat-triq opposta għal dak tal-pajjiż li għalih ġie ddisinjat il-fanal ta’ quddiem, dawn il-miżuri għandhom jinkisbu awtomatikament jew mill-utent tal-vettura bil-vettura pparkjata mingħajr il-bżonn ta’ għodod speċjali (minbarra dawk ipprovduti mal-vettura (6)). Għandhom jingħataw struzzjonijiet dettaljati mill-manifattur tal-vettura mal-vettura.

5.3.

Għall-apparati kollha għas-sinjalar bid-dawl, inklużi dawk immuntati fuq il-panils tal-ġenb, l-assi ta’ referenza tal-lampa meta mwaħħla fuq il-vettura għandu jkun parallel mal-pjan ta’ appoġġ tal-vettura fit-triq; barra minn hekk, għandu jkun perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ tar-retrorifletturi tal-ġenb u tal-lampi li jimmarkaw il-ġnub u parallel ma’ dak il-pjan fil-każ tal-apparati għas-sinjalar l-oħra kollha. F’kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta’ ± 3°. Barra minn hekk, għandha tinżamm il-konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni speċifika rigward l-installazzjoni kif stabbilita mill-manifattur.

5.4.

Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-lampi għandhom jiġu verifikati meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u meta tkun fuq superfiċe ċatt u orizzontali fil-kundizzjoni definita fil-paragrafi 2.3.10., 2.3.10.1. u 2.3.10.2. u, fil-każ fejn tiġi installata AFS, bis-sistema fl-istat newtrali tagħha.

5.5.

Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-lampi li jikkostitwixxu par għandhom:

5.5.1.

Jitwaħħlu fuq il-vettura b’mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali (dan il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq il-forma ġeometrika esterjuri tal-lampa u mhux fuq it-tarf tas-superfiċe illuminanti msemmi fil-paragrafu 2.10.3.);

5.5.2.

Ikunu simmetriċi bejniethom fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali; dan ir-rekwiżit mhux validu fir-rigward tal-istruttura interjuri tal-lampa;

5.5.3.

Jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi u jkollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi. Dan ma għandux japplika f’każ ta’ par imqabbel ta’ lampi ta’ quddiem taċ-ċpar tal-Klassi F3;

5.5.4.

Ikollhom karatteristiċi fotometriċi sostanzjalment identiċi.

5.6.

Fuq vetturi li l-forma esterna tagħhom tkun asimmetrika, ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom jiġu ssodisfati safejn ikun possibbli.

5.7

Lampi raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati jew lampi singoli

5.7.1.

Il-lampi jistgħu jkunu raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ xulxin sakemm ir-rekwiżiti kollha fir-rigward tal-kulur, tal-pożizzjoni, tal-orjentazzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u tal-konnessjonijiet elettriċi kif ukoll rekwiżiti oħra, jekk ikun hemm, jiġu ssodisfati.

5.7.1.1.

Ir-rekwiżiti fotometriċi u kolorimetriċi ta’ lampa għandhom jiġu ssodisfati meta l-funzjonijiet l-oħra kollha li din il-lampa tkun raggruppata, ikkombinata jew reċiprokamenta inkorporata magħhom ikunu MITFIJA.

Madankollu, meta lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara tkun reċiprokament inkorporata ma’ funzjoni waħda oħra jew iktar li tista’ tiġi MIXGĦULA flimkien magħha, ir-rekwiżiti dwar il-kulur ta’ kull waħda minn dawn il-funzjonijiet l-oħra għandhom jiġu ssodisfati meta l-funzjoni(jiet) reċiprokament inkorporata/i u l-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara jkunu MIXGĦULA.

5.7.1.2.

Il-lampi tal-waqfien u l-lampi indikaturi tad-direzzjoni ma jistgħux ikunu reċiprokament inkorporati.

5.7.1.3.

Meta l-lampi tal-waqfien u l-lampi indikaturi tad-direzzjoni jkunu raggruppati, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.7.1.3.1.

Kwalunkwe linja dritta orizzontali jew vertikali li tgħaddi mill-projezzjonjiet tas-superfiċji apparenti ta’ dawn il-funzjonijiet fuq pjan perpendikulari mal-assi ta’ referenza, ma għandhiex taqsam aktar minn żewġ linji ta’ demarkazzjoni li jisseparaw żoni biswit xulxin ta’ kulur differenti;

5.7.1.3.2.

Ma għandux ikun hemm soprapożizzjoni tas-superfiċji apparenti tagħhom fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza, abbażi taż-żoni delimitati mill-kontorn tas-superfiċji tagħhom li jemettu d-dawl.

5.7.2.

Lampi singoli

5.7.2.1.

Lampi singoli kif definiti fil-paragrafu 2.4.11.1., subparagrafu (a), lis-superfiċe apparenti tagħhom ikun magħmul minn żewġ partijiet distinti jew aktar, għandhom jiġu installati b’tali mod li:

(a)

Jew l-erja totali tal-projezzjoni tal-partijiet distinti tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza fuq pjan tanġenzjali mas-superfiċe esterjuri tal-lenti ta’ barra u perpendikulari mal-assi ta’ referenza tkun tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjoni ta’ dak is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza; jew

(b)

Id-distanza minima bejn it-truf opposti ta’ żewġ partijiet distinti biswit xulxin/tanġenzjali tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ma tkunx aktar minn 75 mm meta mkejla b’mod perpendikulari mal-assi ta’ referenza.

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw fil-każ ta’ retroriflettur singolu.

5.7.2.2.

Lampi singoli kif definiti fil-paragrafu 2.4.11.1., subparagrafu (b) jew (c), magħmula minn żewġ lampi mmarkati “D” jew żewġ retrorifletturi indipendenti, għandhom jiġu installati b’tali mod li:

(a)

Jew il-projezzjoni tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza taż-żewġ lampi jew retrorifletturi tkun tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija tal-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet ta’ dawk is-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza; jew

(b)

Id-distanza minima bejn it-truf opposti tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ żewġ lampi jew żewġ retrorifletturi indipendenti ma tkunx aktar minn 75 mm meta mkejla b’mod perpendikulari mal-assi ta’ referenza.

5.7.2.3.

Lampi singoli kif definiti fil-paragrafu 2.4.11.1., subparagrafu (d) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.7.2.1.

Meta żewġ lampi jew iktar u/jew żewġ superfiċji apparenti separati jew aktar ikunu inklużi fl-istess qafas tal-lampa u/jew ikollhom lenti ta’ barra komuni, dawn ma għandhomx jitqiesu bħala sistema ta’ lampi interdipendenti.

Madankollu, lampa li jkollha forma ta’ faxxa jew strixxa tista’ tkun parti minn sistema ta’ lampi interdipendenti.

5.7.2.4.

Żewġ lampi jew numru biż-żewġ ta’ lampi li jkollhom forma ta’ faxxa jew strixxa għandhom jitqiegħdu b’mod simmetriku fir-rigward tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, u jestendu fuq iż-żewġ naħat sa mill-inqas 0,4 m mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura, u ma jkunux itwal minn 0,8 m; id-dawl ta’ dan is-superfiċe għandu jkun provdut minn tal-anqas żewġ sorsi tad-dawl li jkunu kemm jista’ jkun viċin it-truf tiegħu; is-superfiċe li jemetti d-dawl jista’ jkun magħmul minn numru ta’ elementi mpoġġija maġenb xulxin bil-kundizzjoni li dawn is-superfiċji individwali li jemettu d-dawl, meta jiġu projettati fuq pjan trasversali, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.7.2.1.

5.8.

L-għoli massimu ’l fuq mill-art għandu jitkejjel mill-ogħla punt, u l-għoli minimu mill-aktar punt baxx tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza.

Meta l-għoli (massimu u minimu) ’il fuq mill-art jissodisfa b’mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma jkunx hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ ebda superfiċe.

5.8.1.

Sabiex jiċċekknu l-angoli ta’ viżibilità ġeometrika, il-pożizzjoni tal-lampa fir-rigward tal-għoli ’l fuq mill-art, għandha titkejjel mill-pjan H.

5.8.2.

Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, l-għoli minimu ’l fuq mill-art jitkejjel mill-aktar punt baxx tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza indipendentement mill-użu tiegħu.

5.8.3.

Il-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa’, tiġi ddeterminata mit-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li jkun l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura b’referenza għall-wisa’ totali, u mit-truf ta’ ġewwa tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza b’referenza għad-distanza bejn il-lampi.

Meta l-pożizzjoni, fir-rigward tal-wisa’, tissodisfa b’mod ċar ir-rekwiżiti tar-Regolament, ma jkunx hemm għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ ebda superfiċe.

5.9.

Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-karatteristiċi fotometriċi (eż. l-intensità, il-kulur, is-superfiċe apparenti, eċċ.) ta’ lampa ma għandhomx jiġu varjati intenzjonalment matul il-perjodu meta l-lampa tkun MIXGĦULA.

5.9.1.

Il-lampi indikaturi tad-direzzjoni, is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu mill-vettura, il-lampi ambra li jimmarkaw il-ġnub li jkunu konformi mal-paragrafu 6.18.7. ta’ hawn taħt, u s-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandhom ikunu lampi li jteptpu.

5.9.2.

Il-karatteristiċi fotometriċi ta’ kwalunkwe lampa jistgħu jvarjaw:

(a)

Skont id-dawl ambjentali;

(b)

Bħala konsegwenza ta’ lampi oħra li jiġu MIXGĦULA jew MITFIJA; jew

(c)

Meta l-lampi jkunu qed jintużaw biex jipprovdu funzjoni tad-dawl oħra; dment li kwalunkwe varjazzjoni fil-karatteristiċi fotometriċi tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi għal-lampa kkonċernata.

5.9.3.

Il-karatteristiċi fotometriċi ta’ lampa indikatur tad-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a jew 2b jistgħu jiġu varjati waqt it-teptip bl-attivazzjoni sekwenzjali tas-sorsi tad-dawl kif speċifikat fil-paragrafu 5.6. tar-Regolament tan-NU Nru 6. jew il-paragrafu 5.6.11. tar-Regolament tan-NU Nru 148.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta l-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 2a u 2b jiġu operati bħala sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza skont il-paragrafu 6.23.1. ta’ dan ir-Regolament.

5.10.

Lampa kif definita fil-paragrafu 2.1.5. ma għandha temetti l-ebda dawl aħmar f’direzzjoni ’l quddiem li jista’ jagħti lok għal konfużjoni, u lampa kif definita fil-paragrafu 2.1.5. ma għandha temetti l-ebda dawl abjad f’direzzjoni lura li jista’ jagħti lok għal konfużjoni. L-apparati għat-tidwil imwaħħla għat-tidwil interjuri tal-vettura ma għandhomx jitqiesu. F’każ ta’ dubju, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat kif ġej:

5.10.1.

Għall-viżibilità tad-dawl aħmar lejn il-parti ta’ quddiem ta’ vettura, bl-eċċezzjoni tal-lampa ħamra li timmarka l-ġnub fuq wara nett, ma għandu jkun hemm l-ebda viżibilità diretta tas-superfiċe apparenti ta’ lampa ħamra għal osservatur li jkun fiż-Żona 1 fi pjan trasversali li jkun 25 m quddiem il-vettura (ara l-Anness 4);

5.10.2.

Għall-viżibilità ta’ dawl abjad lejn il-parti ta’ wara tal-vettura, bl-eċċezzjoni tal-lampi tar-reverse u tal-immarkar kospikwu abjad fuq il-ġnub tal-vettura, għal osservatur li jkun fiż-Żona 2 fi pjan trasversali li jkun 25 m wara l-vettura (ara l-Anness 4), l-ebda superfiċe apparenti ta’ lampa bajda ma għandu jkun direttament viżibbli;

5.10.3.

Fil-pjani rispettivi tagħhom, iż-żoni 1 u 2 esplorati minn għajn l-osservatur huma limitati:

5.10.3.1.

Fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 2,2 m ’il fuq mill-art;

5.10.3.2.

Fil-wisa’, minn żewġ pjani vertikali li, ’il quddiem u lura rispettivament jiffurmaw angolu ta’ 15° ’il barra mill-pjan mejdan lonġitudinali tal-vettura, jgħaddu mill-punt jew mill-punti ta’ kuntatt ta’ pjani vertikali paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita l-wisa’ totali tal-vettura; jekk ikun hemm diversi punti ta’ kuntatt, l-aktar punt ’il quddiem għandu jikkorrispondi mal-pjan ta’ quddiem u l-aktar punt lura mal-pjan ta’ wara.

5.11.

Il-konnessjonjiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara, il-lampi li jindikaw it-tarf tal-vettura, jekk hemm, il-lampi li jimmarkaw il-ġnub, jekk hemm, u l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jiġu MIXGĦULA u MITFIJA fl-istess ħin biss.

5.11.1.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta tkun teżisti waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Meta l-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara jkunu MIXGĦULA, kif ukoll il-lampi li jimmarkaw il-ġnub meta kkombinati jew reċiprokament inkorporati mal-lampi msemmija, bħala lampi tal-ipparkjar;

(b)

Meta l-lampi li jimmarkaw il-ġnub iteptpu fl-istess ħin bħal-lampi indikaturi tad-direzzjoni;

(c)

Meta l-lampi tas-sewqan binhar jkunu MIXGĦULA;

(d)

Meta l-funzjoni tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem tiġi sostitwita skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.12.1. ta’ hawn taħt.

5.11.2.

Fil-każ ta’ sistema ta’ lampi interdipendenti, is-sorsi tad-dawl kollha għandhom jiġu MIXGĦULA u MITFIJA fl-istess ħin.

5.12.

Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li l-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni u b’raġġ baxx u l-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar ma jkunux jistgħu jiġu MIXGĦULA ħlief jekk il-lampi msemmija fil-paragrafu 5.11. ma jiġux MIXGĦULA ukoll. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika, madanakollu, għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jew b’raġġ baxx meta t-twissijiet ta’ luminożità tagħhom jingħataw permezz ta’ tidwil intermittenti f’intervalli qosra tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jew permezz ta’ tidwil intermittenti f’intervalli qosra tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jew permezz tat-tidwil alternat f’intervalli qosra tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni u b’raġġ baxx.

5.12.1.

Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx u/jew il-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni u/jew il-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar jistgħu jissostitwixxu l-funzjoni tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem, sakemm:

5.12.1.1.

Il-konnessjonijiet elettriċi tagħhom ikunu tali li f’każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-apparati għat-tidwil, il-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem jerġgħujiġu MIXGĦULA awtomatikament; u

5.12.1.2.

Il-lampa/funzjoni ta’ sostituzzjoni tkun tissodisfa, għal-lampa tal-pożizzjoni rispettiva, ir-rekwiżiti dwar:

(a)

Il-viżibilità ġeometrika preskritta għal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem fil-paragrafu 6.9.5.; u

(b)

Il-valuri fotometriċi minimi skont l-angoli tad-distribuzzjoni tad-dawl; u

5.12.1.3.

Evidenza xierqa li turi l-konformità mar-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 5.12.1.2. ta’ hawn fuq tingħata fir-rapporti tat-test tal-lampa ta’ sostituzzjoni.

5.13.

Indikatur operatorju

Meta dan ir-Regolament jipprovdi għal indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq, dan jista’ jiġi sostitwit minn indikatur operatorju “tal-funzjonament”.

5.14.

Lampi jinħbew

5.14.1.

Il-ħabi tal-lampi għandu jkun ipprojbit, ħlief għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni, għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx u għal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar, li jistgħu jinħbew meta ma jkunux qed jintużaw.

5.14.2.

Fil-każ ta’ kwalunkwe ħsara li taffettwa l-ħidma tal-apparat(i) tal-ħabi, il-lampi għandhom jibqgħu fil-pożizzjoni tal-użu, jekk ikunu diġà qed jintużaw, jew għandhom ikunu jistgħu jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu mingħajr l-għajnuna ta’ għodda.

5.14.3.

Għandu jkun possibbli li l-lampi jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu u li jiġu MIXGĦULA permezz ta’ kontroll wieħed, mingħajr ma tkun eskluża l-possibbiltà li jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni tal-użu mingħajr ma jiġu MIXGĦULA. Madanakollu, fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni u b’raġġ baxx raggruppati, il-kontroll imsemmi hawn fuq huwa meħtieġ biss għall-attivazzjoni tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx.

5.14.4.

Ma għandux ikun possibbli, li b’mod deliberat, mis-sit tas-sewwieq, jitwaqqaf il-moviment tal-lampi MIXGĦULA qabel ma jilħqu l-pożizzjoni tal-użu. Jekk ikun hemm periklu li l-moviment tal-lampi jgħammex għajnejn l-utenti l-oħra tat-triq, dawn jistgħu jinxtegħlu biss meta jilħqu l-pożizzjoni tal-użu tagħhom.

5.14.5.

Meta l-apparat tal-ħabi jkollu temperatura ta’bejn -30 °C u +50 °C, il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu jistgħu jilħqu l-pożizzjoni tal-użu fi tliet sekondi mit-tħaddim inizjali tal-kontroll.

5.15.

Il-kuluri tad-dawl emess mil-lampi (7) huma dawn li ġejjin:

Fanal ta’ quddiem b’raġġ ewlieni:

Abjad

Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx:

Abjad

Lampa ta’ quddiem taċ-ċpar:

Abjad jew isfar selettiv

Lampa tar-reverse:

Abjad

Lampa indikatur tad-direzzjoni:

Ambra

Sinjal ta’ twissija ta’ periklu:

Ambra

Lampa tal-waqfien:

Aħmar

Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza:

Ambra jew aħmar

Sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara:

Ambra

Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara:

Abjad

Lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem:

Abjad

Lampa tal-pożizzjoni ta’ wara:

Aħmar

Lampa ta’ wara taċ-ċpar:

Aħmar

Lampa tal-ipparkjar:

Abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara, ambra jekk reċiprokament inkorporata fil-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġnub jew fil-lampi li jimmarkaw il-ġnub.

Lampa li timmarka l-ġnub:

Ambra; madanakollu l-lampa li timmarka l-ġnub fuq wara nett tista’ tkun ħamra jekk tkun raggruppata jew kombinata jew reċiprokament inkorporata mal-lampa tal-pożizzjoni ta’ wara, mal-lampa li tindika t-tarf ta’ wara tal-vettura, mal-lampa ta’ wara taċ-ċpar, mal-lampa tal-waqfien jew tkun raggruppat jew ikollha parti mis-superfiċe li jemetti d-dawl komuni mar-retroriflettur ta’ wara.

Lampa li tindika t-tarf tal-vettura:

Abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara

Lampa tas-sewqan binhar:

Abjad

Retroriflettur ta’ wara, mhux trijangulari:

Aħmar

Retroriflettur ta’ wara, trijangulari:

Aħmar

Retroriflettur ta’ quddiem, mhux trijangulari:

Identiku għal dawl inċidentali (8)

Retroriflettur tal-ġnub, mhux trijangulari:

Ambra; madanakollu r-retrorifletur tal-ġnub fuq wara nett jista’ jkun aħmar jekk ikun raggruppat jew ikollu parti mis-superfiċe li jemetti d-dawl komuni mal-lampa tal-pożizzjoni ta’ wara, mal-Lampa li tindika t-tarf ta’ wara, mal-lampa ta’ wara taċ-ċpar, mal-lampa tal-waqfien, mal-lampa ħamra li timmarka l-ġnub fuq wara nett jew mar-retroriflettur ta’ wara, mhux trijangulari.

Lampa tal-kantunieri:

Abjad

Immarkar kospikwu:

Abjad fuq quddiem;

 

Abjad jew isfar fuq il-ġenb;

 

Aħmar jew isfar fuq wara (9).

Sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem (AFS):

Abjad

Lampa tal-korteżija esterjuri:

Abjad

Lampa tal-immanuvrar:

Abjad

5.16.

Numru ta’ lampi

5.16.1.

In-numru ta’ lampi mmuntati fuq il-vettura għandu jkun daqs in-numru indikat fl-ispeċifikazzjonijiet individwali ta’ dan ir-Regolament.

5.17.

Kwalunkwe lampa tista’ tiġi installata fuq komponenti li jiċċaqilqu dment li l-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 5.18., 5.19. u 5.20. jiġu ssodisfati.

5.18.

Il-lampi tal-pożizzjoni ta’ wara, l-indikaturi tad-direzzjoni ta’ wara u r-retrorifletturi ta’ wara, trijangulari kif ukoll mhux trijangulari, jistgħu jiġu installati fuq komponenti li jiċċaqilqu biss:

5.18.1.

Jekk fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu, il-lampi fuq il-komponenti li jiċċaqilqu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għal dawk il-lampi.

5.18.2.

Fil-każ fejn il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.18. jinkisbu b’assemblaġġ ta’ żewġ lampi mmarkati “D” (ara l-paragrafu 2.4.11.1.), waħda mil-lampi biss tkun meħtieġa tissodisfa r-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk fotometriċi għal dawk il-lampi fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu.

jew

5.18.3.

Fil-każ li jitwaħħlu lampi addizzjonali għall-funzjonijiet imsemmija hawn fuq u dawn jiġu MIXGĦULA, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, dment li dawn il-lampi addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u fotometriċi applikabbli għall-lampi installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

5.18.4.

Fil-każ fejn il-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.18. jinkisbu b’sistema ta’ lampi interdipendenti, tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fil-każ li s-sistema sħiħa ta’ lampi interdipendenti tiġi mmuntata fuq il-komponent(i) li jiċċaqlaq, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.18.1. għandhom jiġu ssodisfati. Madankollu, jistgħu lampi addizzjonali għall-funzjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu MIXGĦULA, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, dment li dawn il-lampi addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha applikabbli għall-lampi installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

jew

(b)

Fil-każ li s-sistema ta’ lampi interdipendenti tkun immuntata parzjalment fuq il-komponent fiss u parzjalment fuq komponent li jiċċaqlaq, ħlief għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni, il-lampa/i interdipendenti speċifikata/i mill-Applikant waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-apparat għandha/għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika ’l barra u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għal dawk il-lampi, fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu.

Ir-rekwiżit(i) tal-viżibilità ġeometrika ’l ġewwa għandu/għandhom jitqies(u) li hu(ma) ssodisfat(i) jekk din/dawn il-lampa/i interdipendenti tkun/ikunu għadha/għadhom konformi mal-valuri preskritti fil-kamp tad-distribuzzjoni tad-dawl għall-approvazzjoni tal-apparat, fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu.

Għal lampi indikaturi tad-direzzjoni, il-lampa/i interdipendenti speċifikata/i mill-Applikant waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-apparat għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponent(i) li jiċċaqilqu. Dan ma japplikax fejn, sabiex jiġi żgurat l-angolu tal-viżibilità ġeometrika kollu, jiġu MIXGĦULA lampi addizzjonali meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, dment li dawn il-lampi addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni u dawk fotometriċi u kolorimetriċi kollha applikabbli għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

5.19.

Meta l-komponenti li jiċċaqilqu jkunu f’pożizzjoni li mhix “pożizzjoni normali ta’ użu”, l-apparati installati fuqhom ma għandhomx jikkawżaw skumdità żejda lill-utenti tat-triq.

5.20.

Meta fuq komponent li jiċċaqlaq tiġi installata lampa u l-komponent li jiċċaqlaq ikun fil-“pożizzjoni(jiet) normali ta’ użu”, il-lampa għandha dejjem tirritorna għall-pożizzjoni(jiet) speċifikata/i mill-manifattur skont dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx u lampi ta’ quddiem taċ-ċpar, dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk, meta l-komponenti li jiċċaqilqu jiġu mċaqilqa u rritornati għall-pożizzjoni normali għal 10 darbiet, l-ebda valur tal-inklinazzjoni angolari ta’ dawn il-fanali, relattiv għall-appoġġ tiegħu, imkejjel wara kull operazzjoni tal-komponent li jiċċaqlaq, ma jvarja b’aktar minn 0,15 fil-mija mill-medja tal-10 valuri mkejla. Jekk dan il-valur jinqabeż, kull valur ta’ limitu speċifikat fil-paragrafu 6.2.6.1.1. imbagħad għandu jiġi immodifikat b’dan l-ammont ta’ eċċess sabiex titnaqqas il-firxa tal-inklinazzjonijiet permessa għall-kontroll tal-vettura skont l-Anness 6.

5.21.

Is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara, tal-lampi indikaturi ta-direzzjoni ta’ quddiem u ta’ wara u tar-retrorifletturi ma għandux ikun mgħotti b’aktar minn 50 fil-mija minn kwalunkwe komponent li jiċċaqlaq, kemm jekk ikollu installat fuqu apparat għas-sinjalar bid-dawl kif ukoll jekk le, fi kwalunkwe pożizzjoni fissa differenti mill-“pożizzjoni normali ta’ użu”.

Pożizzjoni fissa ta’ komponent li jiċċaqlaq tfisser il-pożizzjoni(jiet) stabbli jew wieqfa tal-komponent li jiċċaqlaq speċifikata/i mill-manifattur tal-vettura, kemm jekk illokjata kif ukoll jekk le.

Jekk ir-rekwiżit ta’ hawn fuq mhux prattikabbli:

5.21.1.

Lampi addizzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pożizzjoni, tal-viżibilità ġeometrika u dawk kolorimetriċi u fotometriċi kollha għal-lampi indikati hawn fuq għandhom jiġu MIXGĦULA meta s-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ dawn il-lampi jkun moħbi b’aktar minn 50 fil-mija mill-komponent li jiċċaqlaq;

5.21.2.

Għandha ssir rimarka fil-formola ta’ komunikazzjoni (punt 10.1. tal-Anness 1) sabiex tinforma lill-Amministrazzjonijiet l-oħra li aktar minn 50 fil-mija tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza jista’ jiġi moħbi mill-komponenti li jiċċaqilqu; u

Għandu jkun hemm notifika fil-vettura li tinforma lill-utent li f’ċerta/i pożizzjoni(jiet) tal-komponenti li jiċċaqilqu, għandu jwissi lill-utenti l-oħra tat-triq bil-preżenza tal-vettura fit-triq; pereżempju, permezz ta’ trijanglu ta’ twissija jew apparati oħra skont ir-rekwiżiti nazzjonali għall-użu fit-triq.

5.21.3.

Il-paragrafu 5.21.2. ma japplikax għar-retrorifletturi.

5.22.

Bl-eċċezzjoni tar-retrorifletturi, lampa, anki jekk ikollha marka tal-approvazzjoni, ma titqiesx bħala preżenti jekk ma tkunx tista’ titħaddem bis-sempliċi installazzjoni ta’ sors tad-dawl u/jew fjus.

5.23.

Il-lampi approvati b’sors(i) tad-dawl skont ir-Regolament Nru 37, ħlief meta dawn is-sorsi tad-dawl jintużaw bħala sors(i) tad-dawl mhux sostitwibbli kif definit fil-paragrafu 2.9.1.2., għandhom jitwaħħlu fuq il-vettura b’tali mod li s-sors tad-dawl ikun jista’ jiġi sostitwit b’mod korrett mingħajr il-bżonn ta’ għajnuna esperta u mingħajr ma jintużaw għodod speċjali, ħlief dawk provduti mal-vettura mill-manifattur. Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi, mal-vettura, deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura għas-sostituzzjoni.

5.23.1.

Fil-każ meta l-modulu ta’ sors tad-dawl jinkludi ħowlder għal sors tad-dawl sostitwibbli approvat skont ir-Regolament Nru 37, dan is-sors tad-dawl għandu jiġi sostitwit kif meħtieġ fil-paragrafu 5.23. ta’ hawn fuq.

5.24.

Hija permessa kwalunkwe sostituzzjoni temporanja ta’ sikurezza tal-funzjoni tas-sinjalar bid-dawl ta’ lampa tal-pożizzjoni ta’ wara, dment li l-funzjoni ta’ sostituzzjoni f’każ ta’ ħsara tkun simili fil-kulur, fl-intensità ewlenija u fil-pożizzjoni għall-funzjoni li tkun waqfet taħdem u dment li l-apparat ta’ sostituzzjoni jibqa’ operattiv fil-funzjoni ta’ sikurezza oriġinali tiegħu. Waqt is-sostituzzjoni, indikatur operatorju fuq id-daxxbord (il-paragrafu 2.3.5. ta’ dan ir-Regolament) għandu jindika li saret sostituzzjoni temporanja u li hemm ħtieġa għal tiswija.

5.25.

Meta tiġi installata AFS, din għandha titqies bħala ekwivalenti għal par fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx u, jekk tipprovdi funzjoni(jiet) ta’ raġġ ewlieni, għandha titqies bħala ekwivalenti għal par fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni.

5.26.

Huma permessi lampi indikaturi tad-direzzjoni ta’ wara, lampi tal-pożizzjoni ta’ wara, lampi tal-waqfien (ħlief lampi tal-waqfien tal-kategorija S4) u lampi ta’ wara taċ-ċpar b’kontroll tal-intensità luminuża varjabbli, li jirreaġixxu fl-istess ħin għal mill-inqas waħda mill-influwenzi esterni li ġejjin: tidwil ambjentali, ċpar, silġ, ilma, sprej, sħab ta’ trab, kontaminazzjoni tas-superfiċe li jemetti d-dawl, dment li matul it-tranżizzjonijiet ta’ varjazzjoni kollha jinżamm ir-rapport tal-intensitajiet preskritt tagħhom. Matul tranżizzjoni ma għandha tiġi osservata l-ebda varjazzjoni f’daqqa fl-intensità. Il-lampi tal-waqfien tal-kategorija S4 jistgħu jipproduċu intensità luminuża varjabbli indipendenti mil-lampi l-oħra. Jista’ jkun possibbli li s-sewwieq jissettja l-funzjonijiet ta’ hawn fuq għal intensitajiet luminużi li jikkorrispondu għall-kategorija stabbli tagħhom u jirritornahom għall-kategorija varjabbli awtomatika tagħhom.

5.27.

Għal vetturi tal-kategoriji M u N, l-applikant għandu juri lis-Servizz Tekniku responsabbli mill-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip li l-kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku għall-apparati indikati fil-paragrafi 2.5.1., 2.5.2., 2.5.4., 2.5.6. u 2.5.7. ta’ hawn fuq, meta s-sistema elettrika tal-vettura tkun f’kundizzjoni ta’ tħaddim b’vultaġġ kostanti, rappreżentattiv għall-kategorija rilevanti ta’ vettura motorizzata kif speċifikat mill-applikant, huma konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

5.27.1.

Il-vultaġġ ipprovdut fit-terminali tal-apparati li, skont id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tagħhom, ikunu ġew ittestjati bl-applikazzjoni ta’ provvista speċjali tal-elettriku/apparat elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl, jew f’modalità tat-tħaddim sekondarja jew f’vultaġġ mitlub mill-applikant, ma għandux ikun ogħla mill-vultaġġ speċifikat għall-apparati jew funzjonijiet rilevanti kif ikunu ġew approvati.

5.27.2.

Fil-każijiet kollha ta’ kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku mhux koperti mill-paragrafu 5.27.1., il-vultaġġ fit-terminali tal-apparat(i) jew tal-funzjoni(jiet) ma għandux ikun ogħla minn 6,75 V (6 Volt-Systems), 13,5 V (12 Volt-Systems) jew 28 V (24 Volt-Systems) b’iktar minn 3 fil-mija. Il-mezzi ta’ kontroll tal-vultaġġ massimu fit-terminali tal-apparat jistgħu, għall-konvenjenza, ikunu fl-apparat innifsu.

5.27.3.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5.27.1. u 5.27.2. ma għandhomx japplikaw għal apparati li jinkludu apparat elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl jew kontroll tal-intensità varjabbli li jkun parti mill-apparat.

5.27.4.

Mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni għandu jiġi mehmuż rapport li jiddeskrivi l-metodi użati biex jintwerew il-konformità u r-riżultati miksuba.

5.28.

Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-viżibilità ġeometrika

5.28.1.

Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu fuq ġewwa tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn kwalunkwe parti tas-superfiċe apparenti tal-lampa osservat mill-infinità. Madankollu, l-ostakli ma jitqisux, jekk ikunu diġà ġew ippreżentati meta l-lampa tkun kisbet l-approvazzjoni tat-tip.

5.28.2.

Jekk il-kejl jittieħed eqreb tal-lampa, id-direzzjoni ta’ osservazzjoni għandha tiġi spostjata b’mod parallel sabiex tinkiseb l-istess preċiżjoni.

5.28.3.

Jekk, meta l-lampa tiġi installata, kwalunkwe parti mis-superfiċe apparenti tal-lampa tkun moħbija minn xi parti oħra tal-vettura, għandhom jiġu ppreżentati provi li l-parti tal-lampa li mhix moħbija mill-ostakli għadha konformi mal-valuri fotometriċi preskritti għall-approvazzjoni tal-apparat.

5.28.4.

Meta l-angolu vertikali tal-viżibilità ġeometrika taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5° (lampa f’għoli ta’ inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), il-kamp fotometriku tal-kejl tal-unità ottika installata jista’ jitnaqqas għal 5° taħt l-orizzontali.

5.28.5.

Fil-każ ta’ sistema ta’ lampi interdipendenti, ir-rekwiżiti tal-viżibilità ġeometrika għandhom jiġu ssodisfati meta l-lampi interdipendenti jitħaddmu flimkien.

5.29.

Il-moduli LED ma għandhomx għalfejn ikunu sostitwibbli, jekk ikun iddikjarat hekk fl-iskeda ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent.

5.30.

Il-lampi (apparati) kollha għandhom, fejn ikun applikabbli, ikollhom approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tan-NU korrispondenti kif speċifikat fis-subparagrafi rilevanti tal-paragrafu 6. ta’ dan ir-Regolament meta jkunu installati fuq vettura.

5.31.

Il-lampi li jiġu installati fuq vettura approvata skont dan ir-Regolament u approvati għal kategorija waħda jew aktar ta’ sorsi tad-dawl sostitwibbli skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 37, 99 jew 128, għandhom ikunu mgħammra b’sorsi tad-dawl approvati skont dawn il-kategoriji ta’ sorsi tad-dawl biss.

Dan ir-rekwiżit ma jikkonċernax moduli ta’ sorsi tad-dawl, moduli LED u moduli ta’ sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli, għajr meta jkun meħtieġ li dawn ikunu approvati mir-Regolament tan-NU applikabbli.

5.32.

Indikatur tal-istatus estern

Indikatur tal-istatus estern wieħed għal Sistema tal-Allarm għall-Vetturi (VAS), għal Sistema tal-Allarm (AS) u għal immobilizzatur huwa permess jekk:

(a)

L-intensità tad-dawl fi kwalunkwe direzzjoni ma tkunx aktar minn 0,5 cd;

(b)

Il-kulur tad-dawl emess ikun abjad, aħmar jew ambra;

(c)

L-erja tas-superfiċe apparenti ma tkunx akbar minn 20 cm2.

Fuq vettura jistgħu jintużaw sa żewġ indikaturi tal-istatus esterni għal Sistema tal-Allarm għall-Vetturi (VAS), għal Sistema tal-Allarm (AS) u għal immobilizzatur dment li s-superfiċe apparenti ma jkunx akbar minn 10 cm2 għal kull indikatur.

5.33.

Apparat li jiġi approvat għat-tip skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għar-Regolamenti tan-NU Nru 148 u/jew 149 u/jew 150 jitqies bħala ekwivalenti għal wieħed approvat skont l-aħħar serje ta’ emendi għar-Regolamenti tan-NU pertinenti: ir-Regolamenti tan-NU Nru 148 u/jew 149 u/jew 150, meta l-indiċijiet tal-bidla (definiti fil-paragrafu 2.1.6.) relatati ma’ kull lampa (funzjoni) individwali ma jvarjawx. F’dan il-każ, apparat bħal dan jista’ jitwaħħal fuq il-vettura li trid tiġi approvata għat-tip mingħajr l-ebda aġġornament tad-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-apparat u l-immarkar tal-apparat.

5.34.

L-użu ta’ lampi approvati għal u mgħammra b’sors(i) tad-dawl LED ta’ sostituzzjoni, huwa permess esklussivament fil-każ fejn id-dikjarazzjoni indikata fil-paragrafu 3.2.8. tkun preżenti u pożittiva.

Sabiex jiġi vverifikat li din id-dikjarazzjoni tiġi rispettata, kemm fl-approvazzjoni tat-tip kif ukoll fil-verifika tal-konformità tal-produzzjoni, għandha tiġi ċċekkjata l-preżenza tal-immarkar fuq il-lampi relatat mal-użu tas-sors(i) tad-dawl LED ta’ sostituzzjoni.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI

6.1.

Fanal ta’ quddiem b’raġġ ewlieni (ir-Regolamenti tan-NU Nru 98, Nru 112 jew 149)

6.1.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati. Projbita fuq it-trejlers.

6.1.2.

Numru

Tnejn jew erbgħa, bit-tip approvat skont

(a)

ir-Regolamenti Nru 98 jew Nru 112, ħlief għal fanali ta’ quddiem tal-Klassi A;

jew

(b)

ir-Regolament tan-NU Nru 149, Fanali ta’ quddiem tal-Klassijiet B u D biss.

Għal vetturi tal-kategorija N3: Jistgħu jiġu installati żewġ fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni addizzjonali.

Meta vettura tkun mgħammra b’erba’ fanali ta’ quddiem li jistgħu jinħbew, l-installazzjoni ta’ żewġ fanali ta’ quddiem addizzjonali għandha tiġi awtorizzata biss għall-fini ta’ sinjalar bid-dawl, li jsir permezz ta’ tidwil intermittenti f’intervalli qosra (ara l-paragrafu 5.12. ta’ hawn fuq) binhar.

6.1.3.

Arranġament

L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.

Pożizzjoni

6.1.4.1.

Fil-wisa’: L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.2.

Fl-għoli: L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.3.

Fit-tul: Fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew tas-superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.1.5.

Viżibilità ġeometrika

Il-viżibilità tas-superfiċe illuminanti, inkluża il-viżibilità tiegħu f’żoni li ma jidhrux imdawla fid-direzzjoni tal-osservazzjoni meqjusa, għandha tiġi żgurata fi ħdan spazju diverġenti definit minn linji ta’ ġenerazzjoni abbażi tal-perimetru tas-superfiċe illuminanti u li jiffurmaw angolu ta’ mhux inqas minn 5° mal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem. L-oriġini tal-angoli tal-viżibilità ġeometrika hija l-perimetru tal-projezzjoni tas-superfiċe illuminanti fuq pjan trasversali tanġenzjali għall-parti ta’ quddiem nett tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem.

6.1.6.

Orjentazzjoni

’Il quddiem.

Biex jiġi prodott id-dawl għal-liwi, ma jistax jiddawwar aktar minn fanal ta’ quddiem b’raġġ ewlieni wieħed fuq kull ġenb tal-vettura.

6.1.7.

Konnessjonijiet elettriċi

6.1.7.1.

Ħlief meta jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermittenti f’intervalli qosra, il-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jistgħu jkunu MIXGĦULA biss meta l-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jiġu attivati manwalment jew meta jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni awtomatika tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx. Konsegwentement, il-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni għandhom jiġu MITFIJA awtomatikament meta l-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jiġu diżattivati manwalment jew il-kundizzjonijiet biex il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jiġu MIXGĦULA awtomatikament ma jibqgħux jeżistu.

6.1.7.2.

Il-kontroll tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jista’ jkun awtomatiku għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tagħhom, fejn is-sinjali tal-kontroll jiġu prodotti minn ta’ sistema ta’ sensors li tkun kapaċi tidentifika u tirreaġixxi għall-inputs li ġejjin:

(a)

Kundizzjonijiet tat-tidwil ambjentali;

(b)

Id-dawl emess mill-apparati għat-tidwil ta’ quddiem u l-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta’ quddiem ta’ vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta;

(c)

Id-dawl emess mill-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta’ wara ta’ vetturi misjuqa quddiem il-vettura.

Funzjonijiet ta’ sensors addizzjonali li jtejbu l-prestazzjoni huma permessi.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “vetturi” tfisser vetturi tal-kategoriji L, M, N, O u T, kif ukoll roti (bicycles), fejn tali vetturi jkunu mgħammra b’retrorifletturi, b’apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, li jkunu MIXGĦULA.

6.1.7.3.

Dejjem għandu jkun hemm il-possibbiltà li l-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jiġu MIXGĦULA u MITFIJA manwalment u li l-kontroll awtomatiku tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jiġi diżattivat manwalment.

Barra minn hekk, it-TIFI tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni u d-diżattivazzjoni tal-kontroll awtomatiku tagħhom għandhom isiru permezz ta’ operazzjoni manwali sempliċi u immedjata; mhux permess l-użu ta’ sub-menus.

6.1.7.4.

Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jistgħu jiġu MIXGĦULA jew fl-istess ħin jew f’pari. F’każ li jiġu installati ż-żewġ fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni addizzjonali, kif inhu permess skont il-paragrafu 6.1.2. għall-vetturi tal-kategorija N3 biss, ma jistgħux jinxtegħlu aktar minn żewġ pari fl-istess ħin. Għall-bidla mir-raġġ baxx għar-raġġ ewlieni, għandu jiġi MIXGĦUL mill-inqas par wieħed ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni. Għall-bidla mir-raġġ ewlieni għar-raġġ baxx, il-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni kollha għandhom jiġu MITFIJA fl-istess ħin.

6.1.7.5.

Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu MIXGĦULA fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin.

6.1.7.6.

Meta jitwaħħlu erba’ fanali ta’ quddiem li jistgħu jinħbew, il-pożizzjoni mgħollija tagħhom għandha tipprevjeni t-tħaddim fl-istess ħin ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem addizzjonali mwaħħal, jekk dan ikun maħsub biex jipprovdi sinjali bid-dawl permezz ta’ tidwil intermittenti f’intervalli qosra (il-paragrafu 5.12.) binhar.

6.1.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq huwa obbligatorju.

6.1.8.1.

Jekk il-kontroll tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jkun awtomatiku kif deskritt fil-paragrafu 6.1.7.1. ta’ hawn fuq, għandha tingħata indikazzjoni lis-sewwieq li kontroll awtomatiku tal-funzjoni tar-raġġ ewlieni ġie attivat. Din l-informazzjoni għandha tibqa’ tidher sakemm it-tħaddim awtomatiku jibqa’ attivat.

6.1.9.

Rekwiżiti oħra

6.1.9.1.

L-intensità massima aggregata tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni li jistgħu jiġu MIXGĦULA fl-istess ħin ma għandhiex teċċedi 430 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta’ referenza ta’ 100.

6.1.9.2.

Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddu flimkien il-marki ta’ referenza individwali li huma indikati fuq id-diversi fanali ta’ quddiem. Il-marka ta’ referenza “10” għandha tingħata lil kull fanal ta’ quddiem immarkat “R” jew “CR”.

6.1.9.3.

L-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni awtomatika tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni:

6.1.9.3.1.

Is-sistema tas-sensors użata għall-kontroll tal-attivazzjoni u diżattivazzjoni awtomatika tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni, kif deskritt fil-paragrafu 6.1.7.1., għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.9.3.1.1.

Il-limiti tal-erjas minimi li fihom is-sensor huwa kapaċi jindividwa d-dawl emess minn vetturi oħra definiti fil-paragrafu 6.1.7.1. ta’ hawn fuq huma definiti bl-angoli indikati hawn taħt.

6.1.9.3.1.1.1.

Angoli orizzontali: 15° lejn ix-xellug u 15° lejn il-lemin.

Angoli vertikali:

Angolu ’l fuq

5°

L-għoli tal-immuntar tas-sensor (id-distanza taċ-ċentru tal-apertura tas-sensor ’il fuq mill-art)

Inqas minn 2 m

Bejn 1,5 m u 2,5 m

Aktar minn 2,0 m

Angolu ’l isfel

2 °

2° sa 5°

5°

Dawn l-angoli jiġu mkejla miċ-ċentru tal-apertura tas-sensor relattivament ma’ linja dritta orizzontali li tgħaddi miċ-ċentru tiegħu u parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.1.9.3.1.2.

Is-sistema tas-sensors għandha tkun kapaċi tindividwa, fuq triq dritta u livell:

(a)

Vettura motorizzata li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta f’distanza ta’ mill-inqas 400 m;

(b)

Vettura motorizzata jew kombinazzjoni ta’ vettura-trejlers misjuqa quddiem il-vettura f’distanza ta’ mill-inqas 100 m;

(c)

Rota li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta f’distanza ta’ mill-inqas 75 m, li t-tidwil tagħha jiġi rappreżentat permezz ta’ lampa bajda b’intensità luminuża ta’ 150 cd b’erja ta’ dawl emess ta’ 10 cm2 ± 3 cm2 u għoli ’l fuq mill-art ta’ 0,8 m.

Sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-punti (a) u (b) ta’ hawn fuq, il-vettura motorizzata li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta u l-vettura motorizzata (jew kombinazzjoni ta’ vettura-trejler) misjuqa quddiem il-vettura għandu jkollhom il-lampi tal-pożizzjoni (jekk applikabbli) u l-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx MIXGĦULA.

6.1.9.3.2.

It-tranżizzjoni minn raġġ ewlieni għal raġġ baxx u viċi versa skont il-kundizzjonijiet indikati fil-paragrafu 6.1.7.1. ta’ hawn fuq tista’ titwettaq awtomatikament u ma għandha tikkawża l-ebda skumdità, distrazzjoni jew tgħammix.

6.1.9.3.3.

Il-prestazzjoni ġenerali tal-kontroll awtomatiku għandha tiġi verifikata permezz ta’:

6.1.9.3.3.1.

Mezzi ta’ simulazzjoni jew mezzi oħra ta’ verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, kif provduti mill-applikant.

6.1.9.3.3.2.

Dawra ta’ test skont il-paragrafu 1 tal-Anness 12. Il-prestazzjoni tal-kontroll awtomatiku għandha tiġi dokumentata u verifikata mad-deskrizzjoni tal-applikant. Kwalunkwe ħsara ovvja għandha tiġi kontestata (eż. moviment jew ċaqliq angolari eċċessiv).

6.1.9.3.4.

Il-kontroll tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jista’ jkun tali li l-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jiġu MIXGĦULA awtomatikament biss meta:

(a)

Ebda vetturi, kif imsemmi fil-paragrafu 6.1.7.1. ta’ hawn fuq, ma jiġu individwati fl-erjas u d-distanzi skont il-paragrafi 6.1.9.3.1.1. u 6.1.9.3.1.2.; u

(b)

Il-livelli ta’ tidwil ambjentali individwati huma kif preskritt fil-paragrafu 6.1.9.3.5. ta’ hawn taħt.

6.1.9.3.5.

Fil-każ meta l-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jiġu MIXGĦULA awtomatikament, dawn għandhom jiġu MITFIJA awtomatikament meta vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew vetturi misjuqa quddiem il-vettura, kif imsemmi fil-paragrafu 6.1.7.1. ta’ hawn fuq, jiġu individwati fl-erjas u d-distanzi skont il-paragrafi 6.1.9.3.1.1. u 6.1.9.3.1.2.

Barra minn hekk, dawn għandhom jiġu MITFIJA awtomatikament meta t-tidwil prodott mill-kundizzjonijiet ta’ tidwil ambjentali jkun aktar minn 7 000 lx.

Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit għandha tintwera mill-applikant, permezz ta’ simulazzjoni jew mezzi oħra ta’ verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Jekk ikun meħtieġ, l-illuminanza għandha titkejjel fuq superfiċe orizzontali, b’sensor ikkoreġut bil-cosine fuq l-istess għoli bħall-pożizzjoni tal-immuntar tas-sensor fuq il-vettura. Dan jista’ jintwera mill-manifattur permezz ta’ dokumentazzjoni suffiċjenti jew ta’ mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

6.2.

Fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx (ir-Regolamenti tan-NU Nru 98, Nru 112 jew 149)

6.2.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati. Projbita fuq it-trejlers.

6.2.2.

Numru

Tnejn, bit-tip approvat skont

(a)

ir-Regolamenti Nru 98 jew Nru 112, ħlief għal fanali ta’ quddiem tal-Klassi A;

jew

(b)

ir-Regolament tan-NU Nru 149, fanali ta’ quddiem tal-Klassijiet B u D biss.

6.2.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.2.4.

Pożizzjoni

6.2.4.1.

Fil-wisa’: it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li jkun l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

It-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza għandhom ikunu mhux inqas minn 600 mm ’il bogħod minn xulxin. Madankollu, dan ma japplikax għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1; għall-kategoriji l-oħra kollha tal-vetturi motorizzati fejn il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm.

6.2.4.2.

Fl-għoli: mhux inqas minn 500 mm u mhux aktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art. Għall-vetturi (off-road) tal-kategorija N2G, N3G, M2G, M3G (10), l-għoli massimu jista’ jiġi miżjud għal 1 500 mm.

6.2.4.3.

Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew tas-superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.2.5.

Viżibilità ġeometrika

Definita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.10.7.:

 

α = 15° ’il fuq u 10° ’l isfel,

 

ß = 45° ’il barra u 10° ’il ġewwa.

Il-preżenza ta’ partizzjonijiet jew oġġetti oħra ta’ tagħmir qrib il-fanal ta’ quddiem ma għandhiex tagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw skumdità lill-utenti l-oħra tat-triq.

6.2.6.

Orjentazzjoni

’Il quddiem

6.2.6.1.

Orjentazzjoni vertikali

6.2.6.1.1.

L-inklinazzjoni inizjali ’l isfel tal-cut-off tar-raġġ baxx li għandha tkun isettjata bil-vettura fl-istat mhux mgħobbija u b’persuna waħda fis-sit tas-sewwieq, għandha tiġi speċfikata mill-manifattur bi preċiżjoni ta’ 0,1 fil-mija u għandha tkun indikata b’mod li jista’ jinqara u ma tkunx tista’ titħassar fuq kull vettura qrib jew tal-fanal ta’ quddiem jew tal-pjanċa tal-manifattur, permezz tas-simbolu muri fl-Anness 7.

Il-valur ta’ din l-inklinazzjoni ’l isfel indikata għandu jiġi definit skont il-paragrafu 6.2.6.1.2.

6.2.6.1.2.

Jiddependi mill-għoli tal-immuntar f’metri (h) tat-tarf ta’ isfel tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx, imkejjel fuq il-vetturi mhux mgħobbija, l-inklinazzjoni vertikali tal-cut-off tar-raġġ baxx, fil-kundizzjonijiet statiċi kollha tal-Anness 5, għandha tibqa’ bejn il-limiti li ġejjin u l-orjentazzjoni inizjali għandu jkollha l-valuri li ġejjin:

 

h < 0,8

Limiti

:

bejn -0,5 fil-mija u -2,5 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali

:

bejn -1,0 fil-mija u -1,5 fil-mija

 

0,8 < h < 1,0

Limiti

:

bejn -0,5 fil-mija u -2,5 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali

:

bejn -1,0 fil-mija u -1,5 fil-mija

Jew, fid-diskrezzjoni tal-manifattur,

Limiti

:

bejn -1,0 fil-mija u -3,0 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali

:

bejn -1,5 fil-mija u -2,0 fil-mija

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, f’dan il-każ, għandha tinkludi informazzjoni dwar liema miż-żewġ alternattivi għandha tintuża,

h > 1,0

Limiti

:

bejn -1,0 fil-mija u -3,0 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali

:

bejn -1,5 fil-mija u -2,0 fil-mija

Fid-dijagramma ta’ hawn taħt jidher sommarju tal-limiti u l-valuri tal-orjentazzjoni inizjali indikati hawn fuq.

Għall-vetturi tal-kategorija N3G (off-road) meta l-għoli tal-fanali ta’ quddiem ikun aktar minn 1 200 mm, il-limiti għall-inklinazzjoni vertikali tal-cut-off għandhom ikunu bejn: -1,5 fil-mija u -3,5 fil-mija.

L-orjentazzjoni inizjali għandha tiġi ssettjata bejn: -2 fil-mija u -2,5 fil-mija.

Image 1

6.2.6.2.

Apparat ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem

6.2.6.2.1.

Fil-każ fejn ikun meħtieġ apparat ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.6.1.1. u 6.2.6.1.2., l-apparat għandu jkun awtomatiku.

6.2.6.2.2.

Madanakollu, apparati li jiġu aġġustati manwalment, jew kontinwament jew mhux kontinwament, għandhom ikunu permessi, sakemm ikollhom pożizzjoni ta’ waqfien li fiha l-fanali jkunu jistgħu jiġu rritornati għall-inklinazzjoni inizjali definita fil-paragrafu 6.2.6.1.1. permezz tal-viti ta’ aġġustament normali jew ta’ mezzi simili.

Dawn l-apparati, li jkunu aġġustabbli manwalment, għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu mis-sit tas-sewwieq.

L-apparati li jkunu kontinwament aġġustabbli għandu jkollhom marki ta’ referenza li jindikaw il-kundizzjonijiet tat-tagħbija li jeħtieġu aġġustament tar-raġġ baxx.

In-numru ta’ pożizzjonijiet fuq apparati li mhumiex kontinwament aġġustabbli jrid ikun tali li jiżgura konformità fuq il-firxa ta’ valuri preskritti fil-paragrafu 6.2.6.1.2 fil-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija definiti fl-Anness 5.

Barra minn hekk, għal dawn l-apparati, il-kundizzjonijiet tat-tagħbija tal-Anness 5 li jeħtieġu aġġustament tar-raġġ baxx għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar qrib il-kontroll tal-apparat (l-Anness 8).

6.2.6.2.3.

Fil-każ ta’ ħsara tal-apparati deskritti fil-paragrafi 6.2.6.2.1. u 6.2.6.2.2., ir-raġġ baxx ma għandux ikun f’pożizzjoni fejn l-inklinazzjoni tiegħu ’l isfel tkun inqas minn kemm kienet meta seħħet il-ħsara tal-apparat.

6.2.6.3.

Proċedura tal-kejl

6.2.6.3.1.

Wara l-aġġustament tal-inklinazzjoni inizjali, l-inklinazzjoni vertikali tar-raġġ baxx, espressa f’perċentwal, għandha titkejjel f’kundizzjonijiet statiċi fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha definiti fl-Anness 5.

6.2.6.3.2.

Il-kejl tal-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx bħala funzjoni tat-tagħbija għandu jitwettaq skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness 6.

6.2.6.4.

Orjentazzjoni orizzontali

L-orjentazzjoni orizzontali tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx jew taż-żewġ fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx tista’ tiġi varjata biex tipproduċi dawl għal-liwi, sakemm jekk jiġu spostjati r-raġġ sħiħ jew l-angolu tal-linja tal-cut-off, l-angolu tal-linja tal-cut-off ma għandux jaqsam il-linja tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura f’distanzi mill-parti ta’ quddiem tal-vettura li huma akbar minn 100 darba l-għoli tal-immuntar tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx rispettivi.

6.2.7.

Konnessjonijiet elettriċi

6.2.7.1.

Meta jkun hemm bidla mir-raġġ ewlieni għar-raġġ baxx, ir-raġġi ewlenin kollha għandhom jiġu MITFIJA simultanjament.

6.2.7.2.

Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu MIXGĦULA fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin.

6.2.7.3.

Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 98 jew Nru 149, is-sorsi tad-dawl b’disċarġ tal-gass għandhom jibqgħu MIXGĦULA waqt it-tħaddim tar-raġġ ewlieni.

6.2.7.4.

Sors tad-dawl addizzjonali wieħed jew modulu LED wieħed jew aktar, li jkun(u) ġewwa l-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jew f’lampa (ħlief il-fanal ta’ quddiem b’raġġ ewlieni) raggruppati jew reċiprokament inkorporati mal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx rispettivi, jistgħu jiġu attivati biex jipproduċu dawl għal-liwi, dment li r-raġġ orizzontali tal-kurvatura tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura jkun 500 m jew inqas. Dan jista’ jintwera mill-manifattur permezz ta’ kalkolu jew ta’ mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

6.2.7.5.

Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jistgħu jiġu MIXGĦULA jew MITFIJA awtomatikament. Madanakollu, għandu dejjem ikun possibbli li dawn il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jiġu MIXGĦULA jew MITFIJA manwalment.

6.2.7.6.

Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx għandhom jiġu MIXGĦULA jew MITFIJA awtomatikament skont ma jkunu l-kundizzjonijiet tad-dawl ambjentali (eż jiġu MIXGĦULA f’kundizzjonijiet ta’ sewqan billejl, f’mini, eċċ.) skont ir-rekwiżiti tal-Anness 13.

6.2.7.7.

Bla ħsara għall-paragrafu 6.2.7.6., il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jistgħu jiġu MIXGĦULA u MITFIJA awtomatikament, skont ma jkunu fatturi oħra bħall-ħin u l-kundizzjonijiet ambjentali (eż, il-ħin tal-ġurnata, fejn tkun tinsab il-vettura, ix-xita, iċ-ċpar, eċċ).

6.2.8.

Indikatur operatorju

6.2.8.1.

L-indikatur operatorju huwa fakultattiv

6.2.8.2.

Indikatur operatorju ottiku, kemm jekk iteptep jew le, huwa obbligatorju:

(a)

Fil-każ fejn jiġi spostjat ir-raġġ sħiħ jew l-angolu tal-linja tal-cut-off biex jiġi prodott dawl għal-liwi; jew

(b)

Jekk jintuża modulu LED wieħed jew aktar biex jiġi prodott ir-raġġ baxx ewlieni, ħlief meta dawn ikunu konnessi b’mod tali li jekk ikun hemm ħsara fi kwalunkwe modulu LED wieħed, din tikkawża l-waqfien tal-emissjoni tad-dawl minnhom kollha.

Dan għandu jiġi attivat:

(a)

Fil-każ li l-ispostament tal-angolu tal-linja tal-cut-off ma jsirx sew; jew

(b)

Fil-każ ta’ ħsara fi kwalunkwe wieħed mill-moduli LED li jipproduċu r-raġġ baxx ewlieni, ħlief meta dawn ikunu konnessi b’mod tali li jekk ikun hemm ħsara fi kwalunkwe modulu LED wieħed din tikkawża l-waqfien tal-emissjoni tad-dawl minnhom kollha.

Dan għandu jibqa’ attivat sakemm tibqa’ l-ħsara. Jista’ jitħassar temporanjament, iżda għandu jiġi ripetut kull meta l-apparat, li jistartja u jwaqqaf is-sistema tal-propulsjoni, jiġu MIXGĦUL u MITFI.

6.2.9.

Rekwiżiti oħra

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.5.2. ma għandhomx japplikaw għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx.

Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx b’sors tad-dawl jew b’modulu/i LED li jipproduċi/u r-raġġ baxx ewlieni u li jkollhom fluss luminuż oġġettiv totali ta’ aktar minn 2 000 lumens għandhom jiġu installati biss flimkien mal-installazzjoni ta’ apparat(i) għat-tindif tal-fanali ta’ quddiem skont ir-Regolament Nru 45 (11).

Fir-rigward tal-inklinazzjoni vertikali, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.6.2.2. ta’ hawn fuq ma għandhomx jiġu applikati għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx b’sors tad-dawl jew b’modulu/i LED li jipproduċi/u r-raġġ baxx ewlieni u li jkollhom fluss luminuż oġġettiv ta’ aktar minn 2 000 lumens.

Fil-każ ta’ lampi bil-filament, li għalihom hemm speċifikat aktar minn vultaġġ tat-test wieħed, jiġi applikat il-fluss luminuż oġġettiv li jipproduċi r-raġġ baxx ewlieni, kif indikat fil-formola ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx mgħammra b’sors tad-dawl approvat, il-fluss luminuż oġġettiv applikabbli huwa l-valur fil-vultaġġ tat-test rilevanti kif indikat fl-iskeda tad-data rilevanti tar-Regolament, li skontu jkun ġie approvat is-sors tad-dawl applikat, mingħajr ma jitqiesu t-tolleranzi għall-fluss luminuż oġġettiv speċifikati f’din l-iskeda tad-data.

Il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx skont ir-Regolamenti tan-NU Nru 98, Nru 112 jew Nru 149 biss jistgħu jintużaw biex jipproduċu dawl għal-liwi.

Jekk id-dawl għal-liwi jiġi prodott bi spostament orizzontali tar-raġġ sħiħ jew tal-angolu tal-linja tal-cut-off, dan għandu jiġi MIXGĦUL biss jekk il-vettura tkun miexja ’l quddiem; dan ma għandux japplika jekk id-dawl għal-liwi jkun prodott għal tidwira fuq il-lemin fi traffiku fuq il-lemin (tidwira fuq ix-xellug fi traffiku fuq ix-xellug).

6.3.

Lampa ta’ quddiem taċ-ċpar (ir-Regolament tan-NU Nru 19 jew Nru 149)

6.3.1.

Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati. Projbita fuq it-trejlers.

6.3.2.

Numru

Tnejn, konformi jew mar-rekwiżiti tas-serje 03 u ta’ serje ta’ emendi sussegwenti għar-Regolament tan-NU Nru 19 jew ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 149.

6.3.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.3.4.

Pożizzjoni

6.3.4.1.

Fil-wisa’: il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandhux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

6.3.4.2.

Fl-għoli:

Minimu

:

Mhux inqas minn 250 mm ’l fuq mill-art.

Massimu

:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: mhux aktar minn 800 mm ’l fuq mill-art.

Għall-kategoriji l-oħra kollha, ħlief għall-vetturi N3G (off-road) (12): mhux aktar minn 1 200 mm ’l fuq mill-art.

Għall-vetturi tal-kategorija N3G: l-għoli massimu jista’ jiġi miżjud sa 1 500 mm.

L-ebda punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ma għandu jkun ogħla mill-ogħla punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx.

6.3.4.3.

Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew tas-superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.3.5.

Viżibilità ġeometrika

Definita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.10.7.:

 

α = 5° ’il fuq u ’l isfel,

 

ß = 45° ’il barra u 10° ’il ġewwa.

Il-preżenza ta’ partizzjonijiet jew oġġetti oħra ta’ tagħmir qrib il-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar ma għandhiex tagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw skumdità lill-utenti l-oħra tat-triq (13).

6.3.6.

Orjentazzjoni

’Il quddiem.

6.3.6.1.

Orjentazzjoni vertikali

6.3.6.1.1.

Fil-każ tal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar tal-klassi “B”, l-inklinazzjoni vertikali tal-cut-off li għandha tiġi ssettjata bil-vettura fl-istat mhux mgħobbija u b’persuna waħda fis-sit tas-sewwieq għandha tkun ta’ -1,5 fil-mija jew inqas. 13

6.3.6.1.2.

Fil-każ tal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar tal-klassi “F3”:

6.3.6.1.2.1.

Meta l-fluss luminuż oġġettiv totali tas-sors tad-dawl għal kull lampa ta’ quddiem taċ-ċpar ma jkunx aktar minn 2 000 lumens:

6.3.6.1.2.1.1.

L-inklinazzjoni vertikali tal-cut-off li għandha tiġi ssettjata bil-vettura fl-istat mhux mgħobbija u b’persuna waħda fis-sit tas-sewwieq għandha tkun ta’ – 1,0 fil-mija jew inqas.

6.3.6.1.2.2.

Meta l-fluss luminuż oġġettiv totali tas-sors tad-dawl għal kull lampa ta’ quddiem taċ-ċpar ikun aktar minn 2 000 lumens:

6.3.6.1.2.2.1.

Skont ma jkun l-għoli tal-immuntar f’metri (h) tat-tarf ta’ isfel tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar, imkejjel fuq il-vetturi mhux mgħobbija, l-inklinazzjoni vertikali tal-cut-off, fil-kundizzjonijiet statiċi kollha tal-Anness 5, għandha tibqa’ awtomatikament bejn il-valuri li ġejjin:

 

h ≤ 0,8

Limiti

:

bejn -1,0 fil-mija u -3,0 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali

:

bejn -1,5 fil-mija u -2,0 fil-mija

 

h > 0,8

Limiti

:

bejn -1,5 fil-mija u -3,5 fil-mija

Orjentazzjoni inizjali

:

bejn -2,0 fil-mija u -2,5 fil-mija,

6.3.6.1.2.2.2.

L-inklinazzjoni inizjali ’l isfel tal-cut-off li għandha tiġi ssettjata bil-vettura fl-istat mhux mgħobbija u b’persuna waħda fis-sit tas-sewwieq għandha tiġi speċifikata mill-manifattur bi preċiżjoni ta’ punt deċimali wieħed u għandha tiġi indikata b’mod li jista’ jinqara u ma tkunx tista’ titħassar fuq kull vettura, qrib jew tal-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar jew tal-pjanċa tal-manifattur jew flimkien mal-indikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.2.6.1.1. permezz tas-simbolu muri fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament. Il-valur ta’ din l-inklinazzjoni’l isfel indikata għandu jiġi definit skont il-paragrafu 6.3.6.1.2.2.1.

6.3.6.2.

Apparat ta’ livellar tal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar

6.3.6.2.1.

Meta apparat ta’ livellar jiġi mmuntat fuq lampa ta’ quddiem taċ-ċpar, indipendenti jew raggruppata ma’ funzjonijiet oħra tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl ta’ quddiem, dan għandu jkun tali li l-inklinazzjoni vertikali tiegħu, fil-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija statika tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament, għandha tibqa’ bejn il-limiti preskritti fil-paragrafu 6.3.6.1.2.2.1.

6.3.6.2.2.

Fil-każ meta l-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar tal-kategorija “F3” tkun parti mill-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx jew tkun parti minn sistema tal-AFS, waqt li jintuża r-raġġ ta’ quddiem taċ-ċpar bħala parti mir-raġġ baxx, għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.6.

F’dan il-każ, il-limiti ta’ livellar definiti fil-paragrafu 6.2.6 jistgħu jiġu applikati anki meta din il-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar tintuża bħala tali.

6.3.6.2.3.

L-apparat ta’ livellar jista’ jintuża wkoll biex jadatta awtomatikament l-inklinazzjoni tar-raġġ ta’ quddiem taċ-ċpar skont ma jkunu l-kundizzjonijiet ambjentali prevalenti, sakemm ma jinqabżux il-limiti għall-inklinazzjoni ’l isfel speċifikati fil-paragrafu 6.3.6.1.2.2.1.

6.3.6.2.4.

Fil-każ ta’ ħsara fl-apparat ta’ livellar, ir-raġġ ta’ quddiem taċ-ċpar ma għandux jassumi pożizzjoni fejn il-punt ta’ waqfien ikun inqas inklinat milli kien fil-ħin meta saret il-ħsara fl-apparat.

6.3.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Għandu jkun possibbli li l-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar jiġu MIXGĦULA jew MITFIJA indipendentement mill-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni, mill-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx jew minn kwalunkwe kombinazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni u b’raġġ baxx, sakemm ma:

(a)

Il-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar ma jintużawx bħala parti minn funzjoni tad-dawl oħra f’AFS; madankollu, l-attivazzjoni tal-funzjoni tal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar għandu jkollu l-prijorità fuq il-funzjoni li għaliha l-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar qed jintużaw bħala parti, jew

(b)

Il-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar ma jistgħux jiġu MIXGĦULA fl-istess ħin ma’ kwalunkwe lampa oħra li magħa huma reċiprokament inkorporati kif indikat mis-simbolu rilevanti (“/”) skont il-paragrafu 10.1. tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 19. jew il-punt 9.5.1. tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 149.

6.3.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq huwa obbligatorju. Dawl ta’ twissija li ma jteptepx indipendenti.

6.3.9.

Rekwiżiti oħra

Fil-każ fejn fil-formola ta’ komunikazzjoni tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 19 jew tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 149 ikun hemm indikazzjoni pożittiva, l-allinjament u l-intensitajiet luminiżi tar-raġġ ta’ quddiem taċ-ċpar tal-Klassi “F3” jistgħu jiġu adattati awtomatikament skont il-kundizzjonijiet ambjentali prevalenti. Kwalunkwe varjazzjoni fl-intensitajiet luminużi jew fl-allinjament għandha titwettaq awtomatikament, u b’tali mod li ma tiġi kkawżata l-ebda skumdità, la lis-sewwieq u lanqas lill-utenti l-oħra tat-triq.

6.4.

Lampa tar-reverse (ir-Regolament tan-NU Nru 23 jew Nru 148)

6.4.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati u fuq it-trejlers tal-kategoriji O2, O3 u O4. Fakultattiva fuq it-trejlers tal-kategorija O1.

6.4.2.

Numru

6.4.2.1.

Fuq il-vetturi motorizzati tal-kategorija M1 u fuq il-vetturi l-oħra kollha b’tul ta’ mhux aktar minn 6 000 mm, apparat wieħed huwa obbligatorju u t-tieni apparat huwa fakultattiv.

6.4.2.2.

Żewġ apparati obbligatorji u żewġ apparati fakultattivi fuq il-vetturi kollha b’tul ta’ aktar minn 6 000 mm, ħlief għall-vetturi tal-kategorija M1.

6.4.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.4.4.

Pożizzjoni

6.4.4.1.

Fil-wisa’: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.4.4.2.

Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux aktar minn 1 200 mm ’il fuq mill-art. Għall-vetturi (off-road) tal-kategorija N2G, N3G, M2G, M3G, l-għoli massimu jista’ jiġi miżjud għal 1 400 mm.

6.4.4.3.

Fit-tul: fuq wara tal-vettura

Madankollu, jekk jiġu installati, iż-żewġ apparati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 6.4.2.2. għandhom jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.4.5.2. u 6.4.6.2. ta’ hawn taħt.

6.4.5.

Viżibilità ġeometrika

6.4.5.1.

Apparati installati fuq wara tal-vettura:

Definita mill-angoli α u β, kif speċifikat fil-paragrafu 2.10.7.:

 

α = 15° ’il fuq u 5° ’l isfel,

 

β = 45° fuq il-lemin u fuq ix-xellug jekk ikun hemm apparat wieħed biss,

 

45° ’il barra u 30° ’il ġewwa jekk ikun hemm tnejn.

6.4.5.2.

Iż-żewġ apparati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 6.4.2.2., jekk jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura:

Il-viżibilità ġeometrika titqies bħala żgurata jekk l-assi ta’ referenza tal-apparat rispettiv ikun dirett ’il barra b’angolu β ta’ mhux aktar minn 15° relattivament għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. L-orjentazzjoni vertikali taż-żewġ apparati fakultattivi tista’ tiġi diretta ’l isfel.

6.4.6.

Orjentazzjoni

6.4.6.1.

Lura

6.4.6.2.

Barra minn hekk, jekk iż-żewġ apparati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 6.4.2.2. jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.5.2. ta’ hawn fuq għandhom jiġu applikati.

6.4.7.

Konnessjonijiet elettriċi

6.4.7.1.

Għandhom ikunu tali li l-lampa tkun tista’ tiġi MIXGĦULA biss jekk il-ger tar-reverse jkun ingaġġat u jekk l-apparat li jikkontrolla l-istartjar u l-waqfien tas-sistema tal-propulsjoni jkun f’pożizzjoni tali li t-tħaddim tas-sistema tal-propulsjoni jkun possibbli. Ma għandiex tiġi MIXGĦULA jew tibqa’ MIXGĦULA jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma tiġix issodisfata.

6.4.7.2.

Barra minn hekk, il-konnessjonijiet elettriċi taż-żewġ apparati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 6.4.2.2. għandhom ikunu tali li dawn l-apparati ma jistgħux jiġu MIXGĦULA ħlief meta l-lampi msemmija fil-paragrafu 5.11. jkunu MIXGĦULA.

L-apparati mwaħħlin fuq il-ġenb tal-vettura, jistgħu jiġu MIXGĦULA għal manuvri bil-mod waqt li l-karozza tkun miexja ’l quddiem sa veloċità massima ta’ 15 km/h, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-apparati għandhom jiġu MIXGĦULA u MITFIJA manwalment permezz ta’ kontroll separat;

(b)

Jekk jiġu MIXGĦULA b’dan il-mod, jistgħu jibqgħu MIXGĦULA wara li l-ger tar-reverse ma jibqax ingaġġjat;

(c)

Għandhom jiġu MITFIJA awtomatikament jekk il-veloċità ’l quddiem tal-vettura tkun aktar minn 15 km/h, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-kontroll separat; f’dan il-każ għandhom jibqgħu MITFIJA sakemm jerġgħu jiġu MIXGĦULA apposta.

6.4.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju huwa fakultattiv

6.4.9.

Rekwiżiti oħra

L-ebda.

6.5.

Lampa indikatur tad-direzzjoni (ir-Regolament tan-NU Nru 6 jew Nru 148)

6.5.1.

Preżenza (ara l-figura ta’ hawn taħt)

Obbligatorja. It-tipi ta’ lampi indikaturi tad-direzzjoni jaqgħu f’kategoriji (1, 1a, 1b, 2a, 2b, 5 u 6) li l-assemblaġġ tagħhom fuq vettura waħda jikkostitwixxi arranġament (“A” u “B”).

L-arranġament “A” għandu japplika għall-vetturi motorizzati kollha.

L-arranġament “B” għandu japplika għat-trejlers biss.

6.5.2.

Numru

Skont l-arranġament.

6.5.3.

Arranġamenti (ara l-figura ta’ hawn taħt)

A: Żewġ lampi indikaturi tad-direzzjoni ta’ quddiem tal-kategoriji li ġejjin:

 

1 jew 1a jew 1b,

Jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ din il-lampa u dak tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx u/jew tal-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar, jekk ikun hemm wieħed/waħda, tkun ta’ mill-inqas 40 mm;

 

1a jew 1b,

Jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ din il-lampa u dak tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx u/jew tal-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar, jekk ikun hemm wieħed, tkun aktar minn 20 mm u inqas minn 40 mm;

 

1b,

Jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ din il-lampa u dak tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx u/jew tal-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar, jekk ikun hemm wieħed, tkun 20 mm jew inqas;

Żewġ lampi indikaturi tad-direzzjoni ta’ wara (kategorija 2a jew 2b);

Żewġ lampi fakultattivi (kategorija 2a jew 2b) fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji M2, M3, N2, N3.

Żewġ lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġnub tal-kategoriji 5 jew 6 (rekwiżiti minimi):

 

5

Għall-vetturi tal-kategorija M1 kollha;

Għall-vetturi tal-kategoriji N1, M2 u M3 b’tul ta’ mhux aktar minn 6 metri.

 

6

Għall-vetturi tal-kategoriji N2 u N3 kollha;

Għall-vetturi tal-kategoriji N1, M2 u M3 b’tul ta’ aktar minn 6 metri.

Fil-każijiet kollha huwa permess li l-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġnub tal-kategorija 5 jiġu sostitwiti b’lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġnub tal-kategorija 6.

Meta jitwaħħlu lampi li jikkombinaw il-funzjonijiet ta’ lampi indikaturi tad-direzzjoni ta’ quddiem (kategoriji 1, 1a, 1b) u ta’ lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġnub (kategorija 5 jew 6), jistgħu jitwaħħlu żewġ lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġnub addizzjonali (kategorija 5 jew 6) biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-viżibilità tal-paragrafu 6.5.5.

B: żewġ lampi indikaturi tad-direzzjoni ta’ wara (kategorija 2a jew 2b);

Żewġ lampi fakultattivi (kategorija 2a jew 2b) fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji O2, O3 u O4.

Massimu ta’ tliet apparati fakultattivi tal-kategorija 5 jew apparat wieħed fakultattiv tal-kategorija 6 kull naħa fuq vetturi tal-kategorija O2 itwal minn 9 m.

Meta titwaħħal AFS, id-distanza li għandha titqies għall-għażla tal-kategorija hija d-distanza bejn il-lampa indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem u l-eqreb unità tad-dawl fl-eqreb pożizzjoni tagħha li tikkontribwixxi għal jew twettaq modalità ta’ raġġ baxx.

6.5.3.1.

Barra minn hekk, għall-vetturi tal-kategoriji:

(a)

M2, M3, N2, u N3 itwal minn 6 m u sa mhux aktar minn 9 m fit-tul, apparat wieħed addizzjonali tal-kategorija 5 huwa fakultattiv;

(b)

M2, M3, N2, u N3 itwal minn 9 m, tliet apparati addizzjonali tal-kategorija 5 mqassma bl-aktar mod uniformi prattikabbli matul kull ġenb tal-vettura huma obbligatorji;

(c)

O3 u O4, tliet apparati addizzjonali tal-kategorija 5 mqassma bl-aktar mod uniformi prattikabbli matul kull ġenb tal-vettura huma obbligatorji.

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw jekk ikun hemm mill-inqas tliet lampi li jimmarkaw il-ġnub ta’ lewn ambra li jteptpu b’mod sinkronizzat u simultanjament mal-lampi indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura.

6.5.4.

Pożizzjoni

6.5.4.1.

Fil-wisa’: it-tarf tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika għal-lampi ta’ wara fakultattivi.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assijiet ta’ referenza ma għandhiex tkun inqas minn 600 mm.

Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tal-vettura jkun inqas minn 1 300 mm.

6.5.4.2.

Fl-għoli: ’il fuq mill-art.

6.5.4.2.1.

L-għoli tas-superfiċe li jemetti d-dawl tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġnub tal-kategorija 5 jew 6 ma għandux ikun:

Inqas minn

:

350 mm għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, u 500 mm għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ vetturi, it-tnejn imkejla mill-aktar punt baxx; u

Aktar minn: 1 500 mm, imkejjel mill-ogħla punt.

6.5.4.2.2.

L-għoli tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b, imkejjel skont il-paragrafu 5.8., ma għandux ikun inqas minn 350 mm jew aktar minn 1 500 mm.

6.5.4.2.3.

Jekk l-istruttura tal-vettura ma tippermettix li jiġu rispettati dawn il-limiti massimi, imkejla kif speċifikat hawn fuq, u jekk il-lampi ta’ wara fakultattivi ma jiġux installati, il-limiti jistgħu jiġu miżjuda għal 2 300 mm għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġenb tal-kategoriji 5 u 6, u għal 2 100 mm għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b.

6.5.4.2.4.

Jekk ikunu installati lampi fakultattivi ta’ wara, dawn għandhom jiġu ppożizzjonati f’għoli li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti applikabbli tal-paragrafu 6.5.4.1., mas-simmetrija tal-lampi, u f’distanza vertikali kbira daqskemm tippermetti l-forma tal-karozzerija, iżda mhux inqas minn 600 mm ’il fuq mil-lampi obbligatorji.

6.5.4.3.

Fit-tul (ara l-figura ta’ hawn taħt)

Id-distanza bejn is-superfiċe li jemetti d-dawl tal-lampa indikatur tad-direzzjoni tal-ġenb (kategoriji 5 u 6) u l-pjan trasversali li jimmarka l-limitu ta’ quddiem tat-tul totali tal-vettura, ma għandhiex tkun aktar minn 1 800 mm.

Madanakollu, din id-distanza ma għandhiex tkun aktar minn 2 500 mm:

(a)

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1:

(b)

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha, jekk l-istruttura tal-vettura tagħmilha impossibbli li tinżamm il-konformità mal-angoli tal-viżibilità minimi.

Il-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġenb fakultattivi tal-Kategorija 5 għandhom jitwaħħlu, bi spazji uniformi bejniethom, mat-tul tal-vettura.

Il-lampa indikatur tad-direzzjoni tal-ġenb fakultattiva tal-Kategorija 6 għandha titwaħħal fl-ispazju bejn l-ewwel u l-aħħar kwartil tat-tul tat-trejler.

6.5.5.

Viżibilità ġeometrika

6.5.5.1.

Angoli orizzontali: (ara l-figura ta’ hawn taħt)

Angoli vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a, 2b u 5.

Madankollu:

(a)

Meta lampa tiġi mmuntata f’għoli inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1.), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°;

(b)

Meta lampa ta’ wara fakultattiva tiġi mmuntata f’għoli ta’ aktar minn 2 100 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l fuq ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°;

30° ’il fuq minn u 5° taħt l-orizzontali għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 6.

Image 2

(*)

Il-valur ta’ 5° mogħti għal angolu tal-viżibilità assolut (dead angle of visibility) fuq wara tal-lampa indikatur tad-direzzjoni tal-ġenb huwa l-limitu massimu d ≤ 1,80 m (għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 d ≤ 2,50 m).

Għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b immuntati f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1.), l-angolu ’l ġewwa ta’ 45° jista’ jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Image 3

6.5.5.2.

Jew, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: Il-lampi indikaturi tad-direzzjoni ta’ quddiem u ta’ wara, kif ukoll il-lampi li jimmarkaw il-ġnub (* *).

Angoli orizzontali: (ara l-figura ta’ hawn taħt)

Image 4

(**)

Il-valur ta’ 5° mogħti għall-angolu tal-viżibilità assolut (dead angle of visibility) fuq wara tal-lampa indikatur tad-direzzjoni tal-ġenb huwa l-limitu massimu. d ≤ 2,50 m.

Madankollu, għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b immuntati f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l ġewwa ta’ 45° jista’ jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Angoli vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1.), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

Biex titqies viżibbli, il-lampa għandha tipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċe apparenti ta’ mill-inqas 12,5 ċentimetru kwadru, ħlief għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-ġenb tal-kategoriji 5 u 6. L-erja tas-superfiċe illuminanti ta’ kwalunwke retroriflettur li ma jittrażmettix dawl għandha tkun eskluża.

6.5.6.

Orjentazzjoni

Skont l-ispeċifikazzjonijiet għall-installazzjoni mill-manifattur, jekk ikun hemm.

6.5.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi indikaturi tad-direzzjoni għandhom JIXEGĦLU b’mod indipendenti mil-lampi l-oħra. Il-lampi indikaturi tad-direzzjoni fuq ġenb wieħed tal-vettura kollha għandhom jiġu MIXGĦULA u MITFIJA permezz ta’ kontroll wieħed u għandhom iteptpu b’mod sinkronizzat.

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 ta’ tul iqsar minn 6 m, b’arranġament konformi mal-paragrafu 6.5.5.2. ta’ hawn fuq, il-lampi li jimmarkaw il-ġnub ta’ lewn ambra, meta mmuntati, għandhom ukoll iteptpu bl-istess frekwenza (b’mod sinkronizzat) bħal-lampi indikaturi tad-direzzjoni.

6.5.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju tal-funzjonament huwa obbligatorju għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b. Jista’ jkun viżwali jew akustiku jew it-tnejn. Jekk ikun viżwali għandu jkun dawl iteptep li, għall-inqas fil-każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-lampi indikaturi tad-direzzjoni, jew jintefa, jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jteptep, jew juri xi bidla kbira fil-frekwenza. Jekk ikun għalkollox akustiku għandu jinstema’ b’mod ċar u għandu juri bidla kbira fil-frekwenza, tal-inqas fil-każ tal-ħsara ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-lampi indikaturi tad-direzzjoni.

Għandu jiġi attivat permezz tas-sinjal prodott skont il-paragrafu 6.2.2. tar-Regolament tan-NU Nru 6 jew skont il-paragrafu 5.6.3. tar-Regolament tan-NU Nru 148, jew b’xi mod xieraq ieħor13.

Jekk vettura motorizzata tkun mgħammra biex tiġbed trejler, din għandha tkun mgħammra b’indikatur operatorju tal-funzjonament viżwali speċjali għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni fuq it-trejler ħlief jekk l-indikatur operatorju tal-vettura li tiġbed jippermetti li tiġi individwata l-ħsara ta’ kwalunkwe waħda mil-lampi indikaturi tad-direzzjoni fuq il-kombinazzjoni tal-vetturi li ġiet ifformata b’dan il-mod.

Għal-lampi indikaturi tad-direzzjoni fakultattivi fuq il-vetturi motorizzati u t-trejlers, l-indikatur operatorju tal-funzjonament ma għandux ikun obbligatorju.

6.5.9.

Rekwiżiti oħra

Id-dawl għandu jkun dawl ipetpet u għandu jagħmel dan b’rata ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta.

It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjalar bid-dawl għandu jkun segwit mill-emissjoni tad-dawl f’inqas minn sekonda u mit-tifi tad-dawl għall-ewwel darba f’mhux aktar minn sekonda u nofs. Jekk il-vettura motorizzata tkun mgħammra biex tiġbed trejler, il-kontroll tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni fuq il-vettura li tiġbed għandu wkoll iħaddem il-lampi indikaturi tad-direzzjoni fuq it-trejler. Fil-każ ta’ ħsara ta’ lampa indikatur tad-direzzjoni waħda, għajr għal xort, il-lampi l-oħra għandhom ikomplu jteptpu, iżda l-frekwenza f’din il-kundizzjoni tista’ tkun differenti minn dik preskritta.

6.6.

Sinjal ta’ twissija ta’ periklu:

6.6.1.

Preżenza

Obbligatorja.

Is-sinjal għandu jingħata permezz tat-tħaddim simultanju tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5 ta’ hawn fuq.

Il-lampi indikaturi tad-direzzjoni kollha tal-kategorija 1 (1, 1a, 1b) attivati fl-istess ħin għandhom jitħaddmu fl-istess modalità; jiġifieri statika jew sekwenzjali.

Il-lampi indikaturi tad-direzzjoni kollha tal-kategorija 2 (2a, 2b) attivati fl-istess ħin għandhom jitħaddmu fl-istess modalità; jiġifieri statika jew sekwenzjali.

6.6.2.

Numru

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.2.

6.6.3.

Arranġament

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.3.

6.6.4.

Pożizzjoni

6.6.4.1.

Wisa’: Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.1.

6.6.4.2.

Għoli: Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.2.

6.6.4.3.

Tul: Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.3.

6.6.5.

Viżibilità ġeometrika

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.5.

6.6.6.

Orjentazzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.6.

6.6.7.

Konnessjonijiet elettriċi

6.6.7.1.

Is-sinjal għandu jitħaddem permezz ta’ kontroll manwali separat li jippermetti li l-lampi indikaturi tad-direzzjoni kollha jteptpu b’mod sinkronizzat.

6.6.7.2.

Is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu jista’ jiġi MIXGĦUL b’mod awtomatiku fil-każ li vettura tkun involuta f’ħabta jew wara li s-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza jkun ġie MITFI, kif speċifikat fil-paragrafu 6.23. ta’ hawn taħt. F’każijiet bħal dawn, jista’ jiġi MITFI manwalment.

Barra minn hekk, is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu jista’ jiġi MIXGĦUL awtomatikament biex jindika lil utenti oħra tat-triq, ir-riskju ta’ periklu imminenti kif definit mir-Regolamenti; f’dan il-każ, is-sinjal għandu jibqa’ MIXGĦUL sakemm jiġi MITFI manwalment jew awtomatikament..

6.6.7.3.

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 ta’ tul iqsar minn 6 m, b’arranġament konformi mal-paragrafu 6.5.5.2. ta’ hawn fuq, il-lampi li jimmarkaw il-ġnub ta’ lewn ambra, meta mmuntati, għandhom ukoll iteptpu bl-istess frekwenza (b’mod sinkronizzat) bħal-lampi indikaturi tad-direzzjoni.

6.6.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq iteptep huwa obbligatorju.

6.6.9.

Rekwiżiti oħra

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.9., jekk vettura motorizzata tkun mgħammra biex tiġbed trejler, il-kontroll tas-sinjal ta’ twissija ta’ periklu għandu wkoll ikun jista’ jattiva l-fanali li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler. Is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu għandu jkun jista’ jiffunzjona anki jekk l-apparat li jistartja jew jitfi s-sistema tal-propulsjoni jkun f’pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li s-sistema ta’ propulsjoni tiġi startjata.

6.7.

Lampa tal-waqfien (ir-Regolament tan-NU Nru 7 jew Nru 148)

6.7.1.

Preżenza

L-apparati tal-kategorija S1 jew S2 : obbligatorja fuq il-kategoriji ta’ vetturi kollha.

L-apparati tal-kategorija S3 jew S4: obbligatorja fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, ħlief ix-chassis-cabs u dawk il-vetturi tal-kategorija N1 bi spazju miftuħ għat-tagħbija; fakultattiva fuq kategoriji ta’ vetturi oħra.

6.7.2.

Numru

Żewġ apparati tal-kategorija S1 jew S2 u apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 fuq il-kategoriji ta’ vetturi kollha.

6.7.2.1.

Ħlief fil-każ fejn jiġi installat apparat tal-kategorija S3 jew S4, fuq vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O2, O3, u O4 jistgħu jiġu installati żewġ apparati fakultattivi tal-kategorija S1 jew S2.

6.7.2.2.

Biss, meta l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma jkunx jinstab fuq panil fiss tal-karozzerija, imma jissepara parti waħda li tiċċaqlaq jew żewġ partijiet li jiċċaqilqu tal-vettura (eż. bibien), u ma jkunx hemm biżżejjed spazju biex jiġi installat apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 fuq il-pjan medjan lonġitudinali ’l fuq minn partijiet li jiċċaqilqu ta’ din ix-xorta, jew:

 

Jistgħu jiġu installati żewġ apparati tal-kategorija S3 jew S4 tat-tip “D”; jew

 

Jista’ jiġi installat apparat wieħed tal-kategorija S3 jew S4 spostat fuq ix-xellug jew fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali, jew

 

Tista’ tiġi installata sistema ta’ lampi interdipendenti tal-kategorija S3 jew S4.

6.7.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.7.4.

Pożizzjoni

6.7.4.1.

Fil-wisa’:

 

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1:

 

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2, il-punt tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura;

 

Għad-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ma hemm l-ebda rekwiżit speċjali.

 

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha:

 

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2, id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza għandha tkun mhux inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm.

 

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: iċ-ċentru ta’ referenza għandu jkun fuq il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madanakollu, fil-każ fejn jiġu installati ż-żewġ apparati tal-kategorija S3 jew S4, skont il-paragrafu 6.7.2., għandhom jiġu ppożizzjonati mill-aktar qrib possibbli tal-pjan medjan lonġitudinali, wieħed fuq kull naħa ta’ dan il-pjan.

 

Fil-każ fejn, skont il-paragrafu 6.7.2., tkun permessa lampa waħda tal-kategorija S3 jew S4 spostjata mill-pjan medjan lonġitudinali, din il-pożizzjoni spostjata ma għandhiex tkun aktar minn 150 mm mill-pjan medjan lonġitudinali saċ-ċentru ta’ referenza tal-lampa.

6.7.4.2.

Fl-għoli:

6.7.4.2.1.

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2:

’il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm u jekk ma jkunux installati l-lampi fakultattivi).

Jekk ikunu installati l-lampi fakultattivi, dawn għandhom jiġu ppożizzjonati f’għoli li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti tal-wisa’ u tas-simmetrija tal-lampi u f’distanza vertikali kbira daqskemm tippermetti l-forma tal-karozzerija, iżda mhux inqas minn 600 mm ’il fuq mil-lampi obbligatorji.

6.7.4.2.2.

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4:

Il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ isfel tas-superfiċe apparenti għandu: jew ma jkunx aktar minn 150 mm taħt il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ isfel tas-superfiċe espost tal-ħġieġ jew tal-igglejżjar tat-tieqa ta’ wara, jew ma jkunx inqas minn 850 mm ’il fuq mill-art.

Madanakollu, il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ isfel tas-superfiċe apparenti tal-apparat tal-kategorija S3 jew S4 għandu jkun ’il fuq mill-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ fuq tas-superfiċe apparenti tal-apparati tal-kategorija S1 jew S2.

6.7.4.3.

Fit-tul:

6.7.4.4.

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: fuq wara tal-vettura

6.7.4.5.

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.7.5.

Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali:

 

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: 45° fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-assi lonġitudinali tal-vettura.

Madankollu, għal-lampi tal-waqfien tal-kategoriji 1 u S2 immuntati f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l ġewwa ta’ 45° jista’ jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: 10 ° fuq ix-xellug u fuq il-lemin tal-assi lonġitudinali tal-vettura.

Angolu vertikali:

 

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu,

(a)

Meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°;

(b)

Meta lampa fakultattiva tiġi mmuntata f’għoli ta’ aktar minn 2 100 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l fuq ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

Għall-apparati tal-kategorija S3 jew S4: 10° ’il fuq u 5° taħt l-orizzontali.

6.7.6.

Orjentazzjoni

Lejn il-parti ta’ wara tal-vettura.

6.7.7.

Konnessjonijiet elettriċi

6.7.7.1.

Il-lampi tal-waqfien kollha għandhom jiġu MIXGĦULA fl-istess ħin meta s-sistema tal-ibbrejkjar tipprovdi s-sinjal rilevanti definit fir-Regolamenti tan-NU Nru 13 u Nru 13-H.

6.7.7.2.

Il-lampi tal-waqfien ma hemmx għalfejn jaħdmu jekk l-apparat, li jistartja u/jew jitfi s-sistema tal-propulsjoni, ikun f’pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li s-sistema tal-propulsjoni taħdem.

6.7.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju huwa fakultattiv, madankollu, indikatur operatorju ta’ ħsara jkun obbligatorju jekk meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti.

Fejn jitwaħħal, dan l-indikatur operatorju għandu jkun indikatur operatorju tal-funzjonament li jikkonsisti minn dawl ta’ twissija li ma jteptepx li jixgħel fil-każ ta’ ħsara fil-lampi tal-waqfien.

6.7.9.

Rekwiżiti oħra

6.7.9.1.

L-apparat tal-kategorija S3 jew S4 ma jista’ jiġi reċiprokament inkorporat ma ebda lampa oħra.

6.7.9.2.

L-apparat tal-kategorija S3 jew S4 jista’ jiġi installat fuq barra jew fuq ġewwa tal-vettura.

6.7.9.2.1.

Fil-każ fejn jiġi installat ġewwa l-vettura:

Id-dawl emess ma għandux jikkawża skumdità lis-sewwieq permezz tal-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura (jiġifieri it-tieqa ta’ wara).

6.8.

Fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (ir-Regolament tan-NU Nru 4 jew Nru 148)

6.8.1.

Preżenza

Obbligatorja.

6.8.2.

Numru

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa tar-reġistrazzjoni skont id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

6.8.3.

Arranġament

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa tar-reġistrazzjoni skont id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

6.8.4.

Pożizzjoni

6.8.4.1.

Fil-wisa’: Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa tar-reġistrazzjoni skont id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

6.8.4.2.

Fl-għoli: Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa tar-reġistrazzjoni skont id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

6.8.4.3.

Fit-tul: Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa tar-reġistrazzjoni skont id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

6.8.5.

Viżibilità ġeometrika

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa tar-reġistrazzjoni skont id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

6.8.6.

Orjentazzjoni

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa tar-reġistrazzjoni skont id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat.

6.8.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Skont il-paragrafu 5.11.

6.8.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju huwa fakultattiv Jekk ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-indikatur operatorju meħtieġ għal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

6.8.9.

Rekwiżiti oħra

Meta l-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jkun ikkombinat mal-lampa tal-pożizzjoni ta’ wara, reċiprokament inkorporat fil-lampa tal-waqfien jew fil-lampa ta’ wara taċ-ċpar, il-karatteristiċi fotometriċi tal-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jiġu mmodifikati waqt li l-lampa tal-waqfien jew tal-lampa ta’ wara taċ-ċpar tkun MIXGĦULA.

6.9.

Lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem (ir-Regolament tan-NU Nru 7 jew Nru 148)

6.9.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati kollha.

Obbligatorja fuq trejlers b’wisa’ ta’ aktar minn 1 600 mm.

Fakultattiva fuq trejlers b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 1 600 mm.

6.9.2.

Numru

Tnejn.

6.9.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.9.4.

Pożizzjoni

6.9.4.1.

Fil-wisa’: il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandhux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Fil-każ ta’ trejler, dak il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali ma għandux ikun aktar minn 150 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assijiet ta’ referenza għandha:

 

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: L-ebda rekwiżit speċjali;

 

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: Ma tkunx inqas minn 600 mm. Meta l-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm.

6.9.4.2.

Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm għall-vetturi tal-kategoriji O1 u O2, jew jekk għal kwalunkwe kategorija ta’ vetturi oħra, il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm).

6.9.4.3.

Fit-tul: l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.9.4.4.

Meta l-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem u lampa oħra jkunu reċiprokament inkorporati, għandu jintuża s-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-lampa l-oħra biex tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-pożizzjonament (il-paragrafi 6.9.4.1. sa 6.9.4.3.).

6.9.5.

Viżibilità ġeometrika

6.9.5.1.

Angolu orizzontali: 45° ’il ġewwa u 80° ’il barra.

Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l ġewwa ta’ 45° jista’ jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Fil-każ tat-trejlers, l-angolu ’l ġewwa jista’ jitnaqqas għal 5°.

Angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.9.5.2.

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, bħala alternattiva għall-paragrafu 6.9.5.1. ta’ hawn fuq, fid-diskrezzjoni tal-manifattur jew tar-rappreżentat tiegħu akkreditat b’mod xieraq, u biss jekk tiġi installata lampa li timmarka l-ġnub ta’ quddiem fuq il-vettura:

 

Angolu orizzontali: 45° ’il barra sa 45° ’il ġewwa.

 

Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l ġewwa ta’ 45° jista’ jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

 

Angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

 

Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

 

Biex titqies bħala viżibbli, il-lampa għandha tipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċe apparenti ta’ mill-inqas 12,5 cm2. L-erja tas-superfiċe illuminanti ta’ kwalunwke retroriflettur li ma jittrażmettix dawl għandha tkun eskluża.

6.9.6.

Orjentazzjoni

’Il quddiem.

6.9.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Skont il-paragrafu 5.11.

Madankollu, jekk lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem tkun reċiprokament inkorporata ma’ indikatur tad-direzzjoni, il-konnessjoni elettrika tal-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jew il-parti reċiprokament inkorporata tiegħu tista’ tkun tali li tiġi MITFIJA matul il-ħin kollu (iċ-ċiklu MIXGĦULA u MITFIJA) tat-tħaddim tal-lampa tal-indikatur tad-direzzjoni.

6.9.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq huwa obbligatorju.

Dan l-indikatur operatorju għandu jkun tat-tip li ma jteptepx u ma għandux ikun meħtieġ jekk it-tidwil tal-panil tal-istrumenti jista’ jiġi MIXGĦUL simultanjament mal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem.

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta s-sistema tas-sinjalar bid-dawl tkun taħdem skont il-paragrafu 6.19.7.4.

Madankollu, indikatur operatorju ta’ ħsara jkun obbligatorju jekk meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti.

6.9.9.

Rekwiżiti oħra

6.9.9.1.

Jekk ġeneratur wieħed jew iktar tar-raġġi infraħoħor ikun(u) installat(i) ġewwa l-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem, din/dawn titħalla/jitħallew tiġi/jiġu MIXGĦULA biss meta l-fanal ta’ quddiem tal-istess naħa tal-vettura jkun MIXGĦUL u l-vettura tkun miexja ’l quddiem. Fil-każ li l-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew il-fanal ta’ quddiem tal-istess naħa ma jaħdmux, il-ġeneratur(i) tar-raġġi infraħomor għandu jiġi MITFI awtomatikament.

6.9.9.2.

F’każ li tiġi installata AFS li tipprovdi modalità ta’ dawl għal-liwi, il-lampa tal-pożizzjoni ta’ quddiem tista’ tiġi mdawwra flimkien ma unità tad-dawl li tkun reċiprokament inkorporata magħha.

6.10.

Lampa tal-pożizzjoni ta’ wara (ir-Regolament tan-NU Nru 7 jew Nru 148)

6.10.1.

Preżenza

Apparati tal-kategorija R jew R1 jew R2: Obbligatorja

6.10.2.

Numru

Tnejn.

6.10.2.1.

Ħlief fil-każ fejn jiġu installati lampi li jindikaw it-tarf tal-vettura, fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O2, O3, u O4 jistgħu jiġu installati żewġ lampi tal-pożizzjoni fakultattivi.

6.10.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.10.4.

Pożizzjoni

6.10.4.1.

Fil-wisa’: il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandhux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni ma għandhiex tapplika għal-lampi ta’ wara fakultattivi.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assijiet ta’ referenza għandha:

 

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: ma jkollha ebda rekwiżit speċjali;

 

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: ma tkunx inqas minn 600 mm. Meta l-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm.

6.10.4.2.

Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm u jekk ma jkunux installati l-lampi fakultattivi). Jekk ikunu installati l-lampi fakultattivi, dawn għandhom jiġu ppożizzjonati f’għoli li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti applikabbli tal-paragrafu 6.10.4.1., mas-simmetrija tal-lampi, u f’distanza vertikali kbira daqskemm tippermetti l-forma tal-karozzerija, iżda mhux inqas minn 600 mm ’il fuq mil-lampi obbligatorji.

6.10.4.3.

Fit-tul: Il-parti ta’ wara tal-vettura.

6.10.5.

Viżibilità ġeometrika

6.10.5.1.

Angolu orizzontali: 45° ’il ġewwa u 80° ’il barra.

Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l ġewwa ta’ 45° jista’ jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu,

(a)

Meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°;

(b)

Meta lampa fakultattiva tiġi mmuntata f’għoli ta’ aktar minn 2 100 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l fuq ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.10.5.2.

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, bħala alternattiva għall-paragrafu 6.10.5.1. ta’ hawn fuq, fid-diskrezzjoni tal-manifattur jew tar-rappreżentat tiegħu akkreditat b’mod xieraq, u biss jekk tiġi installata lampa li timmarka l-ġnub ta’ quddiem fuq il-vettura:

Angolu orizzontali: 45° ’il barra sa 45° ’il ġewwa. Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l ġewwa ta’ 45° jista’ jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

Biex titqies viżibbli, il-lampa għandha tipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċe apparenti ta’ mill-inqas 12,5 ċentimetru kwadru. L-erja tas-superfiċe illuminanti ta’ kwalunwke retroriflettur li ma jittrażmettix dawl għandha tkun eskluża.

6.10.6.

Orjentazzjoni

Lura.

6.10.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Skont il-paragrafu 5.11.

Madankollu, jekk lampa tal-pożizzjoni ta’ wara tkun reċiprokament inkorporata ma’ indikatur tad-direzzjoni, il-konnessjoni elettrika tal-lampa tal-pożizzjoni ta’ wara fuq in-naħa rilevanti tal-vettura jew il-parti reċiprokament inkorporata tiegħu tista’ tkun tali li tiġi MITFIJA matul il-ħin kollu (iċ-ċiklu MIXGĦULA u MITFIJA) tat-tħaddim tal-lampa tal-indikatur tad-direzzjoni.

6.10.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq huwa obbligatorju. Dan għandu jkun ikkombinat ma’ dak tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem.

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika meta s-sistema tas-sinjalar bid-dawl tkun taħdem skont il-paragrafu 6.19.7.4.

Madankollu, indikatur operatorju ta’ ħsara jkun obbligatorju jekk meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti.

6.10.9.

Rekwiżiti oħra

L-ebda.

6.11.

Lampa ta’ wara taċ-ċpar (ir-Regolament tan-NU Nru 38 jew Nru 148)

6.11.1.

Preżenza

Apparati tal-kategorija F jew F1 jew F2: Obbligatorja.

6.11.2.

Numru

Waħda jew tnejn.

6.11.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.11.4.

Pożizzjoni

6.11.4.1.

Fil-wisa’: jekk ikun hemm biss lampa ta’ wara taċ-ċpar waħda, din għandha tkun fuq in-naħa tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura opposta għad-direzzjoni tat-traffiku tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni, u ċ-ċentru ta’ referenza wkoll jista’ jkun qiegħed fuq il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.11.4.2.

Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 000 mm ’il fuq mill-art. Għal-lampi ta’ wara taċ-ċpar raggruppati ma’ kwalunkwe lampa ta’ wara, l-għoli massimu jista’ jiġi miżjud għal 1 200 mm. Għall-kategoriji ta’ vetturi N2G, N3G, M2G, M3G (off-road) l-għoli massimu jista’ jiġi miżjud għal 1 400 mm.

6.11.4.3.

Fit-tul: fuq wara tal-vettura

6.11.5.

Viżibilità ġeometrika

Definita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.10.7.:

 

α = 5° ’il fuq u 5° ’l isfel;

 

ß = 25° fuq il-lemin u fuq ix-xellug.

6.11.6.

Orjentazzjoni

Lura.

6.11.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Dawn għandhom ikunu tali li:

6.11.7.1.

Il-lampa/i ta’ wara taċ-ċpar ma tistax/jistgħux tiġi/jiġu MIXGĦULA ħlief meta jiġu MIXGĦULA r-raġġi ewlenin, ir-raġġi baxxi jew il-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar;

6.11.7.2.

Il-lampa/i ta’ wara taċ-ċpar tista’/jistgħu tiġi/jiġu MITFIJA b’mod indipendenti minn kwalunkwe lampa oħra;

6.11.7.3.

Tapplika kwalunkwe waħda minn dawn il-possibbiltajiet:

6.11.7.3.1.

Il-lampa/i ta’ wara taċ-ċpar tista’/jistgħu tkompli/jkomplu taħdem/jaħdmu sakemm il-lampi tal-pożizzjoni jiġu MITFIJA, u l-lampa/i ta’ wara taċ-ċpar imbagħad għandha/għandhom tibqa’/jibqgħu MITFIJA sakemm terġa’/jerġgħu tiġi/jiġu MIXGĦULA apposta;

6.11.7.3.2.

Għandha tingħata twissija, għall-inqas akustika, addizzjonali għall-indikatur operatorju obbligatorju (paragrafu 6.11.8.) jekk il-magna tiġi MITFIJA jew jekk iċ-ċavetta li tistartja l-magna tiġi rtirata u l-bieba tas-sewwieq tinfetaħ, kemm jekk il-lampi tal-paragrafu 6.11.7.1. ikunu MIXGĦULA kif ukoll jekk MITFIJA, filwaqt li l-kontroll tal-lampa taċ-ċpar ta’ wara jkun qiegħed fil-pożizzjoni MIXGĦUL.

6.11.7.4.

Ħlief kif previst fil-paragrafi 6.11.7.1., 6.11.7.3. u 6.11.7.5., it-tħaddim tal-lampa/i ta’ wara taċ-ċpar ma għandux ikun affetwat minn jekk tiġix MIXGĦULA kwalunkwe lampa oħra.

6.11.7.5.

Il-lampa/i ta’ wara taċ-ċpar ta’ vettura motorizzata li tiġbed tista’/jistgħu tiġi/jiġu MITFIJA waqt li t-trejler ikun konness u l-lampa/i ta’ wara taċ-ċpar tat-trejler tiġi/jiġu MIXGĦULA.

6.11.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq huwa obbligatorju. Dawl ta’ twissija li ma jteptepx indipendenti.

6.11.9.

Rekwiżiti oħra

Fil-każijiet kollha, id-distanza bejn il-lampa ta’ wara taċ-ċpar u kull lampa tal-waqfien għandha tkun iktar minn 100 mm.

6.12.

Lampa tal-ipparkjar (ir-Regolament tan-NU Nru 77 jew Nru 7 jew Nru 148)

6.12.1.

Preżenza

Fuq il-vetturi motorizzati b’tul ta’ mhux aktar minn 6 m u b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 2 m, hija fakultattiva.

Fuq il-vetturi l-oħra kollha, hija pprojbita.

6.12.2.

Numru

Skont l-arranġament.

6.12.3.

Arranġament

Jew żewġ lampi fuq quddiem u żewġ lampi fuq wara, jew lampa fuq kull naħa.

6.12.4.

Pożizzjoni

6.12.4.1.

Fil-wisa’: il-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandhux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Barra minn hekk, jekk ikun hemm żewġ lampi, dawn għandhom ikunu fuq il-ġnub tal-vettura.

6.12.4.2.

Fl-għoli:

 

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: l-ebda rekwiżit speċjali;

 

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm).

6.12.4.3.

Fit-tul: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.12.5.

Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 45° ’il barra, ’il quddiem u lura.

Madankollu, meta lampa tal-ipparkjar ta’ quddiem jew ta’ wara tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l ġewwa ta’ 45° jista’ jitnaqqas għal 20° taħt il-pjan H.

Angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali.

Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.12.6.

Orjentazzjoni

Tali li l-lampi jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità ’il quddiem u lura.

6.12.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Il-konnessjoni trid tippermetti li l-lampa/i tal-ipparkjar fuq l-istess ġenb tal-vettura tiġi/jiġu MIXGĦULA b’mod indipendenti minn kwalunkwe lampa oħra.

Il-lampa/i tal-ipparkjar u, jekk ikun applikabbli, il-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara skont il-paragrafu 6.12.9. ta’ hawn taħt, għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu anki jekk l-apparat li jistartja s-sistema tal-propulsjoni jkun f’pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li s-sistema tal-propulsjoni taħdem. Huwa pprojbit apparat li JITFI dawn il-lampi awtomatikament bħala funzjoni tal-ħin.

6.12.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq huwa fakultattiv. Jekk ikun hemm wieħed, ma għandux ikun possibbli li dan jiġi konfuż mal-indikatur operatorju għal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

6.12.9.

Rekwiżiti oħra

Il-funzjonament ta’ din il-lampa jista’ jsir ukoll billi fl-istess ħin jiġu MIXGĦULA l-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara fuq l-istess ġenb tal-vettura. F’dan il-każ, il-lampi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem jew ta’ wara jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-lampi tal-ipparkjar.

6.13.

Lampa li tindika t-tarf tal-vettura (ir-Regolament tan-NU Nru 7 jew Nru 148)

6.13.1.

Preżenza

Apparati tal-kategoriji A jew AM (viżibbli minn quddiem) u apparati tal-Kategoriji R, R1, R2, RM1 jew RM2 (viżibbli minn wara):

Obbligatorja fuq vetturi b’wisa’ ta’ aktar min 2,10 m. Fakultattiva fuq vetturi b’wisa’ ta’ bejn 1,80 u 2,10 m. Fuq ix-chassis-cabs, il-lampi li jindikaw it-tarf tal-vettura ta’ wara huma fakultattivi.

6.13.2.

Numru

Tnejn viżibbli minn quddiem u tnejn viżibbli minn wara.

Lampi addizzjonali jistgħu jitwaħħlu kif ġej:

(a)

Tnejn viżibbli minn quddiem;

(b)

Tnejn viżibbli minn wara.

6.13.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.13.4.

Pożizzjoni

6.13.4.1.

Fil-wisa’:

Quddiem u wara: mill-aktar qrib possibbli tat-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni titqies li ġiet issodisfata meta l-punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma jkunx iktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

6.13.4.2.

Fl-għoli:

Quddiem: Il-vetturi motorizzati - il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ fuq tas-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-apparat ma għandux ikun aktar baxx mill-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ fuq taż-żona trasparenti tal-windskrin.

It-trejlers u s-semitrejlers - fl-għoli massimu kompatibbli mar-rekwiżiti relatati mal-wisa’ u mad-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura u mas-simmetrija tal-lampi.

Wara: Fl-għoli massimu kompatibbli mar-rekwiżiti relatati mal-wisa’ u mad-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura u mas-simmetrija tal-lampi.

Il-lampi addizzjonali kif speċifikat fil-paragrafu 6.13.2. (b), għandhom jitwaħħlu kemm jista’ jkun separati minn xulxin fl-għoli prattikabbli fir-rigward ta’ dawk obbligatorji, dment li l-pożizzjoni tagħhom tkun kompatibbli mar-rekwiżiti tad-disinn/operattivi tal-vettura u mas-simmetrija tal-lampi.

6.13.4.3.

Fit-tul, l-ebda rekwiżit speċjali.

Il-lampi addizzjonali kif speċifikat fil-paragrafu 6.13.2. (a), għandhom jitwaħħlu mill-aktar qrib prattikabbli fuq wara; dan ir-rekwiżit jitqies issodisfat jekk id-distanza bejn il-lampi addizzjonali u l-parti ta’ wara tal-vettura ma tkunx aktar minn 400 mm.

6.13.5.

Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 80° ’il barra.

Angolu vertikali: 5 ° ’il fuq u 20 ° taħt l-orizzontali.

6.13.6.

Orjentazzjoni

Tali li l-lampi jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità ’il quddiem u lura.

6.13.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Skont il-paragrafu 5.11.

6.13.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju huwa fakultattiv Jekk ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-indikatur operatorju meħtieġ għal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

Madankollu, indikatur operatorju ta’ ħsara jkun obbligatorju jekk meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti.

6.13.9.

Rekwiżiti oħra

Sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti l-oħra kollha, il-lampi obbligatorji jew fakultattivi viżibbli minn quddiem u l-lampi obbligatorji jew fakultattivi viżibbli minn wara fuq l-istess ġenb tal-vettura jistgħu jiġu kkombinati f’apparat wieħed.

Tnejn mil-lampi viżibbli minn wara jistgħu jiġu raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati skont il-paragrafu 5.7.

Il-pożizzjoni tal-lampa li tindika t-tarf tal-vettura fir-rigward tal-lampa tal-pożizzjoni korrispondenti għandha tkun tali li d-distanza bejn il-projezzjonijiet, fuq pjan trasversali vertikali, tal-punti l-eqreb ta’ xulxin fuq is-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza rispettivi taż-żewġ lampi meqjusa ma tkunx inqas minn 200 mm.

Il-lampi addizzjonali kif speċifikat fil-paragrafu 6.13.2. (a), li jintużaw biex jindikaw it-tarf ta’ wara tal-vettura, tat-trejler jew tas-semitrejler għandhom jitwaħħlu b’tali mod li jagħmluh(a) viżibbli fil-kampi viżivi tal-apparati tal-viżjoni ta’ wara ewlenin approvati għal viżjoni indiretta.

6.14.

Retroriflettur ta’ wara, mhux trijangulari (ir-Regolament tan-NU Nru 3 jew Nru 150)

6.14.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati.

Fakultattiva fuq it-trejlers, sakemm ikunu raggruppati mal-apparti għas-sinjalar bid-dawl ta’ wara l-oħra.

6.14.2.

Numru

Tnejn, li l-prestazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-Regolament tan-NU Nru 3 jew Nru 150 li jikkonċernaw ir-retrorifletturi tal-Klassi IA jew tal-Klassi IB. Jiġu permessi apparati u materjali retroriflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retrorifletturi li ma jkunux konformi mal-paragrafu 6.14.4. ta’ hawn taħt), sakemm ma jnaqqsux l-effikaċja tal-apparati obbligatorji għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

6.14.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.14.4.

Pożizzjoni

6.14.4.1.

Fil-wisa’: il-punt fuq is-superfiċe illuminanti li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assijiet ta’ referenza għandha:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: ma jkollha ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: ma tkunx inqas minn 600 mm. Meta l-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm.

6.14.4.2.

Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u lanqas iktar minn 900 mm (mhux iktar minn 1 200 mm jekk raggruppati ma’ xi lampa/i ta’ wara, 1 500 mm jekk il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 900 mm jew inqas minn 1 200 mm rispettivament).

6.14.4.3.

Fit-tul: fuq wara tal-vettura

6.14.5.

Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 30° ’il ġewwa u ’l barra.

Angolu vertikali: 10° ’il fuq u taħt l-orizzontali.

Madankollu, meta retroriflettur jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 10° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.14.6.

Orjentazzjoni

Lura.

6.14.7.

Rekwiżiti oħra

Is-superfiċe illuminanti tar-retrorifettur jista’ jkollu partijiet komuni mas-superfiċe apparenti ta’ kwalunkwe lampa oħra li tinsab fuq wara.

6.15.

Retroriflettur ta’ wara, trijangulari (ir-Regolament tan-NU Nru 3 jew Nru 150)

6.15.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq it-trejlers.

Projbita fuq il-vetturi motorizzati.

6.15.2.

Numru

Tnejn, li l-prestazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-Regolament tan-NU Nru 3 jew Nru 150 li jikkonċernaw ir-retrorifletturi tal-Klassi IIIA jew tal-Klassi IIIB. Jiġu permessi apparati u materjali retroriflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retrorifletturi li ma jkunux konformi mal-paragrafu 6.15.4. ta’ hawn taħt), sakemm ma jnaqqsux l-effikaċja tal-apparati obbligatorji għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

6.15.3.

Arranġament

Il-quċċata tat-trijanglu għandha tkun diretta ’l fuq.

6.15.4.

Pożizzjoni

6.15.4.1.

Fil-wisa’: il-punt fuq is-superfiċe illuminanti li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Ma għandux ikun hemm aktar minn 600 mm bejn it-truf ta’ ġewwa tar-retrorifletturi. Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm.

6.15.4.2.

Fl-għoli: ’Il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u lanqas iktar minn 900 mm (mhux iktar minn 1 200 mm jekk raggruppati ma’ xi lampa/i ta’ wara, 1 500 mm jekk il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 900 mm jew inqas minn 1 200 mm rispettivament).

6.15.4.3.

Fit-tul: fuq wara tal-vettura

6.15.5.

Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 30° ’il ġewwa u ’l barra.

Angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. Madankollu, meta retroriflettur jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 15° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.15.6.

Orjentazzjoni

Lura.

6.15.7.

Rekwiżiti oħra

Is-superfiċe illuminanti tar-retrorifettur jista’ jkollu partijiet komuni mas-superfiċe apparenti ta’ kwalunkwe lampa oħra li tinsab fuq wara.

6.16.

Retroriflettur ta’ quddiem, mhux trijangulari (ir-Regolament tan-NU Nru 3 jew Nru 150)

6.16.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq it-trejlers.

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati li jkollhom il-lampi li jifaċċjaw ’il quddiem kollha b’rifletturi li jistgħu jinħbew.

Fakultattiva fuq vetturi motorizzati oħra.

6.16.2.

Numru

Tnejn, li l-prestazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-Regolament tan-NU Nru 3 jew Nru 150 li jikkonċernaw ir-retrorifletturi tal-Klassi IA jew tal-Klassi IB. Jiġu permessi apparati u materjali retroriflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retrorifletturi li ma jkunux konformi mal-paragrafu 6.16.4. ta’ hawn taħt), sakemm ma jnaqqsux l-effikaċja tal-apparati obbligatorji għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

6.16.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.16.4.

Pożizzjoni

6.16.4.1.

Fil-wisa’: il-punt fuq is-superfiċe illuminanti li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Fil-każ ta’ trejler, il-punt tas-superfiċe illuminanti li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma għandux ikun aktar ’il bogħod minn 150 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assijiet ta’ referenza għandha:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: ma jkollha ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: ma tkunx inqas minn 600 mm. Meta l-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm.

6.16.4.2.

Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm (1 500 mm jekk il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 900 mm).

6.16.4.3.

Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.16.5.

Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 30° ’il ġewwa u ’l barra. Fil-każ tat-trejlers, l-angolu ’l ġewwa jista’ jitnaqqas għal 10 °. Jekk minħabba l-binja tat-trejlers dan l-angolu ma jistax jiġi ssodisfat mir-retrorifletturi obbligatorji, għandhom jitwaħħlu retrorifletturi addizzjonali (supplementari), mingħajr il-limitazzjoni tal-wisa’ (il-paragrafu 6.16.4.1. ta’ hawn fuq), li flimkien mar-retrorifleturi obbligatorji, għandhom joħolqu l-angolu ta’ viżibilità meħtieġ.

Angolu vertikali: 10 ° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. Madankollu, meta retroriflettur jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 10° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.16.6.

Orjentazzjoni

’Il quddiem.

6.16.7.

Rekwiżiti oħra

Is-superfiċe illuminanti tar-retroriflettur jista’ jkollu partijiet komuni mas-superfiċe apparenti ta’ kwalunkwe lampa oħra li tinsab fuq quddiem.

6.17.

Retroriflettur tal-ġenb, mhux trijangulari (ir-Regolament tan-NU Nru 3 jew Nru 150)

6.17.1.

Preżenza

Obbligatorja: Fuq il-vetturi motorizzati kollha b’tul ta’ aktar minn 6 m.

Fuq it-trejlers kollha.

Fakultattiv: Fuq il-vetturi motorizzati b’tul ta’ mhux aktar minn 6 m.

6.17.2.

Numru

Tali li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-pożizzjonament lonġitudinali. Il-prestazzjonijiet ta’ dawn l-apparati għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti fir-Regolament tan-NU Nru 3 jew Nru 150 li jikkonċernaw ir-retrorifletturi tal-Klassi IA jew tal-Klassi IB. Jiġu permessi apparati u materjali retroriflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retrorifletturi li ma jkunux konformi mal-paragrafu 6.17.4. ta’ hawn taħt), sakemm ma jnaqqsux l-effikaċja tal-apparati obbligatorji għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl.

6.17.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.17.4.

Pożizzjoni

6.17.4.1.

Fil-wisa’: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.17.4.2.

Fl-għoli: ’Il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u lanqas iktar minn 900 mm (mhux iktar minn 1 200 mm jekk raggruppati ma’ xi lampa/i, 1 500 mm jekk il-forma tal-karrozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 900 mm jew inqas minn 1 200 mm rispettivament jew jekk il-preżenza tal-apparat ma tkunx obbligatorja skont il-paragrafu 6.17.1.).

6.17.4.3.

Fit-tul: mill-inqas retroriflettur tal-ġenb wieħed għandu jitwaħħal mat-terz nofsani tal-vettura, u r-retroriflettur tal-ġenb ta’ quddiem nett ma għandux ikun aktar minn 3 m mill-parti ta’ quddiem tal-vettura;

Id-distanza bejn żewġ retrorifletturi tal-ġenb biswit xulxin ma għandhiex tkun aktar minn 3 m. Madanakollu, dan ma japplikax għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1.

Jekk l-istruttura, id-disinn jew l-użu operazzjonali tal-vettura jagħmluha impossibbli li tinżamm il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, din id-distanza tista’ tiżdied għal 4 m. Id-distanza bejn ir-retroriflettur tal-ġenb ta’ wara nett u l-parti ta’ wara tal-vettura ma għandhiex tkun aktar minn 1 m. Madanakollu, għall-vetturi motorizzati b’tul ta’ mhux aktar minn 6 m, huwa biżżejjed li jitwaħħal retroriflettur tal-ġenb wieħed fl-ewwel terz u/jew wieħed fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

Għall-vetturi M1 b’tul ta’ aktar minn 6 m iżda mhux aktar minn 7 m, huwa biżżejjed li jkun hemm retroriflettur tal-ġenb wieħed imwaħħal mhux iktar minn 3 m ’l bogħod minn quddiem u wieħed fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

6.17.5.

Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 45° ’il quddiem u lura.

Angolu vertikali: 10 ° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. Madankollu, meta retroriflettur jiġi mmuntat f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 10° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.17.6.

Orjentazzjoni

Lejn il-ġenb.

6.17.7.

Rekwiżiti oħra

Is-superfiċe illuminanti tar-retroriflettur tal-ġenb jista’ jkollu partijiet komuni mas-superfiċe apparenti ta’ kwalunkwe lampa tal-ġenb oħra.

6.18.

lampa li timmarka l-ġnub (ir-Regolament tan-NU Nru 91 jew Nru 148)

6.18.1.

Preżenza

Obbligatorja: Fuq il-vetturi kollha b’tul ta’ aktar minn 6 m, ħlief għax-chassis-cabs.

Fuq il-kategoriji tal-vetturi kollha għandhom jintużaw lampi li jimmarkaw il-ġnub tat-tip SM1; madanakollu l-lampi li jimmarkaw il-ġnub tat-tip SM2 jistgħu jintużaw fuq il-vetturi tal-kategorija M1.

Barra minn hekk, fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 b’tul ta’ inqas minn 6 m, għandhom jintużaw lampi li jimmarkaw il-ġnub, jekk dawn jissupplimentaw ir-rekwiżiti tal-viżibilità ġeometrika mnaqqsa tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem konformi mal-paragrafu 6.9.5.2. u tal-lampi tal-pożizzjoni ta’ wara konformi mal-paragrafu 6.10.5.2.

Fakultattiv: Fuq il-vetturi l-oħra kollha.

Jistgħu jintużaw lampi li jimmarkaw il-ġnub tat-tip SM1 jew SM2.

6.18.2.

In-numru minimu fuq kull ġenb

Tali li tinżamm il-konformità mar-regoli għall-pożizzjonament lonġitudinali.

6.18.3.

Arranġament

L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.18.4.

Pożizzjoni

6.18.4.1.

Fil-wisa’: l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.18.4.2.

Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk il-forma tal-karozzerija tagħmilha impossibbli li tinżamm inqas minn 1 500 mm).

6.18.4.3.

Fit-tul: mill-inqas lampa li timmarka l-ġnub waħda għandha titwaħħal fuq it-terz nofsani tal-vettura, u l-lampa li timmarka l-ġnub ta’ quddiem nett ma għandiex tkun aktar minn 3 m minn quddiem tal-vettura. Id-distanza bejn iż-żewġ lampi li jimmarkaw il-ġnub biswit ta’ xulxin ma għandhiex tkun aktar minn 3 m. Jekk l-istruttura, id-disinn jew l-użu operazzjonali tal-vettura jagħmluha impossibbli li tinżamm il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, din id-distanza tista’ tiżdied għal 4 m.

Id-distanza bejn il-lampa li timmarka l-ġnub ta’ wara nett u l-parti ta’ wara tal-vettura ma għandhiex tkun aktar minn 1 m.

Madanakollu, għall-vetturi li t-tul tagħhom ma jeċċedix is-6 m u għax-chassis-cabs, huwa biżżejjed li jkun hemm lampa li timmarka l-ġnub waħda mwaħħla fl-ewwel terz u/jew fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura. Għall-vetturi M1 b’tul ta’ aktar minn 6 m iżda mhux aktar minn 7 m, huwa biżżejjed li jkun hemm lampa li timmarka l-ġnub waħda mwaħħla mhux iktar minn 3 m ’l bogħod minn quddiem u waħda fl-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

6.18.5.

Viżibilità ġeometrika

Angolu orizzontali: 45° ’il quddiem u lura; madanakollu, għall-vetturi li fuqhom l-installazzjoni tal-lampi li jimmarkaw il-ġnub hija fakultattiva dan il-valur jista’ jitnaqqas għal 30°.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b’lampi li jimmarkaw il-ġnub li jintużaw biex jissupplimentaw il-viżibilità ġeometrika mnaqqsa tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni ta’ quddiem u ta’ wara konformi mal-paragrafu 6.5.5.2. ta’ hawn fuq u/jew ta’ lampi tal-pożizzjoni konformi mal-paragrafi 6.9.5.2. u 6.10.5.2. ta’ hawn fuq, l-angoli huma 45° lejn it-truf ta’ quddiem u ta’ wara tal-vettura u 30° lejn iċ-ċentru tal-vettura (ara l-figura fil-paragrafu 6.5.5.2. ta’ hawn fuq).

Angolu vertikali: 10 ° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. Madankollu, meta lampa tiġi mmuntata f’għoli ta’ inqas minn 750 mm (imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8.1. ta’ hawn fuq), l-angolu ’l isfel ta’ 10° jista’ jitnaqqas għal 5°.

6.18.6.

Orjentazzjoni

Lejn il-ġenb.

6.18.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 b’tul ta’ inqas minn 6 m, jistgħu jiġu konnessi lampi li jimmarkaw il-ġnub ta’ lewn ambra biex iteptpu, sakemm dan it-teptip ikun b’mod sinkronizzat u bl-istess frekwenza tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura.

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4, il-lampi li jimmarkaw il-ġnub obbligatorji ta’ lewn ambra jistgħu jteptpu b’mod sinkronizzat mal-lampi indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura. Madankollu, fejn ikun hemm installati lampi indikaturi tad-direzzjoni tal-kategorija 5 skont il-paragrafu 6.5.3.1. fuq il-ġenb tal-vettura, dawn il-lampi li jimmarkaw il-ġnub ta’ lewn ambra ma għandhomx iteptpu.

6.18.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju huwa fakultattiv Jekk ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mill-indikatur operatorju meħtieġ għal-lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem u ta’ wara.

6.18.9.

Rekwiżiti oħra

Meta l-lampa li timmarka l-ġnub ta’ wara nett tkun ikkombinata mal-lampa tal-pożizzjoni ta’ wara li tkun reċiprokament inkorporata mal-lampa ta’ wara taċ-ċpar wara jew mal-lampa tal-waqfien ta’ wara, il-karatteristiċi fotometriċi tal-lampa li timmarka l-ġnub jistgħu jiġu modifikati waqt li l-lampa ta’ wara taċ-ċpar jew il-lampa tal-waqfien ta’ wara jkunu MIXGĦULA.

Il-lampi li jimmarkaw il-ġnub ta’ wara għandhom ikunu ta’ lewn ambra jekk iteptpu mal-lampa indikatur tad-direzzjoni ta’ wara.

6.19.

Lampa tas-sewqan binhar (ir-Regolament tan-NU Nru 87 jew Nru 148)

6.19.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati. Projbita fuq it-trejlers.

6.19.2.

Numru

Tnejn.

6.19.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.19.4.

Pożizzjoni

6.19.4.1.

Fil-wisa’: id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza għandha tkun mhux inqas minn 600 mm.

Din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tal-vettura jkun inqas minn 1 300 mm.

6.19.4.2.

Fl-għoli: ’il fuq mill-art mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm.

6.19.4.3.

Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew tas-superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.19.5.

Viżibilità ġeometrika

Orizzontali: 20° ’il barra u 20° ’il ġewwa.

Vertikali: 10° ’il fuq u 10° ’l isfel.

6.19.6.

Orjentazzjoni

’Il quddiem.

6.19.7.

Konnessjonijiet elettriċi

6.19.7.1.

Il-lampi tas-sewqan binhar għandhom jiġu MIXGĦULA awtomatikament meta l-apparat li jistartja u/jew jitfi s-sistema tal-propulsjoni jkun f’pożizzjoni li jagħmilha possibbli li s-sistema tal-propulsjoni taħdem. Madankollu, il-lampi tas-sewqan binhar jistgħu jibqgħu MITFIJA f’dawn il-kundizzjonijiet:

6.19.7.1.1.

Il-kontroll tat-trażmissjoni awtomatika jkun fil-pożizzjoni tal-ipparkjar; jew

6.19.7.1.2.

Il-brejk tal-ipparkjar ikun applikat; jew

6.19.7.1.3.

Qabel ma l-vettura tinstaq għall-ewwel darba wara kull attivazzjoni manwali tal-apparat, li jibda u/jew iwaqqaf is-sistema tal-propulsjoni.

6.19.7.2.

Il-lampi tas-sewqan binhar jistgħu jiġu MITFIJA manwalment, dment li jiġu MIXGĦULA awtomatikament meta l-veloċità tal-vettura tkun iktar minn 15 km/h jew meta l-vettura tkun instaqet iktar minn 100 m u li jibqgħu MIXGĦULA sakemm ma jerġgħux jiġu MITFIJA apposta.

6.19.7.3.

Il-lampa tas-sewqan binhar għandha tiġi MITFIJA awtomatikament meta l-apparat li jistartja u/jew jitfi s-sistema tal-propulsjoni jkun f’pożizzjoni li ma jippermettix li s-sistema tal-propulsjoni taħdem jew il-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar jew il-fanali ta’ quddiem jiġu MIXGĦULA, ħlief meta dawn tal-aħħar jintużaw biex jagħtu twissijiet luminużi intermettenti f’intervalli qosra.

6.19.7.4.

Il-lampi msemmija fil-paragrafu 5.11. jistgħu jiġu MIXGĦULA meta l-lampi tas-sewqan binhar ikunu MIXGĦULA. Jekk tintgħażel din l-alternattiva, mill-inqas il-lampi tal-pożizzjoni ta’ wara għandhom jiġu MIXGĦULA.

6.19.7.5.

Jekk id-distanza bejn il-lampa indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem u l-lampa tas-sewqan binhar tkun daqs jew inqas minn 40 mm, il-konnessjonijiet elettriċi tal-lampa tas-sewqan binhar fuq il-ġenb rilevanti tal-vettura jistgħu jkunu tali li jew:

(a)

Il-lampa tiġi MITFIJA; jew

(b)

L-intensità luminuża tagħha titnaqqas matul il-perjodu kollu (kemm fiċ-ċiklu meta tkun MIXGĦULA kif ukoll meta tkun MITFIJA) tal-attivazzjoni ta’ lampa indikatur tad-direzzjoni ta’ quddiem.

6.19.7.6.

Jekk lampa indikatur tad-direzzjoni tkun reċiprokament inkorporata ma’ lampa tas-sewqan binhar, il-konnessjonijiet elettriċi tal-lampa tas-sewqan binhar fuq in-naħa rilevanti tal-vettura għandhom ikunu tali li l-lampa tas-sewqan binhar tkun MITFIJA matul il-perjodu kollu (kemm fiċ-ċiklu meta tkun MIXGĦULA kif ukoll meta tkun MITFIJA) tal-attivazzjoni tal-lampa indikatur tad-direzzjoni.

6.19.8.

Indikatur operatorju

L-indikatur operatorju b’ċirkwit magħluq huwa fakultattiv, madankollu, indikatur operatorju ta’ ħsara jkun obbligatorju jekk meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti.

6.19.9.

Preskrizzjonijiet oħra

L-ebda preskrizzjoni.

6.20.

Lampa tal-kantunieri (ir-Regolament tan-NU Nru 119 jew Nru 149)

6.20.1.

Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati.

6.20.2.

Numru

Tnejn.

6.20.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.20.4.

Pożizzjoni

6.20.4.1.

Fil-wisa’: għandu jkun hemm lampa tal-kantunieri fuq kull naħa tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.20.4.2.

Fit-tul: mhux aktar ’il bogħod minn 1 000 mm mill-parti ta’ quddiem.

6.20.4.3.

Fl-għoli: minimu: Mhux inqas minn 250 mm ’l fuq mill-art.

massimu: Mhux aktar minn 900 mm’ il fuq mill-art.

Madanakollu, l-ebda punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ma għandu jkun ogħla mill-ogħla punt fuq is-superfiċe apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx.

6.20.5.

Viżibilità ġeometrika

Definita mill-angoli α u β kif speċifikat fil-paragrafu 2.10.7.:

 

α = 10° ’il fuq u ’l isfel,

 

β = 30° sa 60° ’il barra.

6.20.6.

Orjentazzjoni

Tali li l-lampi jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità ġeometrika.

6.20.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi tal-kantunieri għandhom ikunu konnessi b’tali mod li ma jistgħux jiġu attivati ħlief meta fl-istess ħin ikunu MIXGĦULA l-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jew il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx.

6.20.7.1.

Il-lampa tal-kantunieri fuq ġenb wieħed tal-vettura tista’ tiġi MIXGĦULA awtomatikament biss meta jiġu MIXGĦULA l-indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura u/jew meta l-angolu tal-istering jinbidel minn pożizzjoni dritt ’il quddiem lejn l-istess naħa tal-vettura.

Il-lampa tal-kantunieri għandha tiġi MITFIJA awtomatikament meta jiġi MITFI l-indikatur tad-direzzjoni u/jew l-angolu tal-istering ikun irritorna għall-pożizzjoni dritt ’il quddiem.

6.20.7.2.

Meta tiġi MIXGĦULA l-lampa tar-reverse, iż-żewġ lampi tal-kantunieri jistgħu jiġu MIXGĦULA fl-istess ħin, indipendentement mill-pożizzjoni tar-rota tal-istering jew tal-indikatur tad-direzzjoni.

Jekk jiġu MIXGĦULA b’dan il-mod, iż-żewġ lampi tal-kantunieri għandhom jiġu MITFIJA jew:

(a)

Meta tiġi MITFIJA l-lampa tar-reverse;

jew

(b)

Meta l-veloċità ’l quddiem tal-vettura tkun aktar minn 15 km/h.

6.20.8.

Indikatur operatorju

L-ebda.

6.20.9.

Rekwiżiti oħra

Il-lampi tal-kantunieri ma għandhomx ikunu MIXGĦULA f’veloċitajiet tal-vettura ta’ aktar minn 40 km/h.

6.21.

L-immarkar kospikwu (ir-Regolamenti tan-NU Nru 104 jew Nru 150)

6.21.1.

Preżenza

6.21.1.1.

Ipprojbita: fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u O1.

6.21.1.2.

Obbligatorja:

6.21.1.2.1.

Fuq wara:

Immarkar tal-kontorn sħiħ fuq vetturi b’wisa’ ta’ aktar minn 2 100 mm tal-kategoriji li ġejjin:

(a)

N2 b’massa massima ta’ aktar minn 7,5 tunnellati metriċi u N3 (bl-eċċezzjoni tax-chassis-cabs, tal-vetturi mhux kompluti u tat-tratturi għas-semitrejlers)

(b)

O3 u O4 (bl-eċċezzjoni ta’ vetturi mhux kompluti)

6.21.1.2.2.

Fuq il-ġenb:

6.21.1.2.2.1.

Immarkar tal-kontorn parzjali fuq vetturi b’tul ta’ aktar minn 6 000 mm (inkluż iż-żbarra tal-irmonk għat-trejlers) tal-kategoriji li ġejjin:

(a)

N2 b’massa massima ta’ aktar minn 7,5 tunnellati metriċi u N3 (bl-eċċezzjoni tax-chassis-cabs, tal-vetturi mhux kompluti u tat-tratturi għas-semitrejlers)

(b)

O3 u O4 (bl-eċċezzjoni ta’ vetturi mhux kompluti)

6.21.1.2.3.

L-immarkar lineari jista’ jiġi installat minflok l-immarkar tal-kontorn obbligatorju jekk ir-rekwiżiti tal-forma, tal-istruttura, tad-disinn jew operattivi tal-vettura ma jippermettux li jiġi installat l-immarkar tal-kontorn obbligatorju.

6.21.1.2.4.

Jekk is-superfiċji esterjuri tal-karrozzerija jkunu magħmula parzjalment minn materjal flessibbli, dan l-immarkar lineari għandu jiġi installat fuq parti(jiet) riġida/i tal-vettura. Il-porzjoni tal-immarkar kospikwu li jibqa’ jista’ jitwaħħal fuq il-materjal flessibbli. Jekk is-superfiċji esterjuri tal-karrozzerija jkunu magħmula għalkollox minn materjal flessibbli, l-immarkar lineari jista’ jitwaħħal fuq il-materjal flessibbli.

6.21.1.2.5.

F’każijiet fejn il-manifattur, wara verifika mis-Servizz Tekniku, jista’ jipprova għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li mhuwiex possibbli, minħabba r-rekwiżiti operattivi li jistgħu jirrikjedu forma, struttura jew disinn speċjali tal-vettura, li jkun konformi mar-rekwiżiti fil-paragrafi 6.21.2. sa 6.21.7.5. ta’ hawn taħt, allura jkun aċċettabbli li jissodisfa xi wħud minn dawn ir-rekwiżiti. Dan bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati parti mir-rekwiżiti, jekk ikun possibbli, u li jiġi applikat l-immarkar kospikwu li jissodisfa parzjalment ir-rekwiżiti l-aktar stretti fir-rigward tal-istruttura tal-vettura. Dan jista’ jinkludi t-twaħħil ta’ brackets jew ta’ pjanċi addizzjonali li jkun fihom materjal konformi mar-Regolamenti tan-NU Nru 104 jew Nru 150 fejn l-istruttura tkun disponibbli biex jiġi żgurat sinjalar ċar u uniformi kompatibbli mal-għan tal-kospikwità.

Meta s-sodisfazzjon parzjali jitqies bħala aċċettabbli, l-apparati retroriflettenti bħar-retrorifletturi tal-Klassi IVA tar-Regolamenti tan-NU Nru 3 jew Nru 150 jew il-brackets li jkollhom materjal retroriflettiv konformi mar-rekwiżiti fotometriċi tal-Klassi C tar-Regolamenti tan-NU Nru 104 jew Nru 150 jistgħu jissostitwixxu parti mill-immarkar kospikwu meħtieġ. F’dan il-każ, mill-inqas wieħed minn dawn l-apparati retroriflettivi għandu jiġi installat kull 1 500 mm.

L-informazzjoni neċessarja għandha tiġi indikata fil-formola tal-komunikazzjoni.

6.21.1.3.

Fakultattiv:

6.21.1.3.1.

Fuq wara u fuq il-ġenb:

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha, fejn mhux speċifikat mod ieħor fil-paragrafi 6.21.1.1. u 6.21.1.2. ta’ hawn fuq, inkluża l-kabina tal-unitajiet tat-tratturi għas-semitrejlers u l-kabina tax-chassis-cabs.

Jista’ jiġi applikat immarkar tal-kontorn parzjali jew sħiħ minflok l-immarkar lineari obbligatorju, u jista’ jiġi applikat immarkar tal-kontorn sħiħ minflok immarkar tal-kontorn parzjali li jkun obbligatorju.

6.21.1.3.2.

Fuq quddiem:

Immarkar lineari fuq vetturi tal-kategoriji O2, O3 u O4.

L-immarkar tal-kontorn parzjali jew sħiħ ma jistax jiġi applikat fuq quddiem.

6.21.2.

Numru

Skont il-preżenza.

6.21.3.

Arranġament

L-immarkar kospikwu għandu jkun mill-aktar qrib prattikabbli għall-orrizzontali u għall-vertikali, kompatibbli mar-rekwiżiti tal-forma, tal-istruttura, tad-disinn u operattivi tal-vettura; jekk dan ma jkunx possibbli, l-immarkar tal-kontorn sħiħ jew parzjali, meta mwaħħal, għandu jsegwi kemm jista’ jkun il-kontorn tal-forma esterna tal-vettura.

Barra minn hekk, l-immarkar kospikwu għandu jitqiegħed b’mod kemm jista’ jkun uniformi fuq id-dimensjonijiet orizzontali tal-vettura b’tali mod li t-tul totali u/jew il-wisa’ tal-vettura jkun jista’ jiġi identifikat.

6.21.4.

Pożizzjoni

6.21.4.1.

Wisa’

6.21.4.1.1.

L-immarkar kospikwu għandu jkun mill-aktar qrib prattikabbli għat-tarf tal-vettura.

6.21.4.1.2.

It-tul orizzontali kumulattiv tal-elementi tal-immarkar kospikwu, kif immuntat fuq il-vettura, għandu jkun mill-inqas daqs 70 fil-mija tal-wisa’ totali tal-vettura, ħlief għal kwalunkwe soprapożizzjoni orizzontali tal-elementi individwali.

6.21.4.2.

Tul

6.21.4.2.1.

L-immarkar kospikwu għandu jkun mill-aktar qrib prattikabbli għat-truf tal-vettura u jasal sa 600 mm minn kull tarf viżibbli tal-vettura.

6.21.4.2.1.1.

Għall-vetturi motorizzati, kull tarf tal-vettura, jew fil-każ tat-tratturi għas-semitrejlers, kull tarf tal-kabina;

Madankollu, hija permessa modalità tal-immarkar alternattiva sa 2 400 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-vettura motorizzata meta tkun immuntata serje ta’ retrorifletturi tal-Klassi IVA tar-Regolamenti tan-NU Nru 3 jew Nru 150 jew tal-Klassi C tar-Regolamenti tan-NU Nru 104 jew Nru 150 segwita bl-immarkar kospikwu meħtieġ kif ġej:

(a)

Retroriflettur b’daqs minimu ta’ 25 cm2;

(b)

Retroriflettur wieħed immuntat mhux iktar minn 600 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-vettura;

(c)

Retrorifletturi addizzjonali mbiegħdin mhux aktar minn 600 mm minn xulxin;

(d)

Id-distanza bejn l-aħħar riflettur u l-bidu tal-immarkar kospikwu ma għandhiex tkun aktar minn 600 mm;

6.21.4.2.1.2.

Għat-trejlers, kull tarf tal-vettura (mingħajr iż-żbarra tal-irmonk).

6.21.4.2.2.

It-tul orizzontali kumulattiv tal-elementi tal-immarkar kospikwu, kif immuntat fuq il-vettura, ħlief għal kwalunkwe soprapożizzjoni orizzontali tal-elementi individwali, għandu jkun mill-inqas daqs 70 fil-mija ta’:

6.21.4.2.2.1.

Għall-vetturi motorizzati, it-tul tal-vettura, jew fil-każ tat-tratturi għas-semitrejlers, jekk imwaħħla, it-tul tal-kabina; madankollu, meta tintuża l-modalità tal-immarkar alternattiva skont il-paragrafu 6.21.4.2.1.1., id-distanza li tibda sa 2 400 mm mit-tarf ta’ quddiem ta’ vettura sat-tarf ta’ wara tagħha.

Image 5

A hija d-distanza bejn l-immarkar kospikwu l-aktar fuq quddiem u t-tarf ta’ quddiem tal-vettura. Il-valur massimu ta’ A huwa 2 400 mm (ara l-paragrafu 6.21.4.2.1.1.).

6.21.4.2.2.2.

Għat-trejlers, it-tul totali tal-vettura (mingħajr iż-żbarra tal-irmonk).

Image 6

6.21.4.3.

Għoli

6.21.4.3.1.

L-element(i) ta’ isfel tal-immarkar lineari u tal-immarkar tal-kontorn

L-aktar baxx prattikabbli fil-firxa:

 

Minimu: Mhux inqas minn 250 mm ’l fuq mill-art.

 

Massimu: mhux aktar minn 1 500 mm ’l fuq mill-art.

Madanakollu, jista’ jkun aċċettabbli għoli tal-immuntar massimu ta’ 2 500 mm meta l-forma, l-istruttura, id-disinn jew il-kundizzjonijiet operattivi tal-vettura jipprevjenu li tinżamm il-konformità mal-valur massimu ta’ 1 500 mm jew, jekk ikun meħtieġ, biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.21.4.1.2., u 6.21.4.2.2., jew il-pożizzjoni orizzontali tal-immarkar lineari jew l-element(i) ta’ isfel tal-immarkar tal-kontorn.

Il-ġustifikazzjoni neċessarja għall-installazzjoni ta’ materjal kospikwu ogħla minn 1 500 mm għandha tiġi indikata fil-forma tal-komunikazzjoni.

6.21.4.3.2.

L-element(i) ta’ fuq tal-immarkar tal-kontorn:

L-aktar għoli prattikabbli, iżda sa 400 mm mill-estremità ta’ fuq tal-vettura.

6.21.5.

Viżibilità

L-immarkar kospikwu għandu jitqies li jkun viżibbli, jekk mill-inqas 70 fil-mija tas-superfiċe illuminanti tal-immarkar installat ikun viżibbli għal osservatur li jkun fi kwalunkwe punt fil-pjani ta’ osservazzjoni definiti hawn taħt:

6.21.5.1.

Għall-immarkar kospikwu ta’ wara u ta’ quddiem (ara l-Figuri 1a u 1b tal-Anness 11), il-pjan ta’ osservazzjoni huwa perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura li jkun 25 m mit-tarf estrem tal-vettura u delimitat:

6.21.5.1.1.

Fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 3,0 m’il fuq mill-art;

6.21.5.1.2.

Fil-wisa’, minn żewġ pjani vertikali li jiffurmaw angolu ta’ 4° ’il barra mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddu mill-intersezzjoni tal-pjani vertikali paralleli mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita l-wisa’ totali tal-vettura, u l-pjan perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita t-tarf tal-vettura.

6.21.5.2.

Għall-immarkar kospikwu tal-ġenb (ara l-Figura 2 tal-Anness 11), il-pjan ta’ osservazzjoni huwa parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jkun 25 m mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura u delimitat:

6.21.5.2.1.

Fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1,0 m u 1,5 m ’il fuq mill-art;

6.21.5.2.2.

Fil-wisa’, minn żewġ pjani vertikali li jiffurmaw angolu ta’ 4° ’il barra minn pjan perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddu mill-intersezzjoni tal-pjani vertikali perpendikulari mal-assi lonġitudinali tal-vettura li jiddelimita t-tul totali tal-vettura u t-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

6.21.6.

Orjentazzjoni

6.21.6.1.

Fuq il-ġenb:

L-aktar qrib prattikabbli biex ikun parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, kompatibbli mar-rekwiżiti tal-forma, tal-istruttura, tad-disinn u operattivi tal-vettura; jekk dan ma jkunx possibbli, għandu jsegwi kemm jista’ jkun il-kontorn tal-forma esterna tal-vettura.

6.21.6.2.

Fuq wara u fuq quddiem:

L-aktar qrib prattikabbli biex ikun parallel mal-pjan trasversali tal-vettura, kompatibbli mar-rekwiżiti tal-forma, tal-istruttura, tad-disinn u operattivi tal-vettura; jekk dan ma jkunx possibbli, għandu jsegwi kemm jista’ jkun il-kontorn tal-forma esterna tal-vettura.

6.21.7.

Rekwiżiti oħra

6.21.7.1.

L-immarkar kospikwu għandu jitqies bħala kontinwu jekk id-distanza bejn l-elementi biswit xulxin tkun l-iżgħar possibbli u ma tkunx aktar minn 50 fil-mija tat-tul tal-iqsar wieħed mill-elementi biswit xulxin. Madankollu, jekk il-manifattur jisa’ jipprova għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li huwa impossibbli li jiġi rispettat il-valur ta’ 50 fil-mija, id-distanza bejn l-elementi biswit xulxin tista’ tkun ikbar minn 50 fil-mija tal-iqsar wieħed mill-elementi biswit xulxin, u għandha tkun l-iżgħar possibbli u mhux iktar minn 1 000 mm.

6.21.7.2.

Fil-każ ta’ immarkar tal-kontorn parzjali, kull rokna ta’ fuq għandha tkun deskritta minn żewġ linji f’angolu ta’ 90° għal xulxin fejn kull linja tkun twila mill-inqas 250 mm. jekk dan ma jkunx possibbli, l-immarkar għandu jsegwi kemm jista’ jkun il-kontorn tal-forma esterna tal-vettura.

6.21.7.3.

Id-distanza bejn l-immarkar kospikwu mwaħħal fuq wara tal-vettura u kull lampa tal-waqfien obbligatorja għandha tkun ikbar minn 200 mm.

6.21.7.4.

Meta jiġu installati pjanċi tal-immarkar ta’ wara konformi jew mas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 70 jew għar-Regolament tan-NU Nru 150, dawn jistgħu jitqiesu, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, bħala parti mill-immarkar kospikwu fuq wara, sabiex jiġu kkalkulati t-tul tal-immarkar kospikwu u l-prossimità tiegħu mal-ġenb tal-vettura,.

6.21.7.5.

Il-postijiet fuq il-vettura deżinjati għall-immarkar kospikwu għandhom iħallu spazju, għall-installazzjoni tal-immarkar, wiesa’ mill-inqas 60 mm.

6.22.

Sistema adattiva tat-tidwil ta’ quddiem (AFS) (ir-Regolamenti tan-NU Nru 123 jew Nru 149)

Fil-każijiet fejn ma jkunx speċifikat mod ieħor hawn taħt, għall-parti rilevanti tal-AFS japplikaw ir-rekwiżiti għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni (paragrafu 6.1.) u għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx (paragrafu 6.2.) ta’ dan ir-Regolament.

6.22.1.

Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati. Projbita fuq it-trejlers.

6.22.2.

Numru

Waħda.

6.22.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.22.4.

Pożizzjoni

Qabel il-proċeduri sussegwenti tat-test, l-AFS għandha tkun issettjata għall-istat newtrali;

6.22.4.1.

Fil-wisa’ u fl-għoli:

Għal funzjoni jew modalità tad-dawl partikolari, ir-rekwiżiti indikati fil-paragrafi 6.22.4.1.1. sa 6.22.4.1.4. ta’ hawn taħt għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-unitajiet tad-dawl li jingħataw l-enerġija fl-istess ħin għal dik il-funzjoni jew modalità tad-dawl ta’ funzjoni, skont id-deskrizzjoni tal-applikant.

Id-dimensjonijiet kollha jirreferu għall-eqreb tarf tas-superfiċe/superfiċji apparenti, osservata/i fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza, tal-unità(jiet) tad-dawl.

6.22.4.1.1.

Żewġ unitajiet tad-dawl imqiegħda b’mod simmetriku għandhom jiġu pożizzjonati f’għoli skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi rilevanti 6.1.4. u 6.2.4., fejn “Żewġ unitajiet tad-dawl imqiegħda b’mod simmetriku” għandha tinftiehem bħala żewġ unitajiet tad-dawl, waħda fuq kull naħa tal-vettura, ippożizzjonati b’tali mod li ċ-ċentri (ġeometriċi) tal-gravità tas-superfiċji apparenti tagħhom ikunu fl-istess għoli u fl-istess distanza mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura b’tolleranza ta’ 50 mm, kull waħda; madankollu, is-superfiċji li jemettu d-dawl, is-superfiċji illuminanti, u l-outputs tad-dawl tagħhom jistgħu jkunu differenti.

6.22.4.1.2.

L-unitajiet tad-dawl addizzjonali, jekk ikun hemm, fuq iż-żewġ naħat tal-vettura għandhom jiġu pożizzjonati f’distanza ta’ mhux aktar minn 140 mm (14) f’direzzjoni orizzontali (E fil-figura) u 400 mm f’direzzjoni vertikali ’l fuq jew ’l isfel (D fil-figura) mill-eqreb unità tad-dawl;

6.22.4.1.3.

L-ebda waħda mill-unitajiet tad-dawl addizzjonali deskritta fil-paragrafu 6.22.4.1.2. ta’ hawn fuq ma għandha tkun ippożizzjonata aktar fil-baxx minn 250 mm (F fil-figura) u lanqas ogħla minn kif indikat fil-paragrafu 6.2.4.2. ta’dan ir-Regolament (G fil-figura) ’il fuq mill-art;

6.22.4.1.4.

Barra minn hekk, fil-wisa’:

Għal kull modalità tad-dawl b’raġġ baxx:

 

It-tarf ta’ barra tas-superfiċe apparenti ta’ mill-inqas unità tad-dawl waħda fuq kull naħa tal-vettura ma għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura (A fil-figura); u,

 

It-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza għandhom ikunu mhux inqas minn 600 mm ’il bogħod minn xulxin. Madankollu, dan ma japplikax għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1; għall-kategoriji l-oħra kollha tal-vetturi motorizzati fejn il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista’ titnaqqas għal 400 mm.

Image 7

Unitajiet tad-dawl li jingħataw l-enerġija fl-istess ħin għal modalità tad-dawl partikolari:

Image 8

Nri 3 u 9

:

(żewġ unitajiet tad-dawl imqiegħda b’mod simmetriku)

Nri 1 u 11

:

(żewġ unitajiet tad-dawl imqiegħda b’mod simmetriku)

Nri 4 u 8

:

(żewġ unitajiet tad-dawl addizzjonali)

Unitajiet tad-dawl li ma jingħatawx enerġija għall-modalità tad-dawl imsemmija:

Image 9

Nri 2 u 10

:

(żewġ unitajiet tad-dawl imqiegħda b’mod simmetriku)

Nru. 5

:

(unità tad-dawl addizjonali)

Nri 6 u 7

:

(żewġ unitajiet tad-dawl imqiegħda b’mod simmetriku)

Dimensjonijiet orizzontali f’mm:

 

A ≤ 400

 

B ≥ 600, jew, ≥ 400 jekk il-wisa’ totali tal-vettura tkun < 1 300 mm, madankollu ma japplika ebda rekwiżit għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1

 

C ≤ 200

 

E ≤ 140

Dimensjonijiet vertikali f’mm:

 

D ≤ 400

 

F ≥ 250

 

G ≤ 1 200

6.22.4.2.

Fit-tul:

L-unitajiet tad-dawl kollha ta’ AFS għandhom jiġu mmuntati fuq quddiem. Dan ir-rekwiżit jitqies bħala ssodisfat jekk id-dawl emess ma jikkawżax skumdità lis-sewwieq jew direttament jew indirettament mill-apparati għall-viżjoni indiretta u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.22.5.

Viżibilità ġeometrika

Fuq kull naħa tal-vettura, għal kull funzjoni u modalità tad-dawl ipprovduta:

L-angoli tal-viżibilità ġeometrika preskritti għall-funzjonijiet tad-dawl rispettivi skont il-paragrafi 6.1.5. u 6.2.5. ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ssodisfati mill-inqas minn waħda mill-unitajiet tad-dawl li jingħataw l-enerġija fl-istess ħin biex iwettqu l-imsemmija funzjoni u modalità(jiet), skont id-deskrizzjoni tal-applikant. L-unitajiet tad-dawl individwali jistgħu jintużaw biex tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti għal angoli differenti.

6.22.6.

Orjentazzjoni

’Il quddiem.

Qabel il-proċeduri sussegwenti tat-test, l-AFS għandha tiġi ssettjata għall-istat newtrali, li fih temetti r-raġġ baxx bażiku.

6.22.6.1.

Orjentazzjoni vertikali:

6.22.6.1.1.

L-inklinazzjoni ’l isfel inizjali tal-cut-off tar-raġġ baxx bażiku li għandha tiġi ssettjata meta l-vettura ma tkunx mgħobbija, b’persuna waħda fis-sit tas-sewwieq, għandha tiġi speċifikata mill-manifattur bi preċiżjoni ta’ 0,1 fil-mija u għandha tiġi indikata b’mod li jista’ jinqara u ma tkunx tista’ titħassar fuq kull vettura, qrib jew is-sistema tad-dawl ta’ quddiem jew il-pjanċa tal-manifattur, permezz tas-simbolu muri fl-Anness 7.

Meta l-inklinazzjonijiet ’l isfel inizjali differenti jiġu speċifikati mill-manifattur għal unitajiet tad-dawl differenti li jipprovdu jew jikkontribwixxu għall-cut-off tar-raġġ baxx bażiku, dawn il-valuri tal-inklinazzjoni ’l isfel għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur bi preċiżjoni ta’ 0,1 fil-mija u għandhom jiġu indikati b’mod li jista’ jinqara u ma jkunux jistgħu jitħassru fuq kull vettura, qrib tal-unitajiet tad-dawl rilevanti jew fuq il-pjanċa tal-manifattur, b’tali mod li l-unitajiet tad-dawl ikkonċernati jistgħu jiġu identifikati mingħajr ambigwità.

6.22.6.1.2.

L-inklinazzjoni ’l isfel tal-parti orizzontali tal-“cut-off” tar-raġġ baxx bażiku għandha tibqa’ bejn il-limiti indikati fil-paragrafu 6.2.6.1.2. ta’ dan ir-Regolament fil-kundizzjonijiet kollha ta’ tagħbija statika tal-vettura tal-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament; u l-orjentazzjoni inizjali għandha tkun fil-valuri speċifikati.

6.22.6.1.2.1.

Fil-każ li r-raġġ baxx jiġi ġġenerat permezz ta’ diversi raġġi minn unitajiet tad-dawl differenti, id-dispożizzjonijiet skont il-paragrafu 6.22.6.1.2. ta’ hawn fuq japplikaw għal kull “cut-off” (jekk ikun hemm) ta’ kull raġġ imsemmi, li huwa ddisinjat sabiex jipprojetta fiż-żona angolari, kif indikat fil-punt 9.3. tal-formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 123 jew il-punt 9.3.3. fl-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 149.

6.22.6.2.

Apparat ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem

6.22.6.2.1.

Fil-każ fejn ikun meħtieġ apparat ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.22.6.1.2., l-apparat għandu jkun awtomatiku.

6.22.6.2.2.

Fil-każ ta’ ħsara f’dan l-apparat, ir-raġġ baxx ma għandux jassumi pożizzjoni li fiha l-inklinazzjoni tkun inqas milli kienet fil-ħin meta seħħet il-ħsara fl-apparat.

6.22.6.3.

Orjentazzjoni orizzontali:

Għal kull unità tad-dawl, l-angolu tal-linja tal-cut-off, jekk ikun hemm, meta jiġi projettat fuq l-iskrin, għandu jikkoinċidi mal-linja vertikali li tgħaddi mill-assi ta’ referenza tal-imsemmija unità tad-dawl. Għandha tiġi permessa tolleranza ta’ 0,5 gradi fuq in-naħa li tkun in-naħa tad-direzzjoni tat-traffiku. Unitajiet tad-dawl oħra għandhom jiġu aġġustati skont l-ispeċifikazzjoni tal-applikant, kif definit skont l-Anness 10 tar-Regolament tan-NU Nru 123 jew l-Anness 14 tar-Regolament tan-NU Nru 149.

6.22.6.4.

Proċedura tal-kejl:

Wara l-aġġustament tas-setting inizjali tal-orjentazzjoni tar-raġġ, l-inklinazzjoni vertikali tar-raġġ baxx, jew meta jkun applikabbli, l-inklinazzjonijiet vertikali tal-unitajiet tad-dawl differenti kollha li jipprovdu jew jikkontribwixxu għall-cut-off(s) tar-raġġ baxx bażiku, skont il-paragrafu 6.22.6.1.2.1. ta’ hawn fuq, għandhom jiġu verifikati għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha tal-vettura skont l-ispeċifikazzjonijiet fil-paragrafi 6.2.6.3.1. u 6.2.6.3.2. ta’ dan ir-Regolament.

6.22.7.

Konnessjonijiet elettriċi

6.22.7.1.

Dawl għar-raġġ ewlieni (jekk ikun ipprovdut mill-AFS)

6.22.7.1.1.

L-unitajiet tad-dawl għar-raġġ ewlieni jistgħu jiġu MIXGĦULA jew fl-istess ħin jew f’pari. Għall-bidla mir-raġġ baxx għar-raġġ ewlieni għandhom jiġu MIXGĦULA mill-inqas par wieħed ta’ unitajiet tad-dawl għar-raġġ ewlieni. Għall-bidla mir-raġġ ewlieni għar-raġġ baxx, għandhom jiġu MITFIJA fl-istess ħin l-unitajiet kollha tad-dawl għar-raġġ ewlieni.

6.22.7.1.2.

Ir-raġġ ewlieni jista’ jkun iddisinjat biex ikun raġġ adattiv, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.22.9.3., fejn is-sinjali tal-kontroll jiġu prodotti minn ta’ sistema ta’ sensors li tkun kapaċi tidentifika u tirreaġixxi għall-inputs li ġejjin:

(a)

Kundizzjonijiet tat-tidwil ambjentali;

(b)

Id-dawl emess mill-apparati għat-tidwil ta’ quddiem u l-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta’ quddiem ta’ vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta;

(c)

Id-dawl emessl-apparati għas-sinjalar bid-dawl ta’ wara ta’ vetturi misjuqa quddiem il-vettura;

Funzjonijiet ta’sensors addizzjonali li jtejbu l-prestazzjoni huma permessi.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “vetturi” tfisser vetturi tal-kategoriji L, M, N, O u T, kif ukoll roti (bicycles), fejn tali vetturi jkunu mgħammra b’retrorifletturi, b’apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, li jkunu MIXGĦULA.

6.22.7.1.3.

Għandu dejjem ikun possibbli li l-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni, adattivi jew mhux adattivi, jiġu MIXGĦULA u MITFIJA manwalment u li l-kontroll awtomatiku jiġi diżattivat manwalment.

Barra minn hekk, it-TIFI tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni u d-diżattivazzjoni tal-kontroll awtomatiku tagħhom għandhom isiru permezz ta’ operazzjoni manwali sempliċi u immedjata; mhux permess l-użu ta’ sub-menus.

6.22.7.1.4.

Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu MIXGĦULA fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin.

6.22.7.1.5.

Meta jitwaħħlu erba’ unitajiet tad-dawl li jistgħu jinħbew, il-pożizzjoni mgħollija tagħhom trid tipprevjeni t-tħaddim fl-istess ħin ta’ kwalunkwe fanali ta’ quddiem addizzjonali mwaħħla, jekk dawn ikunu maħsuba biex jipprovdu sinjali bid-dawl li jsir permezz ta’ tidwil intermittenti f’intervalli qosra (ara l-paragrafu 5.12.) binhar.

6.22.7.2.

Dawl għar-raġġ baxx:

(a)

Il-kontroll għall-bidla għal raġġ baxx għandu JITFI l-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni kollha jew JITFI l-unitajiet tad-dawl kollha tal-AFS għar-raġġ ewlieni fl-istess ħin;

(b)

Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu MIXGĦULA fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin;

(c)

Fil-każ li l-unitajiet tad-dawl għar-raġġ baxx ikunu mgħammra b’sorsi tad-dawl b’disċarġ tal-gass, is-sorsi tad-dawl b’disċarġ tal-gass għandhom jibqgħu MIXGĦULA waqt it-tħaddim tar-raġġ ewlieni.

6.22.7.3.

Ix-XEGĦIL u t-TIFI tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għal “Konnessjoni elettrika” tal-paragrafi 5.12. u 6.2.7. ta’ dan ir-Regolament .

6.22.7.4.

Tħaddim awtomatiku tal-AFS

Il-bidliet fi ħdan u bejn il-klassijiet ipprovduti u l-modalitajiet tagħhom tal-funzjonijiet tad-dawl tal-AFS, kif speċifikat hawn taħt, għandhom isiru b’mod awtomatiku u bla ma tiġi kkawżata l-ebda skumdità, distrazzjoni jew tgħammix, la lis-sewwieq u lanqas lill-utenti l-oħra tat-triq.

Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-attivazzjoni tal-klassijiet u tal-modalitajiet tagħhom tar-raġġ baxx u, fejn ikun applikabbli, tar-raġġ ewlieni u/jew tal-adattament tiegħu.

6.22.7.4.1.

Il-modalità(jiet) tal-klassi C tar-raġġ baxx għandhom jiġu attivati jekk ma tiġi attivata l-ebda modalità ta’ klassi oħra ta’ raġġ baxx.

6.22.7.4.2.

Il-modalità(jiet) tal-klassi V tar-raġġ baxx ma għandhomx jaħdmu ħlief jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin ma tiġix/jiġux skoperta/i awtomatikament (japplika s-sinjal V):

(a)

Toroq f’żoni b’ħafna bini u l-veloċità tal-vettura ma tkunx aktar minn 60 km/h;

(b)

Toroq mgħammra b’illuminazzjoni tat-triq fissa, u l-veloċità tal-vettura ma tkunx aktar minn 60 km/h;

(c)

Luminanza tas-superfiċe tat-triq ta’ 1 cd/m2 u/jew illuminazzjoni orizzontali tat-triq kontinwament aktar minn 10 lx;

(d)

Il-veloċità tal-vettura ma tkunx aktar minn 50 km/h.

6.22.7.4.3.

Il-modalità(jiet) tal-klassi E tar-raġġ baxx ma għandhiex/għandhomx taħdem/jaħdmu ħlief jekk il-veloċità tal-vettura ma tkunx aktar minn 60 km/h u jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin ma tiġix/jiġux skoperta/i awtomatikament:

(a)

Il-karatteristiċi tat-triq jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet ta’ awtostrada (15) u/jew il-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 110 km/h (japplika s-sinjal E);

(b)

Fil-każ ta’ modalità tal-klassi E tar-raġġ baxx li, skont id-dokumenti ta’ approvazzjoni/l-iskeda ta’ komunikazzjoni tas-sistema, ikun konformi biss mas-“sett tad-data” tat-Tabella 6 tal-Anness 3 tar-Regolament tan-NU Nru 123, jew tat-Tabella 14 tar-Regolament tan-NU Nru 149.

 

Is-sett tad-data E1: Il-veloċità tal-vettura teċċedi 100 km/h (japplika s-sinjal E1);

 

Is-sett tad-data E2: Il-veloċità tal-vettura teċċedi 90 km/h (japplika s-sinjal E2);

 

Is-sett tad-data E3: Il-veloċità tal-vettura teċċedi 80 km/h (japplika s-sinjal E3);

6.22.7.4.4.

Il-modalità(jiet) tal-klassi W tar-raġġ baxx ma għandiex/għandhomx taħdem/jaħdmu ħlief jekk il-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar, jekk ikun hemm, ma jiġux MITFIJA u jekk waħda jew aktar minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin ma tiġix/jiġux skoperta/i awtomatikament (japplika s-sinjal W):

(a)

Li l-art tkun imxarrba jkun ġie skopert b’mod awtomatiku;

(b)

Il-wajper tal-windshield tkun qed taħdem u l-ħidma kontinwa jew kontrollata awtomatikament tagħha tkun ilha għal perjodu ta’ mill-inqas żewġ minuti.

6.22.7.4.5.

Il-modalità ta’ raġġ baxx tal-klassi C, V, E jew W ma għandiex tiġi modifikata biex issir modalità ta’ dawl għal-liwi ta’ din il-klassi (japplika s-sinjal T flimkien mas-sinjal ta’ din il-klassi tar-raġġ baxx skont il-paragrafi 6.22.7.4.1. sa 6.22.7.4.4. ta’ hawn fuq) sakemm ma tiġix evalwata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi li ġejjin (jew indikazzjonijiet ekwivalenti):

(a)

L-angolu tal-lokk tal-istering;

(b)

It-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura.

Barra minn hekk, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(i)

L-ispostament orizzontali tal-cut-off asimettriku lejn il-ġenb mill-assi lonġitudinali tal-vettura, jekk ikun hemm, huwa permess biss meta l-vettura tkun miexja ’l quddiem (16) u għandu jkun tali li l-pjan vertikali lonġitudinali mill-angolu tal-linja tal-cut-off ma jgħaddix mil-linja tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura f’distanzi mill-parti ta’ quddiem tal-vettura li jkunu akbar minn 100 darba l-għoli tal-immuntar tal-unità tat-tidwil rispettiva;

(ii)

Unità tad-dawl waħda jew aktar jistgħu jingħataw enerġija addizzjonali biss meta r-raġġ orizzontali tal-kurvatura tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura ikun 500 m jew inqas.

6.22.7.5.

Għandu dejjem ikun possibbli li s-sewwieq jissettja l-AFS għall-istat newtrali u li jirritornaha għall-ħidma awtomatika tagħha.

6.22.8.

Indikatur operatorju:

6.22.8.1.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6.1.8. (għall-fanal ta’ quddiem b’raġġ ewlieni) u 6.2.8. (għall-fanal ta’ quddiem b’raġġ baxx) ta’ dan ir-Regolament huma applikabbli għall-partijiet rispettivi ta’ AFS.

6.22.8.2.

Indikatur operatorju ottiku tal-ħsara għall-AFS huwa obbligatorju. Dan għandu jkun tat-tip li ma jteptepx Għandu jiġi attivat kull meta tkun skoperta ħsara fir-rigward tas-sinjali ta’ kontroll tal-AFS jew meta jiġi riċevut sinjal ta’ ħsara skont il-paragrafu 5.9. tar-Regolament tan-NU Nru 123. Dan għandu jibqa’ attivat sakemm tibqa’ l-ħsara. Jista’ jitħassar temporanjament, iżda għandu jiġi ripetut kull meta l-apparat, li jistartja u jwaqqaf is-sistema tal-propulsjoni, jiġu MIXGĦUL u MITFI.

6.22.8.3.

Jekk ir-raġġ ewlieni jkun adattiv, għandu jkun hemm indikatur operatorju ottiku li jindika lis-sewwieq li l-adattament tar-raġġ ewlieni huwa attivat. Din l-informazzjoni għandha tibqa’ tidher sakemm l-adattament jibqa’ attivat.

6.22.8.4.

Indikatur operatorju biex jindika li s-sewwieq issettja s-sistema fi stat skont il-paragrafu 5.8. tar-Regolament tan-NU Nru 123 jew il-paragrafu 4.12. tar-Regolament tan-NU Nru 149 huwa fakultattiv.

6.22.9.

Rekwiżiti oħra

6.22.9.1.

L-installazzjoni ta’ AFS għandha tkun permessa biss flimkien mal-installazzjoni ta’ apparat(i) għat-tindif tal-fanali ta’ quddiem skont ir-Regolament tan-NU Nru 45 (17) mill-inqas għal dawk l-unitajiet tad-dawl indikati fil-punt 9.2.3. tal-formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 123 jew skont il-punt 9.3.2.3. fl-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 149, jekk il-fluss luminuż oġġettiv totali tas-sorsi tad-dawl ta’ dawn l-unitajiet ikun aktar minn 2 000 lm fuq kull naħa, u jekk jikkontribwixxu għar-raġġ baxx (bażiku) tal-klassi C.

6.22.9.2.

Verifika tal-konformità mar-rekwiżiti għat-tħaddim awtomatiku tal-AFS

6.22.9.2.1.

Permezz ta’ deskrizzjoni konċiża jew b’mezz ieħor aċċettabbli għall-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, l-applikant għandu juri:

(a)

Il-korrispondenza tas-sinjali ta’ kontroll tal-AFS

i)

mad-deskrizzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3.2.6. ta’ dan ir-Regolament; u

ii)

mas-sinjali ta’ kontroll tal-AFS rispettivi speċifikati fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-AFS; u

(b)

Il-konformità mar-rekwiżiti tat-tħaddim awtomatiku skont il-paragrafi 6.22.7.4.1. sa 6.22.7.4.5. ta’ hawn fuq.

6.22.9.2.2.

Biex jiġi verifikat, jekk, skont il-paragrafu 6.22.7.4., it-tħaddim awtomatiku tal-AFS tal-funzjonijiet tar-raġġ baxx jikkawżax xi skumdità, is-servizz tekniku għandu jwettaq dawra ta’ test li tinkludi kwalunkwe sitwazzjoni rilevanti għall-kontroll tas-sistema abbażi tad-deskrizzjoni tal-applikant; is-servizz tekniku għandu jiġi nnotifikat jekk il-modalitajiet kollha humiex attivati, humiex qed jaħdmu u diżattivati skont id-deskrizzjoni tal-applikant; ħsara ovvja, jekk ikun hemm, għandha tiġi kkontestata (eż. moviment jew ċaqliq angolari eċċessiv).

6.22.9.2.3.

Il-prestazzjoni ġenerali tal-kontroll awtomatiku għandha tintwera mill-applikant permezz ta’ dokumentazzjoni jew ta’ mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Barra minn hekk, il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni li jagħti aċċess għad-disinn tal-“kunċett ta’ sikurezza” tas-sistema. Dan il-“kunċett tas-sikurezza” huwa deskrizzjoni tal-miżuri disinjati fis-sistema, pereżempju fl-unitajiet elettroniċi, sabiex jindirizzaw l-integrità tas-sistema u b’hekk jiżguraw it-tħaddim sikur anki fil-każ ta’ ħsara elettrika jew mekkanika li tista’ tikkawża xi skumdità, distrazzjoni jew tgħammix, lis-sewwieq jew lil vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew vetturi misjuqa quddiem il-vettura Din id-deskrizzjoni tagħti spjegazzjoni sempliċi tal-funzjonijiet kollha ta’ kontroll tas-“sistema” u tal-metodi li jintużaw sabiex jintlaħqu l-għanijiet, inkluża dikjarazzjoni tal-mekkaniżmu/i li permezz tiegħu/tagħhom jiġi eżerċitat il-kontroll.

Għandha tiġi provduta lista tal-varjabbli tal-input u dawk ipperċepiti kollha u għandha tiġi definita l-firxa ta’ tħaddim tagħhom. Il-possibbiltà li l-vettura tkun tista’ taqleb lura għall-funzjoni ta’ raġġ baxx bażiku (klassi C) għandha tkun parti mill-kunċett tas-sikurezza.

Għandhom jiġu spjegati l-funzjonijiet tas-sistema u l-kunċett tas-sikurezza, kif stabbiliti mill-manifattur. Id-dokumentazzjoni għandha tkun qasira, iżda għandha tipprovdi evidenza li d-disinn u l-iżvilupp kellhom il-benefiċċju tal-kompetenza mill-oqsma kollha tas-sistema li huma involuti.

Għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi, id-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-istatus operattiv kurrenti tas-“sistema” jista’ jiġi kkontrollat.

Għall-finijiet tal-Approvazzjoni tat-Tip din id-dokumentazzjoni għandha tittieħed bħala r-referenza bażika għall-proċess ta’ verifika.

6.22.9.2.4.

Sabiex jivverifika, li l-adattament tar-raġġ ewlieni ma jikkawżawx skumdità, distrazzjoni jew tgħammix, la lis-sewwieq u lanqas lil vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta jew vetturi misjuqa quddiem il-vettura, is-servizz tekniku għandu jwettaq dawra ta’ test skont il-paragrafu 2. tal-Anness 12. Din għandha tinkludi kwalunkwe sitwazzjoni rilevanti għall-kontroll tas-sistema abbażi tad-deskrizzjoni tal-applikant. Il-prestazzjoni tal-adattament tar-raġġ ewlieni għandha tiġi dokumentata u verifikata mad-deskrizzjoni tal-applikant. Kwalunkwe ħsara ovvja għandha tiġi kontestata (eż. moviment jew ċaqliq angolari eċċessiv).

6.22.9.3.

Adattament tar-raġġ ewlieni

6.22.9.3.1.

Is-sistema ta’ sensors użata għall-adattament tar-raġġ ewlieni, kif deskritt fil-paragrafu 6.22.7.1.2., għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

6.22.9.3.1.1.

Il-limiti tal-erjas minimi li fihom is-sensor huwa kapaċi jindividwa d-dawl emess minn vetturi oħra kif definit fil-paragrafu 6.22.7.1.2. ta’ hawn fuq huma mogħtija permezz tal-angoli indikati fil-paragrafu 6.1.9.3.1.1. ta’ dan ir-Regolament.

6.22.9.3.1.2.

Is-sensittività tas-sistema tas-sensors għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.9.3.1.2. ta’ dan ir-Regolament.

6.22.9.3.1.3.

Ir-raġġ ewlieni adattiv għandu JINTEFA meta l-illuminanza prodotta mill-kundizzjonijiet ta’ tidwil ambjentali tkun aktar minn 7 000 lx.

Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit għandha tintwera mill-applikant, permezz ta’ simulazzjoni jew mezzi oħra ta’ verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Jekk ikun meħtieġ, l-illuminanza għandha titkejjel fuq superfiċe orizzontali, b’sensor ikkoreġut bil-cosine fuq l-istess għoli bħall-pożizzjoni tal-immuntar tas-sensor fuq il-vettura. Dan jista’ jintwera mill-manifattur permezz ta’ dokumentazzjoni suffiċjenti jew ta’ mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

6.22.9.4.

L-intensità massima aggregata tal-unitajiet tad-dawl li jistgħu jiġu attivati fl-istess ħin sabiex jipprovdu d-dawl tar-raġġ ewlieni jew il-modalitajiet tiegħu, jekk ikun hemm, ma għandhiex tkun aktar minn 430 000 cd, li jikkorrispondu għal valur ta’ referenza ta’ 100.

Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddew flimkien il-marki ta’ referenza individwali indikati fuq id-diversi unitajiet ta’ installazzjoni li jintużaw fl-istess ħin sabiex jipprovdu r-raġġ ewlieni.

6.22.9.5.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8. tar-Regolament tan-NU Nru 123 jew tal-paragrafu 4.12. tar-Regolament tan-NU Nru 149, il-mezzi li jippermettu li l-vettura tintuża temporanjament f’territorju bid-direzzjoni tas-sewqan opposta għal dik li għaliha qed tintalab l-approvazzjoni, għandhom jiġu spjegati fid-dettall fil-manwal tas-sid.

6.23.

Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza

6.23.1.

Preżenza

Obbligatorja fuq il-vetturi motorizzati.

Fakultattiva fuq it-trejlers.

Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jingħata bit-tħaddim fl-istess ħin tal-lampi tal-waqfien jew tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni kollha mwaħħla, kif deskritt fil-paragrafu 6.23.7.

6.23.2.

Numru

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.2. jew 6.7.2.

6.23.3.

Arranġament

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.3. jew 6.7.3.

6.23.4.

Pożizzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4. jew 6.7.4.

6.23.5.

Viżibilità ġeometrika

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.5. jew 6.7.5.

6.23.6.

Orjentazzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.6. jew 6.7.6.

6.23.7.

Konnessjonijiet elettriċi

6.23.7.1.

Il-lampi kollha tas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandhom iteptpu b’mod sinkronizzat bi frekwenza ta’ 4,0 ± 1,0 Hz.

6.23.7.1.1.

Madankollu, jekk kwalunkwe waħda mill-lampi tas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza fuq wara tal-vettura tuża sorsi tad-dawl bil-filament, il-frekwenza għandha tkun ta’ 4,0 +0,0/-1,0 Hz.

6.23.7.2.

Is-sinjal ta waqfien ta’ emerġenza għandu jaħdem indipendentement mil-lampi l-oħra.

6.23.7.3.

Is-sinjal ta waqfien ta’ emerġenza għandu jiġi MIXGĦUL u MITFI awtomatikament.

6.23.7.3.1.

Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jiġi MIXGĦUL biss meta l-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 50 km/h u meta s-sistema tal-ibbrejkjar tkun qed tipprovdi s-sinjal loġiku tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza definit fir-Regolamenti tan-NU Nru 13 u Nru 13-H.

6.23.7.3.2.

Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jiġi MITFI awtomatikament jekk is-sinjal loġiku tal-ibbrejkjar ta’ emerġenza, kif definit fir-Regolamenti tan-NU Nru 13 u Nru 13-H ma jkunx ipprovdut aktar jew jekk jiġi attivat is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu.

6.23.8.

Indikatur operatorju

Fakultattiv

6.23.9.

Rekwiżiti oħra

6.23.9.1.

Għajr kif provdut fil-paragrafu 6.23.9.2. ta’ hawn taħt, jekk vettura motorizzata tkun mgħammra biex tirmonka trejler, il-kontroll tas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza fuq il-vettura motorizzata għandu wkoll ikun kapaċi jħaddem is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza fuq it-trejler.

Meta l-vettura motorizzata jkollha konnessjoni elettrika ma’ trejler, il-frekwenza operattiva tas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għal din il-kombinazzjoni għandha tkun limitata għall-frekwenza speċifikata fil-paragrafu 6.23.7.1.1. Madankollu, jekk il-vettura motorizzata tista’ tirrileva li, fuq it-trejler, mhumiex qed jintużaw sorsi tad-dawl bil-filament għas-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza, il-frekwenza tista’ tkun dik speċifikata fil-paragrafu 6.23.7.1.

6.23.9.2.

Jekk vettura motorizzata tkun mgħammra biex tirmonka trejler mgħammar b’sistema tal-ibbrejkjar ta’ servizz ta’ tip jew kontinwu jew semikontinwu, kif definit fir-Regolament Nru 13, għandu jkun żgurat li tiġi provduta provvista kostanti ta’ enerġija permezz tal-konnettur elettriku għal-lampi tal-waqfien ma’ trejlers ta’ din ix-xorta fil-ħin li jiġi applikat il-brejk ta’ servizz.

Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza fuq kwalunkwe trejler ta’ din ix-xorta jista’ jaħdem indipendentement mill-vettura tal-irmonk u mhux meħtieġ li jaħdem jew bl-istess frekwenza bħal jew, b’mod sinkronizzat ma’ dak tal-vettura tal-irmonk.

6.24.

Lampa tal-korteżija esterjuri

6.24.1.

Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati

6.24.2.

Numru

Madankollu, huma permessi żewġ lampi tal-korteżija esterjuri oħra sabiex idawlu t-tarġiet u/jew il-pumi tal-bibien. Kull pum tal-bieb jew tarġa għandhom ikunu mdawwla b’mhux aktar minn lampa waħda.

6.24.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali, madankollu r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.24.9.3. japplikaw.

6.24.4.

Pożizzjoni

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.5.

Viżibilità ġeometrika

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.6.

Orjentazzjoni

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.7.

Konnessjonijiet elettriċi

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.8.

Indikatur operatorju

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.24.9.

Rekwiżiti oħra

6.24.9.1.

Il-lampa tal-korteżija esterjuri ma għandiex tiġi MIXGĦULA ħlief jekk il-vettura tkun wieqfa u waħda jew iktar minn dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati:

(a)

Is-sistema ta’ propulsjoni tkun imwaqqfa; jew

(b)

Bieba tas-sewwieq jew tal-passiġġier tkun miftuħa; jew

(c)

Bieba tal-kompartiment tat-tagħbija tkun miftuħa.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.10. għandhom jiġu ssodisfati fil-pożizzjonijiet fissi tal-użu kollha.

6.24.9.2.

Lampi approvati li jemettu dawl abjad bl-eċċezzjoni ta’ fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni, lampi tas-sewqan binhar u lampi tar-reverse jistgħu jiġu MIXGĦULA bħala funzjoni tal-lampa tal-korteżija. Dawn jistgħu jiġu MIXGĦULA wkoll flimkien mal-lampi tal-korteżija esterjuri u l-kundizzjoni tal-paragrafi 5.11. u 5.12. ta’ hawn fuq tista’ ma tkunx applikabbli.

6.24.9.3.

Is-servizz tekniku għandu, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, iwettaq testijiet viżwali biex jivverifika li ma jkun hemm l-ebda viżibilità diretta tas-superfiċe apparenti tal-lampi tal-korteżija esterjuri, għal osservatur li jkun miexi fuq il-konfini ta’ żona fuq pjan trasvers 10 m mill-parti ta’ quddiem tal-vettura, pjan trasvers 10 m mill-parti ta’ wara tal-vettura, u żewġ pjani lonġitudinali 10 m minn kull naħa tal-vettura; dawn l-erba’ pjani għandhom ikunu jestendu minn 1 m sa 3 m ’l fuq u perpendikolari mal-art kif muri fl-Anness 14.

Fuq talba tal-applikant u bil-kunsens tas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit jista’ jiġi verifikat permezz ta’ disinn jew ta’ simulazzjoni.

6.25.

Sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara:

6.25.1.

Preżenza

Fakultattiv

Is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara għandu jingħata bit-tħaddim fl-istess ħin tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni kollha, imwaħħla, kif deskritt fil-paragrafu 6.25.7.

6.25.2.

Numru

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.2.

6.25.3.

Arranġament

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.3.

6.25.4.

Pożizzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.

6.25.5.

Viżibilità ġeometrika

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.5.

6.25.6.

Orjentazzjoni

Kif speċifikat fil-paragrafu 6.5.6.

6.25.7.

Konnessjonijiet elettriċi. L-applikant għandu juri l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti permezz ta’ simulazzjoni jew mezzi oħra ta’ verifika aċċettati mis-Servizz Tekniku responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip.

6.25.7.1.

Il-lampi kollha tas-sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara għandhom iteptpu b’mod sinkronizzat bi frekwenza ta’ 4,0 +/- 1,0 Hz.

6.25.7.1.1.

Madankollu, jekk kwalunkwe waħda mil-lampi tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħabta fuq wara fuq in-naħa ta’ wara tal-vettura tkun tuża sorsi tad-dawl bil-filament, il-frekwenza għandha tkun ta’ 4,0 +0,0/-1,0 Hz.

6.25.7.2.

Is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara għandu jaħdem indipendentement mil-lampi l-oħra.

6.25.7.3.

Is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara għandu jiġi MIXGĦUL u MITFI b’mod awtomatiku

6.25.7.4.

Is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara ma għandux jiġi attivat jekk il-lampi indikaturi tad-direzzjoni, is-sinjal tat-twissija ta’ periklu jew is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza jkunu MIXGĦULA.

6.25.7.5.

Is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara jista’ jiġi MIXGĦUL biss fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Vr

MIXGĦUL

Vr > 30 km/h

TTC ≤ 1,4

Vr ≤ 30 km/h

TTC ≤ 1,4 / 30 ×Vr

“Vr (Veloċità Relattiva)”: tfisser id-differenza fil-veloċità bejn vettura b’sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara u vettura li tkun qiegħda warajha fl-istess karreġġjata.

“TTC (Ħin sal-ħabta)”: tfisser il-ħin stmat biex jaħbtu vettura b’sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara u vettura li tkun warajha jekk wieħed jassumi li l-veloċità relattiva fil-waqt tal-istima tibqa’ kostanti.

6.25.7.6.

Il-perjodu biex jiġi MIXGĦUL is-sinjal ta’ twissija ta’ periklu ta’ ħabta fuq wara ma għandux ikun iktar minn 3 sekondi.

6.25.8.

Indikatur operatorju

Fakultattiv

6.26.

Lampi tal-immanuvrar (ir-Regolament tan-NU Nru 23 jew Nru 148)

6.26.1.

Preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi motorizzati.

6.26.2.

Numru

Waħda jew tnejn (waħda fuq kull naħa)

6.26.3.

Arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali, madankollu r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.26.9. japplikaw.

6.26.4.

Pożizzjoni

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.26.5.

Viżibilità ġeometrika

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.26.6.

Orjentazzjoni

’L isfel, madankollu r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.26.9. japplikaw.

6.26.7.

Konnessjonijiet elettriċi

Il-lampi tal-immanuvrar għandhom ikunu konnessi b’tali mod li ma jistgħux jiġu MIXGĦULA ħlief meta fl-istess ħin jiġu MIXGĦULA l-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni jew il-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx.

Il-lamp(i) tal-immanuvrar għandhom jiġu MIXGĦULA awtomatikament għal manuvri bil-mod sa 15 km/h bil-kundizzjoni li tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Qabel ma l-vettura tinstaq għall-ewwel darba wara kull attivazzjoni manwali tas-sistema tal-propulsjoni; jew

(b)

Il-ger tar-reverse ikun ingaġġjat; jew

(c)

Tkun qed taħdem sistema abbażi ta’ kamera li tgħin fl-immanuvrar tal-ipparkjar.

Il-lampi tal-immanuvrar għandhom jiġu MITFIJA awtomatikament jekk il-veloċità ’l quddiem tal-vettura tkun aktar minn 15 km/h u għandhom jibqgħu MITFIJA sakemm jerġgħu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex jiġu MIXGĦULA.

6.26.8.

Indikatur operatorju

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.26.9.

Rekwiżiti oħra

6.26.9.1.

Is-Servizz Tekniku għandu, għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, iwettaq testijiet viżwali biex jivverifika li ma jkun hemm l-ebda viżibilità diretta tas-superfiċe apparenti ta’ dawn il-lampi, għal osservatur li jkun miexi fuq il-konfini ta’ żona fuq pjan trasvers 10 m mill-parti ta’ quddiem tal-vettura, pjan trasvers 10 m mill-parti ta’ wara tal-vettura, u żewġ pjani lonġitudinali 10 m minn kull naħa tal-vettura; dawn l-erba’ pjani għandhom ikunu jestendu minn 1 m sa 3 m ’l fuq u parraleli mal-art kif muri fl-Anness 14.

6.26.9.2.

Fuq talba tal-applikant u bil-kunsens tas-Servizz Tekniku, ir-rekwiżit tal-paragrafu 6.26.9.1. jista’ jiġi verifikat permezz ta’ disinn jew ta’ simulazzjoni jew jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk il-kundizzjonijiet tal-installazzjoni ikunu konformi mal-paragrafu 6.2.2. tar-Regolament tan-NU Nru 23 jew mal-paragrafu 5.10.2. tar-Regolament tan-NU Nru 148, kif identifikati fid-dokument ta’ komunikazzjoni fl-Anness 1, paragrafu 9.

7.   IL-MODIFIKI GĦAL U L-ESTENSJONIJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA JEW TAL-INSTALLAZZJONI TA’ APPARATI TAGĦHA GĦAT-TIDWIL U GĦAS-SINJALAR BID-DAWL

7.1.

Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl tagħha, jew tal-lista msemmija fil-paragrafu 3.2.2. ta’ hawn fuq, għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat dak it-tip ta’ vettura. L-Awtorità mbagħad tista’:

7.1.1.

Tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li jkollhom affett avvers apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha tissodisfa r-rekwiżiti; jew

7.1.2.

Tirrikjedi li jsir rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

7.2.

Konferma tal-estensjoni jew rifjut ta’ approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-bidla, għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Kwalunkwe vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5. u 6. ta’ hawn fuq.

8.2.

Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:

8.2.1.

Jiżgura ruħu mill-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vettura rigward l-aspetti kollha rilevanti għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5. u 6. ta’ hawn fuq;

8.2.2.

Jiżgura ruħu li għal kull tip ta’ vettura jitwettqu mill-inqas it-testijiet preskritti fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament jew il-kontrolli fiżiċi li minnhom tista’ tkun derivata data ekwivalenti;

8.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet għandhom isiru fuq kampjuni magħżula b’mod aleatorju mingħajr ma jinterfieru l-impenji ta’ konsenja tal-manifattur.

8.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tagħmel ħilitha biex twttaq spezzjoni darba kull sena. Madanakollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-Awtorità Approvazzjoni tat-Tip u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. Fil-każ li jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tiżgura ruħha li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-konformità tal-produzzjoni terġa’ tiġi stabbilita mill-ġdid mill-aktar fis possibbli.

9.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti jew jekk vettura li jkollha fuqha l-marka tal-approvazzjoni ma tkunx konformi mat-tip approvat.

9.2.

Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

12.1

Ġenerali

12.1.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-aktar reċenti, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi l-aktar reċenti.

12.1.2.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-aktar reċenti, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali għal tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi l-aktar reċenti.

12.1.3.

Matul il-perjodu taż-żmien mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-aktar reċenti sal-applikazzjoni obbligatorja għall-approvazzjonijiet tat-tip ġodda, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ vetturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi preċedenti applikabbli kollha.

12.1.4.

L-approvazzjonijiet eżistenti mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-applikazzjoni obbligatorja tas-serje ta’ emendi l-aktar reċenti għandhom jibqgħu validi indefinittivament u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jirrikonoxxuhom u ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet għalihom (għajr kif indikat fil-paragrafu 12.1.6. ta’ hawn taħt).

12.1.5.

Meta t-tip ta’ vettura approvat skont kwalunkwe waħda mis-serje ta’ emendi preċedenti jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi l-aktar reċenti, il-Parti Kontraenti li tat l-approvazzjoni għandha tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament.

12.1.6.

Minkejja l-paragrafu 12.1.4. ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta’ dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-aktar reċenti mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li jkunu ngħataw skont xi waħda mis-serje ta’ emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.

12.1.7.

Sakemm is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jiġi nnotifikat mod ieħor, il-Ġappun jiddikjara li, fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, il-Ġappun se jkun marbut mill-obbligi tal-Ftehim li miegħu huwa anness dan ir-Regolament fir-rigward tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 biss.

12.2.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għas-serje ta’ emendi 03.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament:

(a)

Mill-10 ta’ Ottubru 2007 (12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03;

(b)

Sad-9 ta’ Ottubru 2009 (36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ) ma għandhomx jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta’ tip ta’ vettura approvat skont kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.

(c)

Mill-10 ta’ Ottubru 2009 (36 xahar wara d-dħul fis-seħħ) jistgħu jirrifjutaw l-ewwel dħul fis-servizz nazzjonali jew reġjonali ta’ vetturi tal-kategoriji N2 (b’massa massima ta’ aktar minn 7,5 tunnellati), N3, O3 u O4 b’wisa’ ta’ aktar minn 2 100 mm (għal immarkar ta’ wara) u b’tul ta’ aktar minn 6 000 mm (għal immarkar tal-ġnub), ħlief tratturi għal semitrejlers u vetturi mhux kompluti, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-serje ta’ emendi 03 għal dan ir-Regolament.

(d)

Minkejja l-paragrafu 12.1.4., mill-10 ta’ Ottubru 2011 (60 xahar wara d-dħul fis-seħħ) ma għandhomx jirrikonoxxu aktar l-approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament li jingħataw lil tipi ta’ vetturi tal-kategoriji N2 (b’massa massima ta’ aktar minn 7,5 tunnellati), N3, O3 u O4 b’wisa’ ta’ aktar minn 2 100 mm (għal immarkar ta’ wara) u b’tul ta’ aktar minn 6 000 mm (għal immarkar tal-ġnub), ħlief tratturi għal semitrejlers u vetturi mhux kompluti, skont kwalunkwe serje ta’ emendi preċedenti, li ma tibqax valida.

(e)

Mit-12 ta’ Ġunju 2010 (36 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 għas-serje ta’ emendi 03), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 għas-serje ta’ emendi 03.

(f)

Sal-11 ta’ Jannar 2010 (18-il xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje ta’ emendi 03) għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għal tipi ta’ vetturi ġodda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar l-orjentazzjoni vertikali ta’ lampi ta’ quddiem taċ-ċpar (paragrafu 6.3.6.1.1.) u/jew dwar l-indikatur operatorju tal-lampi indikaturi tad-direzzjoni (paragrafu 6.5.8.) u/jew it-tifi tal-lampi tas-sewqan binhar (paragrafu 6.19.7.3.).

(g)

Sal-10 ta’ Ottubru 2011 (60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ) għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għal tipi ġodda ta’ vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar it-tul kumulattiv tal-immarkar kospikwu (paragrafu 6.21.4.1.3.) (18).

12.3.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għas-serje ta’ emendi 04.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament:

(a)

Mis-7 ta’ Frar 2011 għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, u mis-7 ta’ Awwissu 2012 għall-vetturi ta’ kategoriji oħra (30 u 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ, rispettivament), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 04.

(b)

Wara t-22 ta’ Lulju 2009 (id-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 04) għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjonijiet lil tipi ta’ vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.1. kif emendat mis-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 04 jekk dawn ikunu mgħammra b’fanali ta’ quddiem approvati skont ir-Regolament Nru 98 (qabel is-Suppliment 9) jew ir-Regolament Nru 112 (qabel is-Suppliment 8).

(c)

Mill-24 ta’ Ottubru 2012 (36 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 għas-serje ta’ emendi 04), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti dwar il-limitazzjoni tal-vultaġġ tal-paragrafi 3.2.7. u 5.27. sa 5.27.4. ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 għas-serje ta’ emendi 04.

(d)

Sas-7 ta’ Frar 2011 għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u sas-7 ta’ Awwissu 2012 għall-vetturi ta’ kategoriji oħra (30 u 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 2 għas-serje ta’ emendi 04, rispettivament) għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet għal tipi ġodda ta’ vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar it-TIFI ta’ lampi tas-sewqan binhar reċiprokament inkorporati mal-lampi indikaturi tad-direzzjoni ta’ quddiem (paragrafu 6.19.7.6.).

12.3.1.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom tar-Regolament Nru 112 tiġi fis-seħħ wara s-7 ta’ Awwissu 2008 (id-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04 għal dan ir-Regolament) mhumiex obbligati li jaċċettaw approvazzjonijiet jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.1.2. u 6.2.2. ta’ dan ir-Regolament kif emendati bis-serje ta’ emendi 04 għal dan ir-Regolament fir-rigward tar-Regolament Nru 112.

12.4.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għas-serje ta’ emendi 05.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament:

(a)

Mit-30 ta’ Jannar 2015 (48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 05;

(b)

Sat-30 ta’ Lulju 2016 għat-tipi ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M1 u N1, u sat-30 ta’ Jannar 2018 għat-tipi ta’ vetturi ġodda ta’ kategoriji oħra (66 u 84 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ, rispettivament), għandhom jagħtu approvazzjonijiet jekk it-tip ta’ vettura ġdid li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ wieħed jew aktar mill-paragrafi 6.2.7.6.2. jew 6.2.7.6.3. sa 6.2.7.6.3.3. minflok dawk tal-paragrafu 6.2.7.6.1. ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 05.

12.5.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għas-serje ta’ emendi 06.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament:

Mit-18 ta’ Novembru 2017 (60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ), għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 06;

12.6.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali applikabbli għas-serje ta’ emendi 07

12.6.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 07, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet jew tirrifjuta li tagħti jew li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip tan-NU skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta’ emendi 07.

12.6.2.

Mis-6 ta’ Lulju 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU maħruġa għall-ewwel darba wara l-5 ta’ Lulju 2022 skont is-serje preċedenti ta’ emendi.

12.6.3.

Sas-6 ta’ Lulju 2024, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU, u l-estensjonijiet tagħhom, maħruġa għall-ewwel darba qabel is-6 ta’ Lulju 2022 skont is-serje preċedenti ta’ emendi.

12.6.4.

Mis-7 ta’ Lulju 2024, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU, inkluż kwalunkwe estensjoni tagħhom, maħruġa skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament jekk ma jkunx hemm is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza installat.

12.6.5.

Minkejja d-dispożizzjoniet tranżizzjonali ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li jibdew japplikaw dan ir-Regolament wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-iktar reċenti mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU li jkunu ngħataw f’konformità ma’ xi waħda mis-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.6.6.

Minkejja l-paragrafu 12.6.4., il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU maħruġa skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament, għat-tipi ta’ vetturi li mhumiex affettwati mill-bidliet introdotti bis-serje ta’ emendi 07.

12.6.7.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip tan-NU, jew estensjonijiet tagħhom, skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  Fil-każ tal-apparati għat-tidwil għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u l-indikaturi tad-direzzjoni tal-kategoriji 5 u 6, għandu jintuża “superfiċe li jemetti d-dawl”.

(3)  Fl-Anness 3, il-Parti 7, wieħed jista’ jsib eżempji biex jiddeċiedi dwar l-inkorporazzjoni reċiproka tal-lampi.

(4)  Pubblikazzjoni tas-CIE 15.2, 1986, Colorimetry, the CIE 1931 standard colorimetric observer.

(5)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(6)  Dan ma japplikax għal aċċessorji speċjali li jistgħu jiġu miżjuda fuq in-naħa esterjuri tal-fanal ta’ quddiem.

(7)  Il-kejl tal-koordinati tal-kromatiċità tad-dawl emess mil-lampi mhuwiex parti minn dan ir-Regolament.

(8)  Magħruf ukoll bħala retroriflettur abjad jew bla kulur.

(9)  Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jipprekludi lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament milli jippermettu l-użu ta’ mmarkar kospikwu abjad fuq wara tal-vettura fit-territorji tagħhom.

(10)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(11)  Il-Partijiet Kontraenti għar-Regolament tan-NU rispettivi xorta jistgħu jipprojbixxu l-użu ta’ sistemi ta’ tindif mekkaniċi meta jiġu installati fanali ta’ quddiem b’lentijiet tal-plastik, immarkati “PL”.

(12)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(13)  It-tipi ta’ vetturi ġodda li ma jkunux konformi ma’ din id-dispożizzjoni jistgħu jkomplu jiġu approvati sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje ta’ emendi 03.

(14)  Fil-każ ta’ “żewġ unitajiet tad-dawl imqiegħda b’mod simmetriku” addizzjonali, id-distanza orizzonttali tista’ tkun 200 mm (C fil-figura).

(15)  Id-direzzjonijiet tat-traffiku jkunu separati permezz ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni fit-triq, jew, permezz ta’ distanza laterali korrispondenti tat-traffiku mid-direzzjoni opposta. Dan jimplika tnaqqis ta’ tgħammix eċċessiv mill-fanali ta’ quddiem tal-vetturi tat-traffiku mid-direzzjoni opposta.

(16)  Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għad-dawl b’raġġ baxx meta jiġi prodott dawl għal-liwi għal tidwira fuq lemin fi traffiku fuq il-lemin (tidwira fuq ix-xellug għal traffiku fuq ix-xellug).

(17)  Il-Partijiet Kontraenti għar-Regolamenti rispettivi xorta jistgħu jipprojbixxu l-użu ta’ sistemi ta’ tindif mekkaniċi meta jiġu installati fanali ta’ quddiem b’lentijiet tal-plastik, immarkati “PL”.

(18)  Nota mis-segretarjat: għall-paragrafu 6.21.4.1.3., jekk jogħġbok irreferi għat-test tas-serje ta’ emendi 03 kif jinsab fid-dokument E/ECE/324/Rev.1/Add.47/Rev.6 - E/ECE/TRANS/505/Rev.1/Add.47/Rev.6


ANNESS 1

Komunikazzjoni

(format massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image 10

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni

…

…

…


li tikkonċerna: (2)

Approvazzjoni mogħtija

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, skont ir-Regolament Nru 48.

Nru tal-Approvazzjoni: … Nru tal-Estensjoni: …

1.

Isem jew marka kummerċjali tal-vettura: …

2.

Isem il-manifattur għat-tip ta’ vettura: …

3.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur:

5.

Imressqa għall-approvazzjoni fi: …

6.

Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni:

7.

Id-data tar-rapport tat-test: …

8.

In-numru tar-rapport tat-test: …

9.

Deskrizzjoni konċiża:

 

Apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl fuq il-vettura:

9.1.

Fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni:

iva/le2…

9.2.

Fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx:

iva/le2…

9.3.

Lampi ta’ quddiem taċ-ċpar:

iva/le2…

 

Kummenti: Reċiprokament inkoroprati fil-fanal ta’ quddiem: iva/le2

9.4.

Lampi tar-reverse:

iva/le2…

9.5.

Indikaturi tad-direzzjoni ta’ quddiem:

iva/le2…

9.6.

Indikaturi tad-direzzjoni ta’ wara:

iva/le2…

9.7.

Indikaturi tad-direzzjoni tal-ġenb:

iva/le2…

9.8.

Sinjal ta’ twissija ta’ periklu:

iva/le2…

9.9.

Lampi tal-waqfien:

iva/le2…

9.9.1.

Indikatur operatorju ta’ ħsara, kif meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti, installat:

iva/le2…

9.10.

Apparat li jdawwal

 

il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara:

iva/le2…

9.11.

Lampi tal-pożizzjoni ta’ quddiem:

iva/le2…

9.11.1.

Indikatur operatorju ta’ ħsara, kif meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti, installat:

iva/le2…

9.12.

Lampi tal-pożizzjoni ta’ wara:

iva/le2…

9.12.1.

Indikatur operatorju ta’ ħsara, kif meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti, installat:

iva/le2…

9.13.

Lampi ta’ wara taċ-ċpar:

iva/le2…

9.14.

Lampi tal-ipparkjar:

iva/le2…

9.15.

Lampi li jindikaw it-tarf tal-vettura:

iva/le2…

9.15.1.

Indikatur operatorju ta’ ħsara, kif meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti, installat:

iva/le2…

9.16.

Retrorifletturi ta’ wara,

 

mhux trijangulari:

iva/le2…

9.17.

Retrorifletturi ta’ wara, trijangulari:

iva/le2…

9.18.

Retrorifletturi ta’ quddiem,

 

mhux trijangulari:

iva/le2…

9.19.

Retrorifletturi tal-ġenb,

 

mhux trijangulari:

iva/le2…

9.20.

Lampi li jimmarkaw il-ġnub:

iva/le2…

9.21.

Lampi tas-sewqan binhar:

iva/le2…

9.21.1.

Indikatur operatorju ta’ ħsara, kif meħtieġ mir-regolamentazzjoni dwar il-komponenti, installat:

iva/le2…

9.22.

Sistema adattiva tat-tidwil ta’ quddiem (AFS): iva/le2

9.23.

Lampi tal-kantunieri:

iva/le2…

9.24.

Immarkar kospikwu:

Wara …

Ġenb

9.24.1.

Immarkar tal-kontorn sħiħ:

iva/le2…

iva/le2

9.24.2.

Immarkar tal-kontorn parzjali:

iva/le2…

iva/le2

9.24.3.

Immarkar lineari:

iva/le2…

iva/le2

9.24.4.

Eżenzjoni dwar l-immarkar kospikwu skont il-paragrafu 6.21.1.2.5.

 

 

Wara

 

 

iva/le2

 

 

Kummenti: …

 

 

Ġenb

 

 

iva/le2

 

 

Kummenti …

9.25.

Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza

iva/le2…

9.26.

Lampi tal-immanuvrar:

iva/le2…

9.27.

Lampi tal-korteżija esterjuri:

iva/le2…

9.28.

Lampi ekwivalenti:

iva/le2…

9.29.

Tagħbija massima persmissibbli fil-bagoll: …

9.30.

Lampi approvati għal u mgħammra b’sorsi tad-dawl LED ta’ sostituzzjoni huma permessi li jiġu installati fuq din il-vettura: iva/le2,  (3)

10.

Kummenti: …

10.1.

Kwalunkwe kumment dwar komponenti li jiċċaqilqu: …

10.2.

Metodu użat għad-definizzjoni tas-superfiċe apparenti:

(a)

Limitu tas-superfiċe illuminanti2 jew

(b)

Superfiċe li jemetti d-dawl2

10.3.

Kummenti oħra (validi għall-vetturi li jinsaqu fuq in-naħa tal-lemin jew fuq in-naħa tax-xellug): …

10.4.

Kummenti li jikkonċernaw l-AFS (skont il-paragrafi 3.2.6. u 6.22.7.4. ta’ dan ir-Regolament): …

10.5.

Kummenti rigward l-ammont ta’ superfiċe kopert mill-immarkar kospikwu jekk ikun inqas mill-valur minimu ta’ 70 fil-mija meħtieġ skont il-paragrafi 6.21.4.1.2. u 6.21.4.2.2. ta’ dan ir-Regolament.

10.6.

Għall-vetturi tal-kategoriji M u N, il-kummenti dwar il-kundizzjonijiet tal-provvista tal-elettriku (skont il-paragrafi 3.2.7. u 5.27. ta’ dan ir-Regolament). …

10.7.

Kummenti dwar l-immarkar kospikwu (skont il-paragrafi 6.21.1.2.5. u 6.21.4.3.1. ta’ dan ir-Regolament). …

10.8.

Kummenti dwar l-immarkar kospikwu (Vettura Mhux Kompluta jew Vetturi Kompluti skont il-paragrafi 6.21.1.2.1. u 6.21.1.2.2.1. ta’ dan ir-Regolament): …

 

Vetturi mhux kompluti:

iva/le2

 

Vetturi Kompluti:

iva/le2

 

Vetturi Kompluti:

iva/le2

11.

Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

12.

Raġuni(jiet) għall-estensjoni (jekk applikabbli): …

13.

Approvazzjoni mogħtija/estiża/miċħuda/irtirata2

14.

Post: …

15.

Data: …

16.

Firma: …

17.

Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru ta’ approvazzjoni muri hawn fuq, huma disponibbli meta jintalbu: …


(1)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/irrifjuta/irtira approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Ingassa dak li ma japplikax.

(3)  Jekk iva, elenka l-lampi applikabbli.


ANNESS 2

Arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni

Image 11
Mudell A

a = 8 mm min.

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat, fir-rigward tal-installazzjoni tal-apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl, ġie approvat fin-Netherlands (E 4), skont ir-Regolament tan-NU Nru 48, kif emendat mis-serje ta’ emendi 07. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 48 kif emendat mis-serje tal-emendi 07 .

Image 12
Mudell B

a = 8 mm min.

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla fuq vettura, turi li t-tip ta’ vettura konċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament tan-NU Nru 48 kif emendat mis-serje ta’ emendi 07 u r-Regolament tan-NU Nru 33. (1) In-numru tal-approvazzjoni jindika li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament tan-NU Nru 48 kien emendat mis-serje ta’ emendi 07 u r-Regolament tan-NU Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


(1)  It-tieni numru qed jingħata biss bħala eżempju.


ANNESS 3

Eżempji ta’ superfiċji, assi u ċentri ta’ referenza tal-lampi, u ta’ angoli tal-viżibilità ġeometrika

Dawn l-eżempji juru xi arranġamenti biex jgħinu biex jinftiehmu d-dispożizzjonijiet u mhumiex intiżi li jirrestrinġu d-disinn.

KODIĊI għall-eżempji kollha f’dan l-anness:

1.

Superfiċe illuminanti

2.

Assi ta’ referenza

3.

Ċentru ta’ referenza

4.

Angolu ta’ viżibilità ġeometrika

5.

Superfiċe li jemetti d-dawl

6.

Superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe illuminanti

7a.

Superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe li jemetti d-dawl skont il-paragrafu 2.10.2. (a) (bil-lenti ta’ barra)

7b.

Superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe li jemetti d-dawl skont il-paragrafu 2.10.2. (b) (mingħajr lenti ta’ barra)

8.

Direzzjoni tal-viżibilità

IO

Parti ottika ta’ ġewwa

LG

Gwida tad-dawl

L

Lenti ta’ barra

R

Riflettur

S

Sors tad-dawl

X

Mhix parti minn din il-funzjoni

F1

Funzjoni numru wieħed

F2

Funzjoni numru tnejn

Parti 1

Superfiċe li jemetti d-dawl ta’ apparat għas-sinjalar bid-dawl li mhux retroriflettur

Image 13

Parti 2

Superfiċe illuminanti ta’ apparat għas-sinjalar bid-dawl li mhux retroriflettur

Image 14

Parti 3

Eżempji ta’ superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe illuminanti f’direzzjonijiet differenti ta’ viżibilità ġeometrika

Image 15

Image 16

Parti 4

Eżempji ta’ superfiċe apparenti bbażat fuq is-superfiċe li jemetti d-dawl f’direzzjonijiet differenti ta’ viżibilità ġeometrika

Image 17

Image 18

Parti 5

Eżempju ta’ superfiċe illuminanti mqabbel ma’ superfiċe li jemetti d-dawl fil-każ ta’ “lampa b’funzjoni waħda”

(ara l-paragrafi 2.10.2. sa 2.10.3. ta’ dan ir-Regolament)

Eżempji ta’ sors tad-dawl b’riflettur ottiku, wara lenti ta’ barra:

Eżempju 1

Eżempju 2

Image 19

(Inkluż il-lenti ta’ barra)

Image 20

(Eskluż il-lenti ta’ barra mhux tessurizzata)

Eżempji ta’ sors tad-dawl b’riflettur ottiku b’lenti interna wara lenti ta’ barra:

Eżempju 3

Eżempju 4

Image 21

(Inkluż il-lenti ta’ barra)

Image 22

(Eskluż il-lenti ta’ barra mhux tessurizzata)

Eżempji ta’ sors tad-dawl b’riflettur ottiku b’lenti ta’ ġewwa parzjali wara lenti ta’ barra:

Eżempju 5

Eżempju 6

Image 23

(Inkluż il-lenti ta’ barra)

Image 24

(Eskluż il-lenti ta’ barra mhux tessurizzata)

Eżempju ta’ sistema ottika bi gwida tad-dawl wara lenti ta’ barra:

Image 25
Eżempju 7

Eżempji ta’ sistema ottika bi gwida tad-dawl jew riflettur ottiku wara lenti ta’ barra:

Image 26
Eżempju 8

Eżempji ta’ sors tad-dawl b’riflettur ottiku f’kombinazzjoni ma’ żona li mhijiex parti minn din il-funzjoni, wara lenti ta’ barra:

Image 27
Eżempju 9

Parti 6

Eżempji li juru kif jiġi ddeterminat is-superfiċe li jemetti d-dawl imqabbel ma’ superfiċe illuminanti

(Ara l-paragrafi 2.10.2. u 2.10.3. ta’ dan ir-Regolament)

Nota: Id-dawl rifless jista’ jikkontribwixxi għad-determinazzjoni tas-superfiċe li jemetti d-dawl

Image 28
Eżempju A

 

Superfiċe illuminanti

Superfiċe li jemetti d-dawl iddikjarat skont 2.10.2. (a)

It-truf huma

a u b

c u d

Image 29
Eżempju B

 

Superfiċe illuminanti

Superfiċe li jemetti d-dawl iddikjarat skont 2.10.2. (a)

It-truf huma

a u b

c u d

Eżempju C

Image 30
Eżempju ta’ kif jiġi ddeterminat is-superfiċe illuminanti f’kombinazzjoni ma’ żona li mhijiex parti mill-funzjoni:

 

Superfiċe illuminanti

It-truf huma

a u b

Eżempju D

Image 31
Eżempju ta’ kif jiġi ddeterminat superfiċe li jemetti d-dawl skont 2.10.2. (a) f’kombinazzjoni ma’ żona li mhijiex parti mill-funzjoni:

 

Superfiċe li jemetti d-dawl iddikjarat skont 2.10.2. (a)

It-truf huma

c-d u e-f

Eżempju E

Image 32
Eżempju ta’ kif jiġi ddikjarat is-superfiċe apparenti f’kombinazzjoni ma’ żona li mhijiex parti mill-funzjoni u lenti ta’ barra mhux tessurizzata (skont 2.10.2. (b)):

 

Superfiċe li jemetti d-dawl iddikjarat skont 2.10.2. (b) pereżempju

It-truf huma

c’-d’ u e’-f’

Parti 7

Eżempji biex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar l-inkorporazzjoni reċiproka ta’ żewġ funzjonijiet

Fil-każ ta’ lenti ta’ barra tessurizzata b’ħajt diviżur:

Image 33

Fil-każ ta’ lenti ta’ barra tessurizzata:

Image 34

Fil-każ fejn il-lenti ta’ barra mhux tessurizzata tkun eskluża:

Image 35

Fil-każ fejn il-lenti ta’ barra mhux tessurizzata tkun eskluża:

Image 36

Fil-każ fejn il-lenti ta’ barra (tessurizzata jew le) tkun inkluża:

Image 37

Fil-każ fejn il-lenti ta’ barra (tessurizzata jew le) tkun inkluża:

Image 38

Fil-każ fejn il-lenti ta’ barra mhux tessurizzata tkun eskluża, “7b” ikun is-superfiċe apparenti skont il-paragrafu 2.10.2. u F1 ma għandux ikun trasparenti għal F2:

Image 39

Fil-każ fejn il-lenti ta’ barra mhux tessurizzata tkun eskluża jew mhux eskluża:

Image 40


ANNESS 4

Il-viżibilità ta’ lampa ħamra fuq quddiem u l-viżibilità ta’ lampa bajda fuq wara

Ara l-paragrafi 5.10.1. u 5.10.2. ta’ dan ir-Regolament).

Image 41


ANNESS 5

L-istati tat-tagħbija li għandhom jitqiesu biex jiġu ddeterminati l-varjazzjonijiet fl-orjentazzjoni vertikali tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx

Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija fuq il-fusien imsemmija fil-paragrafi 6.2.6.1. u 6.2.6.3.1.

1.   

Għat-testijiet li ġejjin, il-massa tal-passiġġiera għandha tkun ikkalkulata abbażi ta’ 75 kg għal kull persuna.

2.   

Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija għat-tipi differenti ta’ vetturi:

2.1.   

Vetturi fil-kategorija M1 (1):

2.1.1.   

L-angolu tar-raġġ tad-dawl tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx għandu jiġi ddeterminat skont il-kundizzjonijiet tat-tagħbija li ġejjin:

2.1.1.1.   

Persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.1.1.2.   

Is-sewwieq, flimkien ma’ passiġġier wieħed fis-sit ta’ quddiem l-aktar ’il bogħod mis-sewwieq;

2.1.1.3.   

Is-sewwieq, passiġġier wieħed fis-sit ta’ quddiem l-aktar ’il bogħod mis-sewwieq, bis-sits kollha l-aktar ’il bogħod fuq wara okkupati;

2.1.1.4.   

Is-sits kollha okkupati;

2.1.1.5.   

Is-sits kollha okkupati, flimkien ma’ tagħbija mqassma b’mod uniformi fil-bagoll tal-bagalji, sabiex tinkiseb it-tagħbija permissibbli fuq il-fus ta’ wara jew fuq il-fus ta’ quddiem jekk il-bagoll ikun fuq quddiem. Jekk il-vettura jkollha bagoll fuq quddiem u ieħor fuq wara, it-tagħbija addizzjonali trid tkun imqassma b’mod xieraq sabiex jinkisbu t-tagħbiji permissibbli fuq il-fusien. Madanakollu, jekk il-massa mgħobbija massima permissibbli tinkiseb qabel it-tagħbija permissibbli fuq wieħed mill-fusien, it-tagħbija tal-bagoll(i) għandha tkun limitata għall-valur li jippermetti li tintlaħaq dik il-massa;

2.1.1.6.   

Is-sewwieq, flimkien ma’ tagħbija mqassma b’mod uniformi fil-bagoll, sabiex tinkiseb it-tagħbija permissibbli fuq il-fus korrispondenti.

Madanakollu, jekk il-massa mgħobbija massima permissibbli tinkiseb qabel it-tagħbija permissibbli fuq il-fus, it-tagħbija tal-bagoll(i) għandha tkun limitata għall-valur li jippermetti li tintlaħaq dik il-massa.

2.1.2.   

Biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tat-tagħbija ta’ hawn fuq, għandha titqies kull restrizzjoni tat-tagħbija stabbilita mill-manifattur.

2.2.   

Vetturi fil-kategoriji M2 u M3 1;

L-angolu tar-raġġ tad-dawl mill-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx għandu jiġi ddeterminat fil-kundizzjonjiet tat-tagħbija li ġejjin:

2.2.1.   

Vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.2.2.   

Vetturi mgħobbija b’tali mod li kull fus iġorr it-tagħbija massima teknikament permissibbli tiegħu jew sakemm tintlaħaq il-massa massima permissibbli tal-vettura billi l-fusien ta’ quddiem u ta’ wara jiġu mgħobbija b’mod proprozjonat għat-tagħbiji massimi teknikament permissibbli tagħhom, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

2.3.   

Vetturi fil-kategorija N b’superfiċji ta’ tagħbija:

2.3.1.   

L-angolu tar-raġġ tad-dawl mill-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx għandu jiġi ddeterminat fil-kundizzjonjiet tat-tagħbija li ġejjin:

2.3.1.1.   

Vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.3.1.2.   

Sewwieq, flimkien ma’ tagħbija mqassma b’tali mod sabiex ikun hemm it-tagħbija massima teknikament permissibbli fuq il-fus jew fuq il-fusien ta’ wara, jew il-massa massima permissibbli tal-vettura, liema minnhom isseħħ l-ewwel, mingħajr ma tinqabeż it-tagħbija tal-fus ta’ quddiem ikkalkulata bħala s-somma tat-tagħbija tal-fus ta’ quddiem tal-vettura mhux mgħobbija flimkien ma’ 25 fil-mija tal-piż tal-passiġġiera u tal-bagalji (iżda mhux tal-fjuwil) massimu permissibbli fuq il-fus ta’ quddiem. Bil-maqlub, il-fus ta’ quddiem jitqies b’dan il-mod meta l-pjattaforma tat-tagħbija tkun fuq quddiem.

2.4.   

Vetturi fil-kategorija N mingħajr superfiċe ta’ tagħbija:

2.4.1.   

Vetturi li jiġbdu għas-semitrejlers:

2.4.1.1.   

Vettura mhux mgħobbija mingħajr tagħbija fuq l-agganċ u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.4.1.2.   

Persuna waħda fis-sit tas-sewwieq; it-tagħbija teknikament permissibbli fuq l-agganċ fil-pożizzjoni tal-agganċ li tikkorrispondi għall-ogħla tagħbija fuq il-fus ta’ wara.

2.4.2.   

Vetturi li jiġbdu għat-trejlers:

2.4.2.1.   

Vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.4.2.2.   

Persuna waħda fis-sit tas-sewwieq, bil-postijiet l-oħra kollha fil-kabina tas-sewqan ikunu okkupati.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 6

Il-kejl tal-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx bħala funzjoni tat-tagħbija

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-anness jispeċifika metodu għall-kejl tal-varjazzjonijiet fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tal-vetturi motorizzati, fir-rigward tal-inklinazzjoni inizjali tiegħu, ikkawżati minn bidliet fl-attitudni tal-vettura minħabba t-tagħbija.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Inklinazzjoni inizjali

2.1.1.   Inklinazzjoni inizjali ddikjarata

Il-valur tal-inklinazzjoni inizjali tar-raġġ baxx speċifikat mill-manifattur tal-vettura motorizzata li jservi bħala valur ta’ referenza għall-kalkolu tal-varjazzjonijiet permissibbli.

2.1.2.   Inklinazzjoni inizjali mkejla

Il-valur medju tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx jew tal-inklinazzjoni tal-vettura mkejla bil-vettura fil-kundizzjoni Nru 1, kif definit fl-Anness 5, għall-kategorija tal-vettura li qed tiġi ttestjata. Dan il-valur iservi bħala valur ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-varjazzjonijiet fl-inklinazzjoni tar-raġġ hekk kif tvarja t-tagħbija.

2.2.   Inklinazzjoni tar-raġġ baxx

Tista’ tiġi ddefinita kif ġej:

 

Jew bħala l-angolu, espress f’milliradians, bejn id-direzzjoni tar-raġġ lejn punt karatteristiku fuq il-parti orizzontali tal-cut-off fid-distribuzzjoni luminuża tal-fanal ta’ quddiem u l-pjan orizzontali,

 

Jew mit-tanġent ta’ dak l-angolu, espress f’perċentwal ta’ inklinazzjoni, ladaraba l-angoli huma żgħar (għal dawn l-angoli ż-żgħar, 1 fil-mija huwa ekwivalenti għal 10 mrad).

Jekk l-inklinazzjoni tiġi espressa f’perċentwal ta’ inklinazzjoni, din tista’ tkun ikkalkulata permezz tal-formula li ġejja:

Image 42

fejn:

h1

hija l-għoli ’l fuq mill-art, f’millimetri, tal-punt karatteristiku msemmi hawn fuq, imkejjel fuq skrin vertikali perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, imqiegħed f’distanza orizzontali L.

h2

hija l-għoli ’l fuq mill-art, f’millimetri, taċ-ċentru ta’ referenza (li jitqies bħala l-oriġini nominali tal-punt karatteristiku magħżul f’h1):

L

hija d-distanza, f’millimetri, mill-iskrin saċ-ċentru ta’ referenza.

Il-valuri negattivi jindikaw inklinazzjoni ’l isfel (ara l-Figura 1).

Il-valuri pożittivi jindikaw inklinazzjoni ’l fuq

Image 43
Figura 1 L-inklinazzjoni ’l isfel tar-raġġ baxx ta’ vettura tal-kategorija M1. 1

Noti:

1.

Dan id-disinn jirrappreżenta vettura tal-kategorija M1, iżda l-prinċipju muri japplika b’mod ugwali għal vetturi ta’ kategoriji oħra.

2.

Meta il-vettura ma tinkorporax sistema ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem, il-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tkun identika għall-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tal-vettura nfisha.

3.   KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL

3.1.

Jekk tintuża spezzjoni viżwali tad-disinn tar-raġġ baxx fuq l-iskrin jew jintuża metodu fotometriku, il-kejl għandu jsir f’ambjent mudlam (pereżempju, kamra mudlama) ta’ erja suffiċjenti biex il-vettura u l-iskrin ikunu jistgħu jitqiegħdu kif muri fil-Figura 1. Iċ-ċentri ta’ referenza tal-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu f’distanza mill-iskrin ta’ mill-inqas 10 m.

3.2.

L-art li fuqha jsir il-kejl għandha tkun kemm jista’ jkun ċatta u orizzontali, sabiex ir-riproduċibilità tal-kejl tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tkun żgurata bi preċiżjoni ta’ ±0,5 mrad (inklinazzjoni ta’ ±0,05 fil-mija).

3.3.

Jekk jintuża skrin, l-immarkar, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tiegħu fir-rigward tal-art u tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, għandhom ikunu tali li r-riproduċibilità tal-kejl tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tista’ tiġi żgurata bi preċiżjoni ta’ ±0,5 mrad (inklinazzjoni ta’ ±0,05 fil-mija).

3.4.

Waqt il-kejl, it-temperatura ambjentali għandha tkun ta’ bejn 10 u 30 °C.

4.   PREPARAZZJONI TAL-VETTURA

4.1.

Il-kejl għandu jsir fuq vettura li vjaġġat għal distanża ta’ bejn 1 000 km u 10 000 km, preferibbilment 5 000 km.

4.2.

It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni ta’ tagħbija sħiħa speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Il-vettura għandha timtela għalkollox mill-ġdid (fjuwil, ilma, żejt) u tkun mgħammra bl-aċċessorji u bl-għodod kollha speċifikati mill-manifattur. Il-mili għalkollox mill-ġdid bil-fjuwil ifisser li t-tank tal-fjuwil għandu jiġi mimli sa mhux inqas minn 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu.

4.3.

Il-vettura għandu jkollha l-brejk tal-ipparkjar mhux ingaġġjat u l-gearbox fuq gear newtrali.

4.4.

Il-vettura għandha tiġi kkundizzjonata għal mill-inqas 8 sigħat fit-temperatura speċifikata fil-paragrafu 3.4. ta’ hawn fuq.

4.5.

Jekk jintuża metodu fotometriku jew viżwali, fuq il-vettura li qed tiġi ttestjata preferibbilment għandhom jiġu installati fanali ta’ quddiem b’cut-off tar-raġġ baxx definit sew, sabiex jiġi ffaċilitat il-kejl. Biex jinkiseb qari aktar preċiż huwa permess li jintużaw mezzi oħra (pereżempju, it-tneħħija tal-lenti tal-fanal ta’ quddiem).

5.   PROĊEDURA TAT-TEST

5.1.   Ġenerali

Il-varjazzjonijiet jew f’inklinazzjoni tar-raġġ baxx jew fl-inklinazzjoni tal-vettura, jiddependi mill-metodu magħżul, għandhom jitkejlu separatament għal kull ġenb tal-vettura. Ir-riżultati miksuba kemm mill-fanali ta’ quddiem tal-lemin u kemm minn dawk tax-xellug fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha speċifikati fl-Anness 5, għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 5.5. ta’ hawn taħt. It-tagħbija għandha tiġi applikata gradwalment mingħajr ma l-vettura tiġi soġġetta għal xokkijiet eċċessivi.

5.1.1.

Fil-każijiet fejn tiġi installata AFS, il-kejl għandu jsir meta l-AFS tkun fl-istat newtrali tagħha.

5.2.   Determinazzjoni tal-inklinazzjoni inizjali mkejla

Il-vettura għandha tiġi ppreparata kif speċifikat fil-paragrafu 4. ta’ hawn fuq u tkun mgħobbija kif speċifikat fl-Anness 5 (l-ewwel kundizzjoni tat-tagħbija tal-kategorija tal-vettura rispettiva). Qabel kull kejl, il-vettura għandha tiġi mbandla kif speċifikat fil-paragrafu 5.4. ta’ hawn taħt. Il-kejl għandu jsir tliet darbiet.

5.2.1.

Jekk l-ebda wieħed mit-tliet riżultati mkejla ma jvarja b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0,2 fil-mija) mill-valur aritmetiku medju tar-riżultati, dak il-valur medju għandu jikkostitwixxi r-riżultat finali.

5.2.2.

Jekk kwalunkwe kejl ivarja mill-valur aritmetiku medju tar-riżultati b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0,2 fil-mija), għandha tittieħed serje oħra ta’ 10 kejlijiet, u l-valur aritmetiku medju tagħhom għandu jikkostitwixxi r-riżultat finali.

5.3.   Metodi tal-kejl

Jista’ jintuża kwalunkwe metodu għall-kejl tal-varjazzjonijiet tal-inklinazzjoni sakemm il-qari jkun preċiż sa ±0,2 mrad (inklinazzjoni ta’ ±0,02 fil-mija).

5.4.   It-trattament tal-vettura f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija

Is-sospensjoni tal-vettura u kwalunkwe parti oħra li probabbilment taffetwa l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx għandha tiġi attivata skont il-metodi deskritti hawn taħt.

Madanakollu, l-awtoritajiet tekniċi u l-manifatturi jistgħu jipproponu b’mod konġunt metodi oħra (jew sperimentali jew ibbażati fuq kalkoli), speċjalment meta t-test jagħti problemi partikolari, sakemm kalkoli ta’ din ix-xorta jkunu evidentement validi.

5.4.1.   Vetturi tal-kategorija M1 b’sospensjoni konvenzjonali

Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u, jekk ikun meħtieġ, bir-roti jistrieħu fuq pjattaformi bir-roti (li għandhom jintużaw jekk in-nuqqas tagħhom iwassal għal restrizzjoni tal-moviment tas-sospensjoni li probabbilment jaffetwa r-riżultati tal-kejl), bandal il-vettura għal mill-inqas tliet ċikli kompluti, fejn għal kull ċiklu, jiġi mbuttat ’l isfel l-ewwel it-tarf ta’ wara u mbagħad it-tarf ta’ quddiem tal-vettura.

Is-sekwenza tat-tbandil għandha tintemm meta jsir iċ-ċiklu kollu. Qabel ma jsir il-kejl, il-vettura għandha titħalla tieqaf tiċċaqlaq waħidha. Minflok ma jintużaw pjattaformi bir-roti, l-istess effett jista’ jinkiseb billi l-vettura tiġi mċaqilqa lura u ’l quddiem għal mill-inqas tidwira kompluta ta’ rota.

5.4.2.   Vetturi tal-kategorija M2, M3 u N b’sospensjoni konvenzjonali

5.4.2.1.

Jekk il-metodu tat-trattament għall-vetturi tal-kategorija M1 deskritt fil-paragrafu 5.4.1. ma jkunx possibbli, jista’ jintuża l-metodu deskritt fil-paragrafu 5.4.2.2. jew 5.4.2.3.

5.4.2.2.

Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u bir-roti mal-art, bandal il-vettura billi tvarja t-tagħbija temporanjament.

5.4.2.3.

Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u bir-roti mal-art, attiva s-sospensjoni tal-vettura u l-partijiet l-oħra kollha li jistgħu jaffetwaw l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx billi tuża apparat tal-vibrazzjoni. Dan jista’ jkun pjattaforma li tivvibra li fuqha jistrieħu r-roti.

5.4.3.   Vetturi b’sospensjoni mhux konvenzjonali, fejn is-sistema ta’ propulsjoni trid tkun qed taħdem.

Qabel ma jsir kwalunkwe kejl stenna sakemm il-vettura tkun assumiet l-attitudni finali tagħha bil-magna taħdem.

5.5.   Kejl

Il-varjazzjoni tal-inklinazzjoni tar-raġġ baxx għandha tiġi vvalutata għal kull waħda mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija differenti fir-rigward tal-inklinazzjoni inizjali mkejla ddeterminata skont il-paragrafu 5.2. ta’ hawn fuq.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem manwali, din għandha tiġi aġġustata għall-pożizzjonijiet speċifikati mill-manifattur għal kundizzjonijiet tat-tagħbija partikolari (skont l-Anness 5).

5.5.1.

L-ewwel nett, għandu jsir kejl wieħed f’kull kundizzjoni tat-tagħbija. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati jekk, għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha, il-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tkun fil-limiti kkalkulati (pereżempju, fid-differenza bejn l-inklinazzjoni inizjali ddikjarata u l-limiti minimi u massimi speċifikati għall-approvazzjoni) b’marġni tas-sikurezza ta’ 4 mrad (inklinazzjoni ta’ 0,4 fil-mija).

5.5.2.

Jekk ir-riżultat(i) ta’ kwalunkwe kejl ma jkunx/jkunux fil-marġni tas-sikurezza indikat fil-paragrafu 5.5.1. jew ikun(u) ogħla mill-valuri ta’ limitu, għandhom jittieħdu tliet kejlijiet oħra fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija li jikkorrispondu għal dan/dawn ir-riżultat(i) kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.3.

5.5.3.

Għal kull waħda mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija ta’ hawn fuq:

5.5.3.1.

Jekk l-ebda wieħed mit-tliet riżultati mkejla ma jvarja b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0,2 fil-mija) mill-valur aritmetiku medju tar-riżultati, dak il-valur medju għandu jikkostitwixxi r-riżultat finali.

5.5.3.2.

Jekk kwalunkwe kejl ivarja mill-valur aritmetiku medju tar-riżultati b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0,2 fil-mija), għandha tittieħed serje oħra ta’ 10 kejlijiet, u l-valur aritmetiku medju tagħhom għandu jikkostitwixxi r-riżultat finali.

5.5.3.3.

Jekk vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem awtomatika, li jkollha sekwenza ta’ istereżi inerenti, ir-riżultati medji fil-quċċata u fil-qiegħ tas-sekwenza ta’ istereżi għandhom jitqiesu bħala valuri sinifikanti.

Dan il-kejl kollu għandu jsir skont il-paragrafi 5.5.3.1. u 5.5.3.2.

5.5.4.

Ir-rekwiżiti jitqiesu li ġew issodisfati, jekk, fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha, il-varjazzjoni bejn l-inklinazzjoni inizjali mkejla ddeterminata skont il-paragrafu 5.2. u l-inklinazzjoni mkejla f’kull kundizzjoni tat-tagħbija tkun inqas mill-valuri kkalkulati fil-paragrafu 5.5.1. (mingħajr marġni ta’ sikurezza).

5.5.5.

Jekk jinqabeż wieħed biss mil-limiti minimi u massimi ta’ varjazzjoni kkalkulati, il-manifattur għandu jitħalla jagħżel valur differenti għall-inklinazzjoni inizjali ddikjarata, fi ħdan il-limiti speċifikati għall-approvazzjoni.

ANNESS 7

Indikazzjoni tal-inklinazzjoni ’l isfel tal-cut-off tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx imsemmi fil-paragrafu 6.2.6.1.1. u tal-inklinazzjoni ’l isfel tal-cut-off tal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar imsemmi fil-paragrafu 6.3.6.1.2. ta’ dan ir-Regolament

Eżempju 1

Id-daqs tas-simbolu u tal-karattri jitħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur.

Image 44

Eżempju 2

Id-daqs tas-simbolu u tal-karattri jitħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur.

Image 45


ANNESS 8

Il-kontrolli għall-apparati ta’ livellar tal-fanali ta’ quddiem imsemmija fil-paragrafu 6.2.6.2.2. ta’ dan ir-Regolament

1.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

1.1.

Fil-każijiet kollha, l-inklinazzjoni ’l isfel tar-raġġ baxx għandha tiġi prodotta b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a)

Billi kontroll jiġi mċaqlaq ’l isfel jew lejn ix-xellug;

(b)

Billi kontroll jiġi mdawwar f’direzzjoni kontra l-arloġġ;

(c)

Billi tiġi magħfusa buttuna (kontroll li jiġi mbuttat-miġbud).

Jekk biex jiġi aġġustat ir-raġġ jintużaw diversi buttuni, il-buttuna li tagħti l-akbar inklinazzjoni ’l isfel għandha tiġi installata fuq ix-xellug jew taħt il-buttuna/i għal pożizzjonijiet oħra tar-raġġ baxx.

Kontroll rotatorju li jiġi installat mit-tarf jew bit-tarf biss viżibbli, għandu jsegwi l-prinċipji operattivi ta’ kontroll tat-tip (a) jew (c).

1.1.1.

Dan il-kontroll għandu jkollu fuqu simboli li jindikaw b’mod ċar il-movimenti li jikkorrispondu għall-inklinazzjoni ’l isfel u ’l fuq tar-raġġ baxx.

1.2.

Il-pożizzjoni “0” tikkorrispondi għall-inklinazzjoni inizjali skont il-paragrafu 6.2.6.1.1. ta’ dan ir-Regolament.

1.3.

Il-pożizzjoni “0”, li skont il-paragrafu 6.2.6.2.2. ta’ dan ir-Regolament trid tkun “pożizzjoni ta’ waqfien”, ma hemmx għalfejn tkun fi tmiem l-iskala.

1.4.

Il-marki li jintużaw fuq kontroll għandhom jiġu spjegati fil-manwal tas-sid.

1.5.

Is-simboli li ġejjin biss jistgħu jintużaw biex jiġu identifikati l-kontrolli:

Image 46

Simboli li jagħmlu użu minn ħames linji minflok erbgħa jistgħu jintużaw ukoll

Image 47
Eżempju 1

Image 48
Eżempju 2

Image 49
Eżempju 3


ANNESS 9

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

1.   TESTIJIET

1.1.   Pożizzjoni tal-lampi

Il-pożizzjoni tal-lampi, kif definita fil-paragrafu 2.1.6. ta’ dan ir-Regolament, fil-wisa’, fl-għoli u fit-tul għandha tiġi ikkontrollata skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-paragrafi 2.10.2., 2.10.3., 2.10.4., 2.3.3. u 5.4. ta’ dan ir-Regolament.

Il-valuri mkejla għad-distanzi għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull lampa.

1.2.   Viżibilità tal-lampi

1.2.1.

L-angoli tal-viżibilità ġeometrika għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 2.10.7. ta’ dan ir-Regolament.

Il-valuri mkejla għall-angoli għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull lampa ħlief li l-limiti tal-angoli jista’ jkollhom konċessjoni li tikkorrispondi għall-varjazzjoni ta’ ±3° permessa fil-paragrafu 5.3. għall-immuntar tal-apparati għas-sinjalar bid-dawl.

1.2.2.

Il-viżibilità tad-dawl aħmar fuq in-naħa ta’ quddiem u tad-dawl abjad fuq in-naħa ta’ wara għandhom jiġu kkontrollati skont il-paragrafu 5.10. ta’ dan ir-Regolament.

1.3.   Allinjament tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx u tal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar tal-klassi “F3” lejn in-naħa ta’ quddiem

1.3.1.   Inklinazzjoni inizjali ’l isfel

L-inklinazzjoni inizjali ’l isfel tal-cut-off tar-raġġ baxx u tal-lampi ta’ quddiem taċ-ċpar tal-klassi “F3” għandha tiġi ssettjata kif speċifikat fit-targa preskritta li tidher fl-Anness 7.

Alternattivament, il-manifattur għandu jissettja l-orjentazzjoni inizjali għal valur differenti minn dak indikat fit-targa jekk ikun jista’ jintwera li dan jirrappreżenta t-tip approvat meta ttestjat skont il-proċeduri indikati fl-Anness 6 u b’mod paratikolari fil-paragrafu 4.1.

1.3.2.   Varjazzjoni tal-inklinazzjoni bit-tagħbija

Il-varjazzjoni tal-inklinazzjoni ’l isfel tar-raġġ baxx bħala funzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tagħbija speċifikati f’dan il-paragrafu għandha tibqa’ fil-medda ta’:

0,2 fil-mija sa 2,8 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar tal-fanal ta’ quddiem h < 0,8;

0,2 fil-mija sa 2,8 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar ta’ fanal ta’ quddiem 0,8 ≤ h ≤ 1,0; jew

0,7 fil-mija sa 3,3 fil-mija

(skont il-medda tal-orjentazzjoni magħżula mill-manifattur fl-approvazzjoni);

0,7 fil-mija sa 3,3 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar tal-fanal ta’ quddiem 1,0 < h ≤ 1,2 m;

1,2 fil-mija sa 3,8 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar tal-fanal ta’ quddiem h > 1,2 m.

Fil-każ ta’ lampa ta’ quddiem taċ-ċpar tal-klassi “F3” b’sors(i) tad-dawl li jkollhom fluss luminuż oġġettiv ta’ aktar minn 2 000 lumens, il-varjazzjoni tal-inklinazzjoni ’l isfel bħala funzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tagħbija speċifikati f’dan il-paragrafu għandha tibqa’ f’din il-medda:

0,7 fil-mija sa 3,3 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar tal-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar h ≤ 0,8;

1,2 fil-mija sa 3,8 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar tal-lampa ta’ quddiem taċ-ċpar h > 0,8 m.

L-istati tat-tagħbija li għandhom jintużaw jiġu stabbiliti kif indikat fl-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament, u għandhom ikunu kif ġej:

1.3.2.1.

Vetturi fil-kategorija M1:

 

il-Paragrafu 2.1.1.1.

 

il-Paragrafu 2.1.1.6. fejn jitqies

 

il-Paragrafu 2.1.2

1.3.2.2.

Vetturi fil-kategoriji M2 u M3;

 

il-Paragrafu 2.2.1

 

il-Paragrafu 2.2.2

1.3.2.3.

Vetturi fil-kategorija N b’superfiċji ta’ tagħbija:

 

il-Paragrafu 2.3.1.1.

 

il-Paragrafu 2.3.1.2.

1.3.2.4.

Vetturi fil-kategorija N mingħajr superfiċji ta’ tagħbija:

1.3.2.4.1.

Vetturi li jiġbdu għas-semitrejlers:

 

il-Paragrafu 2.4.1.1.

 

il-Paragrafu 2.4.1.2.

1.3.2.4.2.

Vetturi li jiġbdu għat-trejlers:

 

il-Paragrafu 2.4.2.1.

 

il-Paragrafu 2.4.2.2.

1.4.   Konnessjonijiet elettriċi u indikaturi operatorji

Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom jiġu kkontrollati billi tinxtegħel kull lampa konnessa mas-sistema elettrika tal-vettura.

Il-lampi u l-indikaturi operatorji għandhom jaħdmu skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.11. sa 5.14. ta’ dan ir-Regolament u skont l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull lampa.

1.5.   Intensitajiet tad-dawl

1.5.1.   Fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni:

L-intensità massima aggregata tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni għandha tkun ikkontrollata permezz tal-proċedura deskritta fil-paragrafu 6.1.9.2 ta’ dan ir-Regolament. Il-valur miksub għandu jkun tali li jiġi ssodisfat ir-rekwiżiti fil-paragrafu 6.1.9.1. ta’ dan ir-Regolament.

1.6.   Il-preżenza, in-numru, il-kulur, l-arranġament u, fejn ikun applikabbli, il-kategorija tal-lampi għandhom jiġu kkontrollati permezz ta’ spezzjoni viżwali tal-lampi u tal-immarkar tagħhom.

Dawn għandhom ikunu tali li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5.15. and 5.16. kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull lampa.


ANNESS 10

Riżervat


ANNESS 11

Il-viżibilità tal-immarkar kospikwu fuq wara, fuq quddiem u mal-ġenb tal-vettura

(Ara l-paragrafu 6.21.5. ta’ dan ir-Regolament)

Image 50
Figura 1a Wara

Image 51
Figura 1b Quddiem (trejlers biss)

Image 52
Figura 2 Ġenb


ANNESS 12

Dawra ta’ test

1.   Speċifikazzjonijiet tad-dawra ta’ test għall-kontroll awtomatiku tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni

1.1.

Id-dawra ta’ test għandha ssir f’atmosfera ċara (1) u bil-fanali ta’ quddiem nodfa

1.2.

Il-korsa tat-test għandha tinkludi taqsimiet tat-test b’kundizzjonijiet tat-traffiku u b’veloċità li tikkorrispondi mat-tip rilevanti ta’ triq, kif deskritt fit-Tabella 1 ta’ hawn taħt:

Tabella 1

Taqsima tat-Test

Kundizzjonijiet tat-traffiku

Tip tat-triq

Żoni urbani

Triq b’diversi korsiji, eż. awtostrada

Triq provinċjali

Veloċità

50 ± 10 km/h

100 ± 20 km/h

80 ± 20 km/h

Perċentwal medju tat-tul kollu tal-korsa tat-test

10 fil-mija

20 fil-mija

70 fil-mija

A

Vettura waħda ġejja mid-direzzjoni opposta jew vettura waħda misjuqa quddiem il-vettura tat-test bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni JIXGĦEL u JITFI.

 

X

X

B

Sitwazzjonijiet tat-traffiku b’vettura ġejja mid-direzzjoni opposta u vettura misjuqa quddiem il-vettura tat-test, bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni jiġi JIXGĦEL u JITFI.

 

X

X

C

Manuvri tas-sorpass attiv u passiv, bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni jiġi JIXGĦEL u JITFI.

 

X

X

D

Rota ġejja mid-direzzjoni opposta, kif deskritt fil-paragrafu 6.1.9.3.1.2.

 

 

X

E

Sitwazzjonijiet tat-traffiku b’vettura ġejja mid-direzzjoni opposta u vettura misjuqa quddiem il-vettura tat-test

X

 

 

1.3.

Iż-żoni urbani għandhom jinkludu toroq bit-tidwil u toroq mingħajr tidwil.

1.4.

It-toroq provinċjali għandhom jinkludu taqsimiet b’żewġ korsiji u taqsimiet b’erba’ korsiji jew aktar u għandhom jinkludu punti ta’ konġunzjoni, għoljiet u/jew inklinazzjonijiet, niżliet weqfin u toroq imserrpin.

1.5.

It-toroq b’diversi korsiji (eż. awtostradi) u t-toroq provinċjali għandhom jinkludu taqsimiet li jkollhom partijiet livell u dritti itwal minn 600 m. Barra minn hekk, għandhom jinkludu taqsimiet li jkollhom kurvi lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

1.6.

Għandhom jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ traffiku dens.”

2.   Speċifikazzjonijiet għad-dawra ta’ test għall-fanali ta’ quddiem b’raġġ ewlieni adattivi

2.1.

Id-dawra ta’ test għandha ssir f’atmosfera ċara (2) u bil-fanali ta’ quddiem nodfa.

2.2.

Il-korsa tat-test għandha tinkludi taqsimiet tat-test b’kundizzjonijiet tat-traffiku u b’veloċità li tikkorrispondi mat-tip rilevanti ta’ triq, kif deskritt fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt:

Tabella 2

Taqsima tat-Test

Kundizzjonijiet tat-traffiku

Tip tat-triq

Żoni urbani

Triq b’diversi korsiji, eż. awtostrada

Triq provinċjali

Veloċità

50 ± 10 km/h

100 ± 20 km/h

80 ± 20 km/h

Perċentwal medju tat-tul kollu tal-korsa tat-test

10 fil-mija

20 fil-mija

70 fil-mija

A

Vettura waħda ġejja mid-direzzjoni opposta jew vettura waħda misjuqa quddiem il-vettura tat-test bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni adattiv jirreaġixxi u jiġi attivat il-proċess tal-adattament.

 

X

X

B

Sitwazzjonijiet tat-traffiku b’vettura ġejja mid-direzzjoni opposta u vettura misjuqa quddiem il-vettura tat-test, bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni adattiv jirreaġixxi u jiġi attivat il-proċess tal-adattament.

 

X

X

C

Manuvri tas-sorpass attiv u passiv bi frekwenza tali li r-raġġ ewlieni adattiv jirreaġixxi u jiġi attivat il-proċess tal-adattament.

 

X

X

D

Rota ġejja mid-direzzjoni opposta, kif deskritt fil-paragrafu 6.22.9.3.1.2.

 

 

X

E

Sitwazzjonijiet tat-traffiku b’vettura ġejja mid-direzzjoni opposta u vettura misjuqa quddiem il-vettura tat-test

X

 

 

2.3.

Iż-żoni urbani għandhom jinkludu toroq bit-tidwil u toroq mingħajr tidwil.

2.4.

It-toroq provinċjali għandhom jinkludu taqsimiet b’żewġ korsiji u taqsimiet b’erba’ korsiji jew aktar u għandhom jinkludu punti ta’ konġunzjoni, għoljiet u/jew inklinazzjonijiet, niżliet weqfin u toroq imserrpin.

2.5.

It-toroq b’diversi korsiji (eż. awtostradi) u t-toroq provinċjali għandhom jinkludu taqsimiet li jkollhom partijiet livell u dritti itwal minn 600 m. Barra minn hekk, għandhom jinkludu taqsimiet li jkollhom kurvi lejn ix-xellug u lejn il-lemin.

2.6.

Għandhom jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ traffiku dens

2.7.

Għat-taqsimiet tat-test A u B fit-tabella ta’ hawn fuq, l-inġiniera li jwettqu t-testijiet għandhom jivvalutaw u jirreġistraw l-aċċettabilità tal-prestazzjoni tal-proċess ta’ adattament fir-rigward tal-utenti tat-triq li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta u dawk quddiem il-vettura tat-test. Dan ifisser li dawn l-inġiniera li jwettqu t-test għandhom ikunu bilqiegħda fil-vettura li tkun qed tiġi ttestjata u barra minn hekk ikunu bilqiegħda fil-vetturi li jkunu ġejjin mid-direzzjoni opposta u dawk quddiem il-vettura tat-test.

(1)  Viżibilità tajba (medda ottika meteoroloġika MOR > 2 000 m definita skont id-WMO, Guide to Meteorological Instruments and Methods of Observation, Sixth Edition, ISBN: 92-63-16008-2, pp 1. 9. 1/ 1. 9. 11, Ginevra 1996).

(2)  Viżibilità tajba (medda ottika meteoroloġika MOR > 2 000 m definita skont id-WMO, Guide to Meteorological Instruments and Methods of Observation, Sixth Edition, ISBN: 92-63-16008-2, pp 1. 9. 1/ 1. 9. 11, Ginevra 1996).


ANNESS 13

Kundizzjonijiet ta’ swiċċjar awtomatiku tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx

Kundizzjonijiet ta’ swiċċjar awtomatiku tal-fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx (1)

Dawl ambjentali barra l-vettura (2)

Fanali ta’ quddiem b’raġġ baxx:

Ħin tar-rispons

inqas minn 1 000  lux

MIXGĦULA

mhux iktar minn 2 sekondi

bejn 1 000  lux u 7 000  lux

fid-diskrezzjoni tal-manifattur

fid-diskrezzjoni tal-manifattur

iktar minn 7 000  lux

MITFIJA

iktar minn 5 sekondi iżda mhux iktar minn 300 sekonda


(1)  Il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet għandha tintwera mill-applikant, permezz ta’ simulazzjoni jew mezzi oħra ta’ verifika aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

(2)  L-illuminanza għandha titkejjel fuq superfiċe orizzontali, b’sensor ikkoreġut bil-cosine fuq l-istess għoli bħall-pożizzjoni tal-immuntar tas-sensor fuq il-vettura. Dan jista’ jintwera mill-manifattur permezz ta’ dokumentazzjoni suffiċjenti jew ta’ mezzi oħra aċċettati mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.


ANNESS 14

Żona ta’ osservazzjoni lejn is-superfiċe apparenti tal-lampi tal-immanuvrar u tal-lampi tal-korteżija

Żoni ta’ osservazzjoni

Dan id-disinn juri ż-żona minn naħa waħda, u ż-żoni l-oħra minn quddiem, minn wara u min-naħa l-oħra tal-vettura

Image 53

Konfini taż-żoni

Image 54


ANNESS 15

Sistema gonjo(foto)metrika użata għall-kejl fotometriku kif definit fil-paragrafu 2.10.9. ta’ dan ir-Regolament

Image 55