Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Territorju Doganali Separat ta’ Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu /* KUMM/2006/0147 finali - ACC 2006/0051 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 31.3.2006 KUMM(2006) 147 finali 2006/0051 (ACC) 2006/0052 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Territorju Doganali Separat ta’ Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara n-negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta' l-1994, li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fil-kuntest tat-tkabbir ta’ l-unjoni doganali, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT jobbliga lill-KE biex tidħol f'negozjati ma’ pajjiżi terzi li nnegozjaw id-drittijiet f’kull wieħed mill-Membri li se jaċċedi sabiex jaqblu dwar aġġustament ta’ kumpens jekk l-adozzjoni tar-riżultati tar-reġim tat-tariffi esterni tal-KE tirriżulta f’żieda tat-tariffi ogħla mil-livell li l-pajjiż li se jaċċedi ntrabat bih fid-WTO, filwaqt li ħadu 'kont kif suppost tat-tnaqqis tad-dazji fuq l-istess linja tat-tariffa magħmula mill-kostitwenti l-oħra ta' l-unjoni doganali fit-twaqqif tagħha'. 2. Fit-22 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati bis-saħħa ta' l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994 (il-proposta COM 6792/04 WTO 34). 3. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjati maħruġa mill-Kunsill. 4. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozju relatati ma’ l-irtirar ta’ konċessjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-irtirar ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, matul il-proċess ta’ l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea. 5. In-negozjati rriżultaw fi Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mat-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu. 6. Din il-proposta titlob lill-Kunsill biex japprova dan il-ftehim. 2006/0051 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Territorju Doganali Separat ta’ Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: 1. Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta’ l-1994, matul l-adeżjonijiet fil-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka. 2. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjati maħruġa mill-Kunsill. 3. Il-Kummissjoni għalqet in-negozjati għal Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Territorju Doganali Separat ta’ Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu. Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu rigward l-irtirar ta' konċessjonijiet speċifiċi relatati ma’ l-irtirar ta' l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea; huwa minn hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) msawra bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri msemmi fl-Artikolu 1 sabiex torbot lill-Komunità. Magħmula fi Brussel, Ghall-Kunsill Il-President FTEHIM Fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Territorju Doganali Separat ta’ Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu rigward l-emenda tal-konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u ir-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni fil-Komunità Ewropea. Ittra mill-Komunitajiet Ewropej Sinjur, “Wara l-ftuħ tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT ta’ l-1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ l-adeżjoni tagħhom fil-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen, u Matsu bil-għan li jingħalqu n-negozjati li nfetħu wara n-notifika tal-KE fid-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT ta’ l-1994 Il-KE taqbel li tinkorpora fl-Iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tal-KE 15. Il-KE taqbel li hi tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjoni li ġejja: 87120030 (bajsikils mhux immotorizzati): Tnaqqis fid-dazju obbligatorju attwali ta’ 15% għal 14.0%. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ malli jsir l-iskambju ta’ l-ittri tal-ftehim, wara l-kunsiderazzjoni tal-partijiet skond il-proċedimenti tagħhom. Il-KE għandha tagħmel mill-aħjar li tista’ biex tistabbilixxi l-miżuri adatti ta' implimentazzjoni qabel l-1 ta’ Marzu 2006 u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2006. F’isem il-Komunità Ewropea FTEHIM Fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu relatati mal-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta l-Ungerija, ir-Repubblika ta Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni fil-Komunitajiet Ewropej. Ittra mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu Sinjur, Qed issir referenza għall-ittra tiegħek li tgħid: “Wara l-ftuħ tan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT ta’ l-1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ l-adeżjoni tagħhom fil-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen, u Matsu bil-għan li jingħalqu n-negozjati li nfetħu wara n-notifika tal-KE fid-19 ta’ Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT ta’ l-1994 Il-KE taqbel li tinkorpora fl-Iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tal-KE 15. Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjoni li ġejja: 87120030 (bajsikils mhux immotorizzati): Tnaqqis fid-dazju obbligatorju attwali ta’ 15% għal 14.0%. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ malli jsir l-iskambju ta’ l-ittri tal-ftehim, wara l-kunsiderazzjoni tal-partijiet skond il-proċedimenti tagħhom. Il-KE għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tistabbilixxi l-miżuri ta' implimentazzjoni adattati qabel l-1 ta’ Marzu 2006 u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2006.” Għandi hawnhekk l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi. F’isem it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 4. Qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill XXXX, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim mat-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu wara negozjati skond il-qafas ta' l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. 5. Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill timplimenta l-Ftehim li l-Komunità daħlet għalih. 2006/0052 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-KE wara n-negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta' l-1994, li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87(1) li jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “In-Nomenklatura Magħquda”, u li jiffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni. (2) Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu XX/XXX/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu, il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi qabel bil-għan li jagħlaq in-negozjati miftuħa skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT ta’ l-1994. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat skond it-tariffi stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Ghall-Kunsill Il-President ANNESS Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha titqies li għandha valur indikattiv u xejn aktar, filwaqt li l-konċessjonijiet jiġu ddeterminati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif inhuma fil-waqt ta’ l-adozzjoni ta' dan ir-regolament. Meta jkunu indikati l-ex kodiċi NM, il-konċessjonijiet għandhom jiġu ddeterminati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti mgħadda flimkien. It-Tieni Parti Skeda ta’ dazji Doganali | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Rata ta’ dazju | 8712 0030 | Bajsikils mhux immotorizzati | Implimentata permezz tar-Regolament XXX | [1] ĠU C [...], [...], p. [...].