<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑448/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0448</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:39">EU:C:2016:39</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR — KAWŻA C-448/14</P><P>DAVITAS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑448/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Davitas GmbH</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Aschaffenburg</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva superjuri tal-Land ta’ Bayern, il‑Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 258/97</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ ikel jew ta’ ingredjent tal-ikel bi struttura molekulari ġdida</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-possibbiltà li tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema li tirregola t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni Ewropea ta’ ikel ġdid prevista fir-Regolament (KE) Nru 258/97<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19970127">27 ta’ Jannar 1997</DATE>, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 18, p. 244, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" DATE.PUB="1997">ĠU L 68</REF.DOC.OJ>, <DATE ISO="20120307">7.3.2012</DATE>, p. 42), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2009">ĠU L 188, p. 14</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva superjuri tal-Land ta’ Bayern, il-Ġermanja) għandha quddiemha rikors bejn Davitas GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Davitas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-awtoritajiet Ġermaniżi dwar il-fatt li dawn tal-aħħar ipprojbixxew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>De Tox Forte<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, ikel ikkostitwit minn klinoptilolit, sustanza minerali ta’ oriġini volkanika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna l-kwistjoni ta’ jekk tali sustanza, li tinsab b’mod naturali u li ma tirriżultax minn ipproċessar min-naħa tal-bniedem, iżda li ma kinitx is-suġġett ta’ konsum mill-bniedem, tikkostitwixxix ikel ġdid fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 258/97, b’tali mod li kellha tkun suġġetta, qabel il-kummerċjalizzazzjoni tagħha, għall-evalwazzjoni tas-sigurtà prevista minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 258/97 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jirrigwarda t-tqegħid fis-suq [fl-Unjoni] ta’ ikel ġdid jew l-ingredjenti ġodda tal-ikel.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tqegħid fis-suq [fl-Unjoni] ta’ ikel jew ingredjenti ta’ l-ikel li s’issa ma ġewx użati għall-konsum mill-bniedem fi grad sinifikanti ġewwa [l-Unjoni] u li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>[<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Il-kategoriji msemmija fil-punti (a) u (b), jiġifieri l-ikel li fih jew li jikkonsisti f’organiżmi mmodifikati ġenetikament u l-ikel prodott minn, iżda li ma fihx, tali organiżmi, tneħħew permezz tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).</P></NOTE>] l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida jew modifikata intenzjonalment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel li jikkonsistu fi, jew iżolati mill-mikro-organiżmi, il-fungi jew l-alka;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel li jikkonsistu fi, jew iżolati minn pjanti u ingredjenti ta’ l-ikel iżolati mill-bhejjem, għajr l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel miksuba mill-propagazzjoni jew il-prattiki tat-tgħammir tradizzjonali u li għandhom storja ta’ użu ta’ ikel fis-sigurtà;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>l-ikel u l-ingredjenti ta’ l-ikel li lilhom ġie applikat proċess tal-produzzjoni mhux użat korrentement fejn dan il-proċess joħloq bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni jew l-istruttura ta’ l-ikel jew l-ingredjenti ta’ l-ikel li jaffettwaw il-valur nutrizzjonali, il-metaboliżmu jew il-livell tas-sustanzi mhux mixtieqa.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 39(2) tal-Kodiċi dwar il-prodotti tal-ikel, il-prodotti għall-konsum ta’ kuljum u l-għalf (Lebensmittel-, Bedarfsgegenstände- und Futtermittelgesetzbuch), fil-verżjoni tiegħu ppubblikata fit-<DATE ISO="20130603">3 ta’ Ġunju 2013</DATE> (BGBl. I, p. 1426), kif l-aħħar emendat bil-Liġi tas-<DATE ISO="20130807">7 ta’ Awwissu 2013</DATE> (BGBl. I, p. 3154), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet u l-miżuri neċessarji sabiex jikkonstataw jew jeliminaw is-suspetti serji ta’ ksur, sabiex jirrimedjaw il-ksur ikkonstatat jew sabiex jevitaw ksur fil-futur kif ukoll dawk neċessarji għall-finijiet ta’ protezzjoni kontra l-perikoli għas-saħħa jew ir-riskji ta’ qerq. B’mod partikolari, huma jistgħu</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>jipprojbixxu jew jillimitaw il-produzzjoni, l-ipproċessar jew it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament li jimplementa dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju dwar l-ikel ġdid u dwar l-ingredjenti ġodda tal-ikel (Verordnung zur Durchführung gemeinschaftsrechtlicher Vorschriften über neuartige Lebensmittel und Lebensmittelzutaten), fil-verżjoni tiegħu ppubblikata fl-<DATE ISO="20000214">14 ta’ Frar 2000</DATE> (BGBl. I, p. 123), kif l-aħħar emendat bil-komunikazzjoni tas-<DATE ISO="20080527">27 ta’ Mejju 2008</DATE> (BGBl. I, p. 919):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Bla ħsara għall-paragrafu 2, il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ma tistax tqiegħed fis-suq ikel u ingredjenti tal-ikel fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 258/97 fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni maħruġa konformement mal-proċeduri previsti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 258/97.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>B’effett mill-<DATE ISO="20120801">1 ta’ Awwissu 2012</DATE>, Davitas ikkummerċjalizzat fil-Ġermanja l-prodott De Tox Forte, prodott tal-ikel li l-uniku ingredjent tiegħu huwa l-klinoptilolit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Matul Jannar 2013, l-iStadt Aschaffenburg (belt ta’ Aschaffenburg, il-Ġermanja) talbet lid-dipartiment tal-Land ta’ Bayern responsabbli għas-saħħa u għas-sigurtà tal-ikel (Bayerisches Landesamt für Gesundheit und Lebensmittelsicherheit) sabiex janalizza kampjun ta’ dan il-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tar-rapport ta’ perizja kkomunikat minn dan id-dipartiment, l-iStadt Aschaffenburg, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, ikklassifikat il-prodott bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ikel ġdid<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fis-sens tar-Regolament Nru 258/97 u pprojbixxiet lil Davitas milli tikkummerċjalizzah sakemm tikseb awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq konformement mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Davitas ippreżentat rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-Bayerisches Verwaltungsgericht Würzburg (qorti amministrattiva ta’ Würzburg).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, Davitas ma kkontestatx il-fatt li l-konsum mill-bniedem tal-klinoptilolit kien negliġibbli fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, data ta’ referenza għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 258/97, iżda sostniet li s-sustanza kkonċernata ma setgħetx tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ikel ġdid<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> peress li ma kienet taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 1(2)(ċ) sa (f) tar-Regolament Nru 258/97.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, fir-rigward tal-kategorija prevista fil-punt (ċ) ta’ din id-dispożizzjoni, Davitas speċifikat li l-klinoptilolit ma kellhiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, peress li l-istruttura molekulari tas-sustanza użata għall-preparazzjoni tal-prodott De Tox Forte kienet teżisti b’mod naturali ferm qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140423">23 ta’ April 2014</DATE>, il-Bayerisches Verwaltungsgericht Würzburg (qorti amministrattiva ta’ Würzburg) ċaħdet ir-rikors ta’ Davitas filwaqt li sostniet, b’mod partikolari, li kien biżżejjed, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97, li l-klinoptilolit ma kinitx intużat bħala ikel qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>. Skont dik il-qorti, l-eżistenza preċedenti ta’ din is-sustanza ma hijiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Davitas appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva superjuri tal-Land ta’ Bayern), li għandha dubji dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva superjuri tal-Land ta’ Bayern) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-prodott <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>De Tox Forte<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ikkummerċjalizzat mir-rikorrenti huwa ikel jew ingredjent tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 258/97?</P><P>Sabiex tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, huwa suffiċjenti b’mod partikolari li dan il-prodott, li għandu bħala ingredjent il-clinoptilolite fl-istruttura primarja molekulari partikolari tiegħu, ma kienx jintuża bħala ikel qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, jew huwa neċessarju wkoll li dan il-prodott ikun ġie mmanifatturat permezz ta’ proċess li jwassal għal struttura molekulari ġdida jew immodifikata intenzjonalment, li jfisser li din hija sustanza li ma kinitx teżisti preċedentement b’mod naturali f’din l-għamla?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju, bid-data tal-<DATE ISO="20140915">15 ta’ Settembru 2014</DATE>, waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>. Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-partijiet fil-kawża prinċipali, mil-Landesanwaltschaft Bayern, li pparteċipa fil-proċedura fil-kawża prinċipali bis-saħħa tar-rwol tiegħu taħt id-dritt pubbliku Ġermaniż, mill-Gvern Grieg u mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Dawn il-partijiet u l-partijiet interessati, bl-eċċezzjoni tal-Gvern Grieg, ipparteċipaw ukoll fis-seduta, li nżammet fid-<DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li fil-fehma tiegħi għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq essenzjalment tkun taf jekk il-kunċett ta’ ikel jew ta’ ingredjent tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida jew immodifikata intenzjonalment, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97, jinkludix sustanza ta’ oriġini minerali li teżisti b’mod naturali u li ma kinitx is-suġġett ta’ proċess ta’ produzzjoni li jista’ jimmodifika l-istruttura molekulari tagħha, meta din l-istruttura ma kinitx daħlet fil-kompożizzjoni ta’ ikel ikkonsmat fit-territorju tal-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi għandhom iwasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta, għall-ewwel darba, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità teżamina dispożizzjonijiet oħra tal-Artikolu 1 fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HLH Warenvertrieb u Orthica</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑211/03, C‑299/03 u C‑316/03 sa C‑318/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:370">EU:C:2005:370</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>M-K Europa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:8">EU:C:2009:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni biss it-termini tagħha, iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Merck</NAME.CASE> (<NO.CASE>292/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:335">EU:C:1983:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Koushkaki</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑84/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:862">EU:C:2013:862</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Anki l-oriġini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ tipprovdi elementi rilevanti għall-interpretazzjoni tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑583/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:625">EU:C:2013:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Nosserva li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 258/97 għandha pożizzjoni ċentrali fis-sistema tar-Regolament, peress li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, billi tispeċifika l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ikel ġdid u ingredjent ġdid tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HLH Warenvertrieb u Orthica</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑211/03, C‑299/03 u C‑316/03 sa C‑318/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:370">EU:C:2005:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>M-K Europa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:8">EU:C:2009:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ser nuża biss il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ikel<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> peress li d-distinzjoni bejn l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel ma hijiex rilevanti f’din il-kawża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Mit-termini stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li d-definizzjoni tinkludi żewġ elementi kumulattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa meqjus li huwa ġdid l-ikel li l-konsum mill-bniedem tiegħu kien negliġibbli fit-territorju tal-Unjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 258/97, jiġifieri l-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>HLH Warenvertrieb u Orthica</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑211/03, C‑299/03 u C‑316/03 sa C‑318/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:370">EU:C:2005:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>M-K Europa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:8">EU:C:2009:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-ikel ikkonċernat għandu jaqa’ wkoll f’waħda mill-erba’ kategoriji previsti fl-Artikolu 1(2)(ċ) sa (f) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-kategorija prevista fl-imsemmi punt (ċ), li l-verżjonijiet lingwistiċi tiegħu bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jikkoinċidu fil-parti l-kbira tagħhom, tikkonċerna l-ikel <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>bi struttura primarja molekulari ġdida jew modifikata intenzjonalment<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, b’mod partikolari, il-verżjonijiet bil-Ġermaniż (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Lebensmittel und Lebensmittelzutaten mit neuer oder gezielt modifizierter primärer Molekularstruktur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), bl-Ingliż (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>foods and food ingredients with a new or intentionally modified primary molecular structure<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), jew bil-Pollakk (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>żywność i składniki żywności o nowej lub celowo zmodyfikowanej podstawowej strukturze molekularnej<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Id-dubji tal-qorti tar-rinviju jikkonċernaw b’mod iktar preċiż l-interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni, f’dan ir-rigward, li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ġdida<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tirreferi għal struttura molekulari li ma kinitx teżisti bħala tali b’mod naturali, iżda rriżultat minn ipproċessar mill-bniedem, u li għalhekk din il-kelma tirreferi għal sustanza li l-molekuli tagħha nħolqu jew ġew immodifikati mill-bniedem. Issa, hija ssostni li l-prodott De Tox Forte huwa kkostitwit minn blat volkaniku fl-istat naturali tiegħu, li huwa sempliċement suġġett għal proċess antik li jikkonsisti fit-taħna, mingħajr bidla tal-molekuli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-partijiet u l-partijiet interessati l-oħra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>L-iStadt Aschaffenburg, il-Landesanwaltschaft Bayern, il-Gvern Grieg u l-Kummissjoni.</P></NOTE> jqisu, għall-kuntrarju, li, sabiex l-istruttura molekulari primarji titqies li hija ġdida, huwa biżżejjed li din ma kinitx intużat f’ikel fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, it-tifsira u l-portata ta’ terminu li għalih id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi ebda definizzjoni għandhom jiġu ddeterminati konformement mas-sens normali tiegħu fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintuża u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li jagħmel parti minnha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hotel Sava Rogaška</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑207/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:414">EU:C:2015:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, is-sens normali tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ġdida<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> użata fir-Regolament Nru 258/97 ma jippermettix li tinstab soluzzjoni għad-dubju mqajjem f’din il-kawża. Dan l-aġġettiv, meta applikat għal struttura molekulari, jista’ fil-fatt jirreferi kemm għal molekula maħluqa b’mod ġdid u kemm għal molekula użata b’mod ġdid fl-ikel għall-konsum mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Nosserva li l-interpretazzjoni fis-sens li hija involuta l-molekula użata b’mod ġdid fl-ikel għall-konsum mill-bniedem tista’, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, tidher li hija diskutibbli fid-dawl tal-istruttura binarja tad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ikel ġdid<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Kif diġà osservajt, din id-definizzjoni ma tagħmilx riferiment biss għall-kriterju bbażat fuq l-assenza ta’ konsum fl-Unjoni iżda wkoll għall-kategoriji ta’ ikel previsti fl-Artikolu 1(2)(ċ) sa (f) tar-Regolament Nru 258/97. Ir-riferiment għall-imsemmija kategoriji huwa intiż li jagħmel eżawrjenti din id-definizzjoni, fl-interess taċ-ċertezza legali tal-operaturi ekonomiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Jekk il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> jinftiehem fis-sens li jagħmel riferiment għal sustanza li għandha struttura molekulari li ma kinitx intużat fl-ikel għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, dawn ikunu jinkludu, fil-parti l-kbira, l-ewwel element tad-definizzjoni, jiġifieri l-fatt li l-ikel bħala tali ma kienx ikkonsmat fl-Unjoni qabel din l-istess data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, l-applikazzjoni simultanja taż-żewġ kriterji tad-definizzjoni tikkonċerna biss l-ikel li ma jistax jaqa’ fil-kategoriji previsti fl-Artikolu 1(2)(d) u (e) tar-Regolament Nru 258/97 u li ma kienx is-suġġett ta’ proċess ta’ produzzjoni ġdid li jimplika modifikazzjonijiet sinjifikattivi fis-sens tal-punt (f) ta’ din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, essenzjalment, dan huwa ikel ikkostitwit minn sustanzi ta’ oriġini minerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din l-applikazzjoni simultanja tirriżulta mill-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kkunsidrax kategorija speċifika għall-ikel ġdid ikkostitwit minn sustanzi ta’ oriġini minerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ lakuna leġiżlattiva f’dan ir-rigward ħarġet b’mod manifest fil-kuntest tar-riforma reċenti tar-Regolament Nru 258/97. Fil-fatt, l-Artikolu 3(2)(a)(iii) tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament u tal-Kunsill<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Regolament tal-<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE>, dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU L 327, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> issa jipprevedi kategorija distinta li tikkonċerna l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ikel li jikkonsisti minn materjal ta’ oriġini minerali, jew iżolat minnu jew prodott minnu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tar-Regolament Nru 258/97, din il-lakuna tista’, fil-fehma tiegħi, tiġi rrimedjata billi l-Artikolu 1(2)(ċ) jiġi interpretat fid-dawl tal-għan u tal-istruttura tal-leġiżlazzjoni kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 258/97 isegwi għan doppju, jiġifieri, minn naħa, li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern ta’ ikel ġdid u, min-naħa l-oħra, li jipproteġi s-saħħa tal-bniedem kontra r-riskji li jista’ jikkawża dan l-ikel ġdid<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Monsanto Agricoltura Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑236/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:431">EU:C:2003:431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>M-K Europa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:8">EU:C:2009:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 258/97 jikkostitwixxi leġiżlazzjoni ġenerali sa fejn ikopri l-ikel ġdid kollu, irrispettivament min-natura tiegħu, ħlief għal ċerti oqsma rregolati mil-leġiżlazzjoni settorjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>F’dan is-sens, l-ikel li joriġina minn organiżmi mmodifikati ġenetikament huwa rregolat mir-Regolament Nru 1829/2003. Barra minn hekk, il-prodotti tal-ikel huma s-suġġett ta’ leġiżlazzjoni fil-każ li u sa fejn jintużaw bħala enżimi tal-ikel, additivi tal-ikel, aromatizzanti tal-ikel jew solventi tal-estrazzjoni. Ara l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 258/97. Proposta leġiżlattiva li qiegħda tiġi eżaminata ser twassal għall-ħolqien ta’ regoli settorjali dwar l-ikel miksub minn annimali kklonati [COM(2013) 893, tat-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE>].</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni kkonċernata hija intiża li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjoni billi tipprevedi l-karatteristiċi li jippermettu li ikel jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li kemm in-natura ġenerali u kemm l-għan ta’ din id-dispożizzjoni jeskludu li tingħata interpretazzjoni restrittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ma jistax jingħad, għall-kuntrarju ta’ dak li tipproponi r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li r-Regolament Nru 258/97 huwa intiż li jipproteġi s-saħħa pubblika biss kontra s-sustanzi li ma jeżistux b’mod naturali iżda li nħolqu jew ġew immodifikati mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>B’hekk, l-ikel li jaqa’ taħt l-Artikolu 1(2)(d) u (e) tal-imsemmi regolament, jiġifieri dak ikkostitwit minn mikroorganiżmi, minn fungi, minn alki, minn pjanti jew minn annimali, għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, irrispettivament minn jekk dan l-ikel irriżultax minn ipproċessar mill-bniedem, għas-sempliċi raġuni li ma kienx ikkonsmat fl-Unjoni qabel id-data ta’ referenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-istess kunsiderazzjoni għandha ssir fir-rigward tal-ikel li jaqa’ fil-kategorija prevista fil-punt (ċ) ta’ din id-dispożizzjoni, li għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> meta s-sustanza li jkollha l-istruttura molekulari inkwistjoni ma kinitx tagħmel parti mill-kompożizzjoni tal-ikel ikkonsmat fl-Unjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 258/97.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nosserva li l-kategorija ta’ ikel ġdid prevista fl-imsemmi punt (ċ) għandha ċerti karatteristiċi partikolari meta mqabbla mal-kategoriji l-oħra previsti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 258/97.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>B’differenza mill-punti (d) u (e) ta’ din id-dispożizzjoni, li jikklassifikaw is-sustanzi organiċi skont l-oriġini tagħhom, u mill-punt (f) tal-imsemmija dispożizzjoni, li jikkonċerna l-ikel li għalih ikun ġie applikat proċess ta’ produzzjoni ġdid li jimplika modifikazzjonijiet sinjifikattivi fil-kompożizzjoni jew fl-istruttura tiegħu, il-punt (ċ) ta’ din l-istess dispożizzjoni jinkludi riferiment iktar ġeneriku għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>istruttura primarja molekulari<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ta’ ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif josservaw ġustament l-iStadt Aschaffenburg u l-Kummissjoni, din hija l-unika kategorija li tista’ tinkludi l-ikel ġdid li ma jkunx ikkostitwit mis-sustanzi organiċi previsti fl-imsemmija punti (d) u (e) u li ma jkunx suġġett għal proċess ta’ produzzjoni ġdid fis-sens tal-imsemmi punt (f).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jekk l-imsemmi punt (ċ) jiġi interpretat b’mod restrittiv, il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ikel ġdid<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tkun limitata b’mod sinjifikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, jekk il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>struttura molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss is-sustanzi maħluqa mill-bniedem, dan iwassal sabiex jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 258/97 is-sustanzi kollha ta’ oriġini minerali, meta dawn is-sustanzi ma jkunux ta’ natura li jkunu jistgħu jaqgħu fil-kategoriji previsti fl-Artikolu 1(2)(d) u (e) ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Issa, interpretazzjoni tad-definizzjoni ta’ ikel ġdid li twassal sabiex tiġi eskluża minn din id-definizzjoni kategorija ġenerika sħiħa ta’ ikel tkun kuntrarja għall-portata ġenerali tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni kif ukoll għall-għan tagħha msemmi iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-kategorija kkonċernata fis-sens li tkopri s-sustanzi li jkollhom struttura molekulari li ma tkunx għadha ntużat għall-ikel ikkonsmat mill-bniedem hija, barra minn hekk, ikkorroborata mill-oriġini tad-dispożizzjoni kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ din il-kategorija, kif ifformulata fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni, kienet tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>prodott li jikkonsisti f’molekula tal-ikel immodifikata […] jew f’molekula li ma kinitx ivverifikata fil-qasam tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-Anness I tal-proposta ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġodda [COM(1992) 295 final, tas-<DATE ISO="19920707">7 ta’ Lulju 1992</DATE>, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="190" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1992">ĠU C 190, p. 3</REF.DOC.OJ>], li jelenka l-kategoriji ta’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>. Fil-proposta emendata, din il-kategorija ġiet ifformulata mill-ġdid sabiex tagħmel riferiment għall-ikel <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>bi struttura primarja molekulari ġdida jew immodifikata<?PAGE NO="8"?> intenzjonalment li sal-lum ma kienx tradizzjonalment użat bħala ikel jew ingredjent tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-Artikolu 1(2)(ċ) tal-proposta emendata ta’ Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġodda [COM(1993) 631 final, tal-<DATE ISO="19931201">1 ta’ Diċembru 1993</DATE>, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, C 16, p. 10</REF.DOC.OJ>].</P></NOTE>. Il-fatt li din l-aħħar parti tas-sentenza ma nżammitx fil-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, mingħajr ebda raġuni partikolari, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jindika r-rieda tal-leġiżlatur li jillimita l-portata tal-kategorija inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-Artikolu 1(2)(ċ) tal-proposta emendata ta’ Regolament, li hija s-suġġett tal-Pożizzjoni komuni (KE) Nru 25/95 adottata mill-Kunsill fit-<DATE ISO="19951023">23 ta’ Ottubru 1995</DATE> fid-dawl tal-adozzjoni tar-Regolament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġodda (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="320" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1995">ĠU C 320, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet tal-awtoritajiet Ġermaniżi u mit-tweġibiet bil-miktub tal-Kummissjoni għall-mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-interpretazzjoni fis-sens li l-kategorija prevista fl-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97 tinkludi s-sustanzi bi struttura molekulari li qatt ma kienet għadha preżenti fl-ikel tat lok għal prassi kostanti fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Kien bis-saħħa ta’ din il-prassi li l-klinoptilolit ġiet ikklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ikel ġdid<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fil-kuntest ta’ tentattivi preċedenti ta’ tqegħid fis-suq fl-Unjoni. Fuq il-bażi tat-talbiet u tal-informazzjoni kkomunikati minn tliet Stati Membri, il-klinoptilolit ġiet inkluża bħala ikel ġdid fil-lista indikattiva u mhux vinkolanti ppubblikata mill-Kummissjoni, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Novel food catalogue<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Kif tindika l-Kummissjoni, il-lista inkwistjoni tippreżenta r-riżultati tad-diskussjonijiet fi ħdan il-grupp ta’ ħidma li fih jiltaqgħu l-esperti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-ikel għandux jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (http://ec.europa.eu/food/safety/novel_food/catalogue/index_en.htm).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-leġiżlatur segwa l-istess kunsiderazzjonijiet sabiex jispeċifika d-definizzjoni ta’ ikel ġdid fir-Regolament 2015/2283, li jħassar ir‑Regolament Nru 258/97. Fil-fatt, l-Artikolu 3(2)(a)(i) ta’ dan ir-regolament jagħmel riferiment għall-ikel <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>bi struttura molekulari ġdida jew modifikata b’mod intenzjonali, meta din l-istruttura ma kinitx użata bħala ikel jew f’ikel fl-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nosserva li kemm mill-premessa 8<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Skont il-premessa 8 tal-imsemmi regolament, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar għandha, bħala prinċipju, tibqa’ identika għal dik tar-Regolament Nru 258/97.</P></NOTE> tar-Regolament 2015/2283 u kemm mill-fatt li l-Artikolu 3 tiegħu jirriproduċi l-istess data ta’ referenza bħal dik imsemmija fir-Regolament Nru 258/97, jiġifieri l-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, jirriżulta li l-leġiżlatur ma kellux l-intenzjoni li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament ġdid meta mqabbel ma’ dak tar-Regolament Nru 258/97.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, inqis li r-riferiment għall-ikel <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>bi struttura primarja molekulari ġdida<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fl-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 258/97, għandu jinftiehem fis-sens li jkopri s-sustanzi bi struttura molekulari li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, ma kinitx użata fl-Unjoni għall-finijiet ta’ ikel għall-konsum mill-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Infakkar li interpretazzjoni differenti twassal sabiex tiġi eskluża kategorija sħiħa ta’ ikel, jiġifieri l-ikel ġdid ikkostitwit minn sustanzi ta’ oriġini minerali, mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 258/97, esklużjoni li ddaħħal inkwistjoni n-natura ġenerali tal-leġiżlazzjoni u li toħloq ir-riskju li jiġi kompromess l-għan tagħha, jiġifieri li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Fid-dawl ta’ dan l-għan, ikun inammissibbli li s-sustanzi ta’ oriġini minerali li qatt ma jkunu ntużaw għall-ikel ikkonsmat mill-bniedem fl-Unjoni, b’differenza mis-sustanzi organiċi, ma jkunu suġġetti għal ebda evalwazzjoni tas-sigurtà qabel it-tqegħid fis-suq tagħhom fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva superjuri tal-Land ta’ Bayern) b’dan il-mod:</TXT><P>Il-kunċett ta’ ikel jew ta’ ingredjent ta’ ikel bi struttura primarja molekulari ġdida, previst fl-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19970127">27 ta’ Jannar 1997</DATE>, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, jinkludi sustanza ta’ oriġini minerali li teżisti b’mod naturali u li ma kienet suġġetta għal ebda proċess ta’ produzzjoni li jista’ jimmodifika l-istruttura molekulari tagħha, fil-każ li din l‑istruttura ma tkunx daħlet fil-kompożizzjoni ta’ ikel ikkonsmat fit-territorju tal-Unjoni qabel il-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>