|
8.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/1 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/11
tas-7 ta’ Jannar 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2012/105/UE) tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Awwissu 2012, il-Federazzjoni Russa ssieħbet fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-impenji tal-Federazzjoni Russa jinkludu l-kwoti tar-rati tariffarji għall-esportazzjoni ta’ tipi speċifikati ta’ injam koniferuż, li sehem minnu kien allokat għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-modalitajiet għall-amministrazzjoni ta’ dawk il-kwoti b’rati tariffarji huma stabbiliti fil-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa b’rabta mal-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim”) u fil-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont il-Ftehim (3) (“il-Protokoll”). Il-Ftehim u l-Protokoll ġew iffirmati fis-16 ta’ Diċembru 2011. Dawn ġew applikati provviżorjament mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2012/105/UE, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2012 (4) stabbilixxa r-regoli dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament ma jibqax japplika fid-data li fiha titlesta l-proċedura għall-konklużjoni tal-Protokoll. |
|
(3) |
Filwaqt li l-Ftehim u l-Protokoll ikomplu jiġu applikati b’mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom, l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 żvelat il-ħtieġa li jiġu emendati xi dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 għandu jiġi emendat sabiex ikun żgurat li fl-ewwel parti ta’ kull perjodu tal-kwota, id-drittijiet massimi ta’ importazzjoni ta’ importaturi tradizzjonali, għal kwalunkwe grupp ta’ prodotti, ma jkunux inqas minn dawk mogħtija lill-importaturi ġodda. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll, il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti hija bbażata fuq in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika applikata fir-Russja. L-Annessi I u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 jirreferu għall-kodiċijiet tariffarji rilevanti tal-prodotti koperti. Meta wieħed iqis li n-nomenklatura ġiet modifikata peress li l-Protokoll applika provviżorjament, hemm il-ħtieġa li dawn il-modifiki jiġu riflessi fl-Annessi biex jirriflettu n-nomenklatura tariffarja u statistika attwalment applikata fil-Federazzjoni Russa. L-Annessi I u II għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Injam stabbilit mid-Deċiżjoni 2012/105/UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 498/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja: “grupp ta’ prodotti” tfisser kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ prodotti koperti skont il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti taħt in-nomenklatura tariffarja u statistika applikata fil-Federazzjoni Russa, jiġifieri l-prinjol u l-arżnu. Il-kodiċijiet tariffarji rilevanti applikati fil-Federazzjoni Russa u n-Nomenklatura Magħquda (*1) (“NM”) u l-kodiċijiet TARIC korrispondenti huma mehmuża bħala l-Anness I. (*1) Li attwalment jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1776 (ĠU L 280, 31.10.2019, p. 1).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej: “1. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-limiti massimi applikabbli għal kull importatur tradizzjonali għall-perjodu tal-kwota suċċessiv f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Artikolu 6(2). Jekk il-limitu massimu kkalkolat ta’ importatur tradizzjonali għal grupp ta’ prodotti partikolari jkun inqas mil-limitu massimu ta’ 1,5 % tal-kwota tariffarja mogħtija lill-importaturi ġodda skont l-Artikolu 4(3), il-limitu massimu għall-importatur tradizzjonali kkonċernat jiġi stabbilit fil-livell ta’ 1,5 % tal-kwota tariffarja għal grupp ta’ prodotti rispettiv.”; |
|
(3) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(4) |
l-Anness III huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 498/2012 tat-12 ta’ Ġunju 2012 dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 152, 13.6.2012, p. 28).
ANNESS I
“ANNESS I
Kodiċijiet tariffarji rilevanti applikati fil-Federazzjoni Russa u kodiċijiet NM u TARIC kif imsemmija fl-Artikolu 2
|
|
Kodiċi NM |
Kodiċi TARIC |
Kodiċi tariffarju Russu |
Deskrizzjoni sħiha |
|
1. |
ex 4403 23 10 |
10 |
4403 23 110 0 |
Injam tal-prinjol tat-tip Picea abies Karst. jew żnuber ajbad (Abies alba Mill.), ta’ dijametru ta’ mhux inqas minn 15-il ċm iżda mhux aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m |
|
ex 4403 23 90 |
10 |
4403 23 190 0 |
||
|
2. |
ex 4403 23 10 |
10 |
4403 23 110 0 |
Injam tal-prinjol tat-tip Picea abies Karst. jew żuber ajbad (Abies alba Mill.), ta’ dijametru ta’ aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m |
|
ex 4403 23 90 |
10 |
4403 23 190 0 |
||
|
3. |
ex 4403 24 00 |
10 |
4403 24 100 0 |
Injam tal-prinjol tat-tip Picea abies Karst. jew żnuber ajbad (Abies alba Mill.), mhux maħdum, kemm bil-qoxra jew bil-lbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru fuq fuq, ta’ dijametru ta’ inqas minn 15-il ċm |
|
4. |
ex 4403 24 00 |
10 |
4403 24 100 0 |
Injam ieħor tal-prinjol tat-tip Picea abies Karst. jew żnuber abjad (Abies alba Mill.) |
|
5. |
ex 4403 21 10 |
10 |
4403 21 110 0 |
Injam tal-arżnu tat-tip Pinus sylvestris L., ta’ dijametru ta’ mhux inqas minn 15-il ċm iżda mhux aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m |
|
ex 4403 21 90 |
10 |
4403 21 190 0 |
||
|
6. |
ex 4403 21 10 |
10 |
4403 21 110 0 |
Injam tal-arżnu tat-tip Pinus sylvestris L., ta’ dijametru ta’ aktar minn 24 ċm, ta’ tul ta’ mhux inqas minn 1,0 m |
|
ex 4403 21 90 |
10 |
4403 21 190 0 |
||
|
7. |
ex 4403 22 00 |
10 |
4403 22 100 0 |
Injam tal-arżnu tat-tip Pinus sylvestris L. (mhux maħdum, kemm bil-qoxra jew bil-lbieba mneħħija jew le, jew maqtugħ kwadru fuq fuq,) ta’ dijametru ta’ inqas minn 15-il ċm |
|
8. |
ex 4403 22 00 |
10 |
4403 22 100 0 |
Injam ieħor tal-arżnu tat-tip Pinus sylvestris L. |
ANNESS II
“ANNESS III
Il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2)
|
Kodiċi Tariffarju Russu |
Koeffiċjent ta’ korrezzjoni |
|
4403 23 11 00 4403 23 19 00 4403 24 10 00 |
0,88 |
|
4403 21 11 00 4403 21 19 00 4403 22 10 00 |
0,87 |