<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-97/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0097</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:574">EU:C:2020:574</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20200716">16.7.2020</DATE> – Kawża C‑97/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Pfeifer &amp; Langen</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjonijiet doganali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi –– Reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Isem id-dikjarant</KEYWORD><KEYWORD>Emenda tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta</KEYWORD><KEYWORD>Rappreżentanza indiretta tal-persuna li kisbet ċertifikat ta’ importazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑97/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20190109">9 ta’ Jannar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20190208">8 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Pfeifer &amp; Langen GmbH &amp; Co. KG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Köln,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Awla, P. G. Xuereb u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Pfeifer &amp; Langen GmbH &amp; Co. KG, minn D. Ehle, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Köln, minn W. Liebe u E. Schmidt, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u C. S. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Clotuche-Duvieusart u B.‑R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20200225">25 ta’ Frar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Pfeifer &amp; Langen GmbH &amp; Co. KG u l-Hauptzollamt Köln (l-Uffiċċju Doganali Prinċipali ta’ Köln, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Uffiċċju Doganali Prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ir-rifjut minn dan tal-aħħar ta’ talba għal rettifika tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant li tinsab f’dikjarazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kodiċi Doganali tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080423">23 ta’ April 2008</DATE>, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20080624">24 ta’ Ġunju 2008</DATE>. Dan ir-regolament ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 528/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="165" PAGE.FIRST="62" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 165, p. 62</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kodiċi Doganali Modernizzat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 188 tal-Kodiċi Doganali Modernizzat, ċerti dispożizzjonijiet tiegħu kienu applikabbli mill-<DATE ISO="20080624">24 ta’ Ġunju 2008</DATE>, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħra kellhom ikunu applikabbli mhux iktar tard mill-1 ta’ ta’ Novembru 2013. Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 269, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="287" PAGE.FIRST="90" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 287, p. 90</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 267, p. 2</REF.DOC.OJ>), li daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="20131030">30 ta’ Ottubru 2013</DATE>, ipproċeda għat-tħassir tal-Kodiċi Doganali Modernizzat, iżda wkoll għat-tħassir tal-Kodiċi Doġanali, peress li wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kodiċi tal-aħħar baqgħu applikabbli sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20131101">1 ta’ Novembru 2013</DATE>. Għaldaqstant, mill-qari flimkien tal-Artikolu 286(2) u tal-Artikolu 288(2) tar-Regolament Nru 952/2013 jirriżulta li l-Kodiċi Doganali tħassar mil-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>. Konsegwentement, fid-dawl tad-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, il-Kodiċi Doganali jibqa’ applikabbli għall-kawża preżenti. Barra minn hekk, ebda dispożizzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzat applikabbli mill-<DATE ISO="20080624">24 ta’ Ġunju 2008</DATE> ma hija rilevanti għall-finijiet ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tmien premessa tal-Kodiċi Doganali kienet tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Billi fl-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat il-Kodiċi, għandha tittieħed l-akbar attenzjoni biex jiġu evitati kull qerq jew irregolarità li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-Estimi Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kodiċi, huma applikabbli definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dikjarazzjoni doganali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser att li bih persuna tindika bil-forma u mod preskritti xewqa li tqiegħed merkanzija taħt proċedura partikolari doganali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dikjarant<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser il-persuna li tkun qed tagħmel id-dikjarazzjoni doganali f’isimha proprju jew il-persuna li f’isimha tkun qed issir id-dikjarazzjoni doganali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan il-kodiċi kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 64(2) u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet adottati fi ħdan il-qafas ta’ l-Artikolu 243(2)(b), kull persuna tista’ taħtar rappreżentant fin-negozjati tagħha ma’ l-awtoritajiet doganali biex jesegwixxi l-atti u l-formalitajiet stipulati mir-regoli doganali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din ir-rappreżentazzjoni tista’ tkun:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>diretta, f’liema każ ir-rappreżentant għandu jaġixxi f’isem u għan-nom ta’ persuna oħra,</P></ITEM></LIST><P>jew</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>indiretta, f’liema każ ir-rappreżentant għandu jaġixxi f’ismu proprju iżda għan-nom ta’ persuna oħra.</P></ITEM></LIST><P>Stat Membru jista’ jirrestrinġi d-dritt li [fit-territorju tiegħu] jsiru dikjarazzjonijiet doganali:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>b’rappreżentazzjoni diretta, jew</P></ITEM><ITEM><P>b’rappreżentazzjoni indiretta,</P></ITEM></LIST><P>għalhekk ir-rappreżentant għandu jkun aġent doganali li jwettaq il-kummerċ tiegħu fit-territorju ta’ dak il-pajjiż.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Rappreżentant għandu jiddikjara li qed jaġixxi f’isem il-persuna li jirrappreżenta, jispeċifika jekk ir-rappreżentanza hix diretta jew indiretta u jkollu l-poter li jaġixxi bħala rappreżentant.</ALINEA><ALINEA>Persuna li tonqos milli tiddikjara li qed taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna oħra jew li tiddikjara li qed taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna oħra mingħajr ma tkun awtorizzata li tagħmel dan għandha titqies li qed taġixxi f’ismha proprju u għan-nom tagħha stess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lil kull persuna li tiddikjara li qed taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna oħra biex tipproduċi prova tal-poteri tagħha biex taġixxi bħala rappreżentant.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 64 tal-imsemmi kodiċi kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="064.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 5, dikjarazzjoni doganali tista’ ssir minn kull persuna li hija kapaċi tippreżenta l-merkanzija konċernata jew tara li tkun preżentata lill-awtorità kompetenti doganali, flimkien mad-dokumenti kollha li huma meħtieġa li jiġu prodotti għall-applikazzjoni tar-regoli li jamministraw il-proċedura doganali li fir-rigward tagħha ġiet dikjarata l-merkanzija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="064.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iżda,</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali timponi obligazzjonijiet partikolari fuq persuna speċifika, id-dikjarazzjoni għandha ssir minn dik il-persuna jew għan-nom tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65 tal-istess kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Id-dikjarazzjoni għandha, fuq talba tiegħu, tkun awtorizzata sabiex temenda waħda jew aktar mid-dettalji tad-dikjarazzjoni wara li tkun ġiet aċċettata mid-dwana. L-emenda m’għandux ikollha l-effett li tirrendi d-dikjarazzjoni applikabbli għal merkanzija ħlief dik li oriġinarjament kienet tkopri.</P><P>Iżda, ebda emenda m’għandha tiġi permessa meta l-awtorizzazzjoni tintbagħat wara li l-awtoritajiet doganali</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ikunu informaw lil min għamel id-dikjarazzjoni li bi ħsiebhom jeżaminaw il-merkanzija; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikunu stabbilew li d-dettalji konċernati m’humiex korretti; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ikunu ħelsu l-merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="066.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali għandhom, fuq talba ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni, jinvalidaw dikjarazzjoni diġà milqugħa meta min jagħmel id-dikjarazzjoni jippreżenta prova li merkanzija ġiet dikjarata bi żball għall-proċedura doganali koperta b’dik id-dikjarazzjoni jew li, b’riżultat ta’ ċirkostanzi speċjali, it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali li għaliha ġiet dikjarata m’għadux ġustifikat.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="066.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni m’għandhiex tiġi invalidata wara li l-merkanzija tkun ġiet meħlusa, ħlief f’każijiet definiti skond il-proċedura tal-kumitat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 74 ta’ dan il-kodiċi kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="074.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali toħloq dejn doganali, il-merkanzija koperta bid-dikjarazzjoni m’għandhiex tinħeles ħlief meta d-dejn doganali jkun ġie mħallas jew garantit. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="074.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn, skond id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali li għaliha l-merkanzija tkun ġiet dikjarata, l-awtoritajiet doganali jitolbu li tingħata garanzija, l-imsemmija merkanzija ma tinħelisx għall-proċedura doganali konċernata sakemm dik il-garanzija tiġi provduta.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 78 tal-imsemmi kodiċi kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="078.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom jew fuq talba ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni, jemendaw id-dikjarazzjoni wara l-ħelsien tal-merkanzija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali jistgħu, wara li jeħilsu l-merkanzija u sabiex jissodisfaw ruħhom li d-dettalji li jinsabu fid-dikjarazzjoni huma eżatti, jispezzjonaw id-dokumenti kummerċjali u data li għandha x’taqsam ma’ l-operazzjonijiet ta’ importazzjoni u esportazzjoni fir-rigward tal-merkanzija konċernata jew operazzjonijiet kummerċjali sussegwenti li jinvolvu dik il-merkanzija. Spezzjonijiet bħal dawk jistgħu jsiru fil-fond tad-dikjarant, ta’ kull persuna oħra direttament jew indirettament involuta f’dawk l-operazzjonijiet f’kapaċità kummerċjali jew ta’ kull persuna oħra li jkollha f’idejha d-dokument u d-data imsemmija għal skopijiet kummerċjali. Dawk l-awtoritajiet jistgħu ukoll jeżaminaw il-merkanzija meta jkun għadu possibbli li din tkun prodotta.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="078.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn reviżjoni tad-dikjarazzjoni jew eżami wara l-ħelsien tal-merkanzija jindika illi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta’ dwana involuta ġew applikati fuq il-bażi ta’ informazzjoni skorretta jew mhux sħiħa, l-awtoritajiet doganali għandhom, skond kull dispożizzjoni stipulata, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni, wara li tkun ikkunsidrata l-informazzjoni ġdida disponibbli għalihom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 201 tal-istess kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="201.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tal-ħelsien għal ċirkolazzjoni libera ta’ merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni, jew</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tat-tqegħid ta’ dawk il-merkanziji taħt proċedura ta’ importazzjoni temporanja b’eżenzjoni parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="201.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali konċernata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="201.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-debitur għandu jkun id-dikjarant. F’każ ta’ rappreżentazzjoni indiretta, il-persuna li għan-nom tagħha tkun saret id-dikjarazzjoni doganali għandha wkoll tkun debitur.</ALINEA><ALINEA>Fejn dikjarazzjoni doganali fir-rigward ta’ waħda mill-proċeduri li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 issir skond il-bażi ta’ informazzjoni li twassal sabiex id-dazji kollha legalment dovuti jew parti minnhom ma jinġabrux, il-persuni li jkunu pprovdew l-informazzjoni meħtieġa biex saret id-dikjarazzjoni u li kienu jafu, jew raġonevolment kellhom ikunu jafu li dik l-informazzjoni kienet falza, jistgħu wkoll jitqiesu bħala debituri skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="236.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur ta’ l-Artikolu 220(2).</ALINEA><ALINEA>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jintbagħtu sakemm jiġi stabbilit li meta kienu ddaħħlu fil-kontijiet l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut jew li dak l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bi ksur tal-Artikolu 220(2).</ALINEA><ALINEA>Ebda ħlas lura jew maħfra m’għandha tingħata meta l-fatti li wasslu għall-ħlas jew daħla fil-kontijiet ta’ ammont li ma kienx legalment dovut kienu r-riżultat ta’ azzjoni maħsuba mill-persuna involuta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="236.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jintbagħtu malli tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien tliet snin mid-data li fiha l-ammont ta’ dawk id-dazji kien ġie kkomunikat lid-debitur.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Fejn l-awtoritajiet doganali stess jiskopru matul dan il-perjodu li sitwazzjoni jew oħra deskritta fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 jeżistu, għandhom iħallsu lura jew jibagħtu l-flus fuq inizjattiva tagħhom stess.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>SC Zahărul Oradea SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Zahărul Oradea<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), li hija stabbilita fir-Rumanija, hija sussidjarja ta’ Pfeifer &amp; Langen. Hija kienet xtrat <FT TYPE="NUMBER">45000</FT> tunnellata zokkor tal-kannamieli mill-Brażil sabiex jiġi rraffinat fil-fabbrika ta’ Pfeifer &amp; Langen li tinsab f’Euskirchen (il‑Ġermanja), skont ftehim konkluż bejn din tal-aħħar u Zahărul Oradea. Ladarba jiġi rraffinat, iz-zokkor kellu jinbiegħ lil Pfeifer &amp; Langen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, l-awtoritajiet Rumeni kompetenti ħarġu ċertifikat ta’ importazzjoni lil Zahărul Oradea ta’ din il-kwantità ta’ zokkor tal-kannamieli. Skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, Zahărul Oradea għamlet mandat lil Pfeifer &amp; Langen sabiex tirrappreżentaha għall-finijiet ta’ dikjarazzjonijiet doganali relatati ma’ din l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120224">24 ta’ Frar 2012</DATE>, Pfeifer &amp; Langen iddikjarat lill-Uffiċċju Doganali Prinċipali, għar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera, f’isimha, kwantità parzjali ta’ <FT TYPE="NUMBER">499456</FT> kilogramma (kg) ta’ zokkor tal-kannamieli, intiż sabiex jiġi rraffinat. Fid-dikjarazzjoni doganali, hija rreferiet għaċ-ċertifikat ta’ importazzjoni ta’ Zahărul Oradea. Barra minn hekk, hija ppreżentat kopja tal-mandat mogħti minn Zahărul Oradea. L-Uffiċċju Doganali Prinċipali aċċetta d-dikjarazzjoni u, wara li rreġistra din il-kwantità ta’ zokkor tal-kannamieli fuq iċ-ċertifikat ta’ importazzjoni ppreżentat minn Pfeifer &amp; Langen, talab lil din tal-aħħar, b’applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa ta’ EUR 252.50 għal kull tunnellata, l-ammont ta’ EUR 126 113.65 f’ dazji doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ ittri tal-10 u tal-<DATE ISO="20130111">11 ta’ Jannar 2013</DATE>, Pfeifer &amp; Langen indirizzat lill-Uffiċċju Doganali Prinċipali sabiex titlob reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali ppreżentata fl-<DATE ISO="20120224">24 ta’ Frar 2012</DATE>, sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni li hija kienet għamlet l-imsemmija dikjarazzjoni bħala rappreżentanta indiretta ta’ Zahărul Oradea, peress li hija ma kinitx ċerta jekk setgħetx tibbenefika mir-rata mnaqqsa ta’ dazji għaz-zokkor tal-kannamieli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Uffiċċju Doganali Prinċipali talab lil Pfeifer &amp; Langen, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, l-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ EUR 83 158.41 f’dazji doganali. Dan l-ammont inkiseb billi ġiet applikata r-rata ta’ EUR 41.90 għal kull 100 kg provista għaz-zokkor tal-kannamieli li jinsab fis-subintestatura <FT TYPE="CN">17011490</FT> tan-Nomenklatura Magħquda. Insostenn ta’ din id-deċiżjoni, l-Uffiċċju Doganali Prinċipali indika li Pfeifer &amp; Langen ma kellhiex tibbenefika mir-rata mnaqqsa minħabba li ċ-ċertifikat ta’ importazzjoni kien inħareġ għal Zahărul Oradea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Pfeifer &amp; Langen opponiet din id-deċiżjoni billi bbażat ruħha fuq it-talba tagħha għal reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali tal-<DATE ISO="20120224">24 ta’ Frar 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Uffiċċju Doganali Prinċipali ċaħad l-imsemmija oppożizzjoni, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE>, minħabba li Pfeifer &amp; Langen kellha l-kwalità ta’ dikjarant billi fid-dikjarazzjoni doganali ma ppreċiżatx li hija kienet qiegħda taġixxi għal Zahărul Oradea, u konsegwentement, hija kienet ukoll debitriċi tad-dejn doganali. Skont din id-deċiżjoni, l-indikazzjoni tal-identità tad-dikjarant f’dikjarazzjoni doganali ma tistax, peress li huwa att proċedurali volontarju, tkun skorretta jew mhux sħiħa, u din hija r-raġuni għaliex ma tistax tinbidel sussegwentement. Ma huwiex wisq importanti, f’dan ir-rigward, li d-dikjarazzjoni doganali ta’ Pfeifer &amp; Langen ma kinitx koerenti b’teħid inkunsiderazzjoni tal-mandat ta’ Zahărul Oradea li tiegħu hija kienet ippreżentat kopja lill-Uffiċċju Doganali Prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Pfeifer &amp; Langen ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju. Permezz tar-rikors tagħha hija ssostni li d-dikjarazzjoni doganali tagħha għandha tiġi rrettifikata, b’tali mod li hija titqies li aġixxiet bħala rappreżentanta indiretta ta’ Zahărul Oradea. Ir-raġuni għaliex Pfeifer &amp; Langen ma inidikax li kienet qiegħda taġixxi bħala rappreżentanta indiretta ta’ Zahărul Oradea f’din id-dikjarazzjoni doganali, bil-kontra ta’ dak li kien inizjalment previst, hija sempliċement relatata mal-fatt li, skont Pfeifer &amp; Langen, ġie ikkomunikata lilha informazzjoni<?PAGE NO="7"?> skorretta minn uffiċjal tal-uffiċċju doganali. Din l-uffiċjal indikat, b’risposta għal domanda ta’ Pfeifer &amp; Langen, li hija kellha tagħmel id-dikjarazzjonijiet doganali f’isimha u għan-nom tagħha stess. Filwaqt li ppreżentat kopja tal-mandat li kien ingħatalha minn Zahărul Oradea, Pfeifer &amp; Langen sostniet madankollu s-setgħa ta’ rappreżentanza. Barra minn hekk, Pfeifer &amp; Langen issostni li l-għanijiet tal-proċedura doganali ma ġewx mhedda. Il-kundizzjonijiet għar-rilaxx taz-zokkor tal-kannamieli mill-uffiċċju doganali kienu ssodisfatti, fil-fehma tagħha, peress li hija kienet issottomettiet garanzija bankarja għad-dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Uffiċċju Doganali Prinċipali jsostni li Pfeifer &amp; Langen ma rċevitx l-allegata informazzjoni minn uffiċjali tad-dwana. Barra minn hekk, fil-fehma tiegħu, l-informazzjoni indikata minn Pfeifer &amp; Langen fid-dikjarazzjoni doganali tagħha ma kinitx żbaljata. Peress li Pfeifer &amp; Langen issottomettiet id-dikjarazzjoni doganali f’isimha, l-Uffiċċju Doganali Prinċipali jqis li hija akkwistat, b’mod validu, il-kwalità ta’ dikjarant u li hija rrinunzjat għall-intenzjoni tagħha li tipproċedi għad-dikjarazzjoni doganali bħala rappreżentanta indiretta, minkejja s-setgħa ta’ rappreżentanza li hija kellha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u fuq talba tad-dikjarant, reviżjoni u rettifika ta’ dikjarazzjoni doganali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’tali mod li, fil-kawża pendenti quddiemha, l-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant tista’ tiġi emendata biex b’hekk turi r-relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta eżistenti bejn Zahărul Oradea u Pfeifer &amp; Langen. F’dan ir-rigward, hija tirrileva li l-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni doganali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li b’applikazzjoni tagħha Pfeifer &amp; Langen tqieset bħala d-dikjarant mingħajr ma ssemmiet ir-relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta għan-nom ta’ Zahărul Oradea, tirriżulta minn żball ta’ interpretazzjoni tad-dritt applikabbli. Barra minn hekk, hija tqis li rettifika ma theddidx l-għanijiet tal-proċedura doganali kkonċernata u li Pfeifer &amp; Langen ipproduċiet biżżejjed provi li juru li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali kkonċernata ġew applikati abbażi ta’ informazzjoni skorretta u mhux sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, madankollu, jekk tali interpretazzjoni tal-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali hijiex possibbli, inkwantu l-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) kif ukoll il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja) qiesu, f’sentenzi reċenti, li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tistax twassal sabiex persuna oħra li ma hijiex dik indikata fid-dikjarazzjoni doganali tkun tista’ titqies li hija d-dikjarant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-Artikolu 78(3) [tal-Kodiċi Doganali] għandu jiġi interpretat fis-sens li, skont din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hemm lok li tiġi vverifikata u rrettifikata dikjarazzjoni doganali b’tali mod li l-informazzjoni dwar id-dikjarant tiġi ssostitwita bir-riferiment għall-persuna li lilha nħareġ ċertifikat ta’ importazzjoni għall-merkanzija importata u li din il-persuna hija rrappreżentata mill-persuna li kienet ġiet indikata fid-dikjarazzjoni doganali bħala dikjarant u li ppreżentat lill-uffiċċju doganali mandat tad-detentur taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju, minkejja li Pfeifer &amp; Langen kienet irċeviet mandat sabiex tirrappreżenta lil Żahărul Oradea għall-finijiet tat-twettiq tal-proċedura doganali u li hija kienet ippreżentat dan il-mandat lill-awtoritajiet doganali meta għamlet id-dikjarazzjoni doganali, hija naqset milli tindika f’din<?PAGE NO="8"?> id-dikjarazzjoni li hija kienet qiegħda tirrappreżenta lil Zahărul Oradea. Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, Pfeifer &amp; Langen titlob ir-reviżjoni tal-imsemmija dikjarazzjoni b’tali mod li tintwera r-relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta bejnha u Zahărul Oradea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali jistgħu jilqgħu t-talba għal reviżjoni ta’ dikjarazzjoni doganali intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta bejn, minn naħa, mandatarja li, bi żball, indikat li kienet qiegħda taġixxi esklużivament f’isimha u għan-nom tagħha stess, minkejja li kellha mandat tal-persuna fil-pussess taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni, u, min-naħa l-oħra, il-mandant li għan-nom tiegħu saret id-dikarazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali jistabbilixxi proċedura li tippermetti lill-awtoritajiet doganali jipproċedu, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba tad-dikjarant, għal reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali wara r-rilaxx tal-merkanzija koperta b’din id-dikjarazzjoni, jiġifieri wara li din id-dikjarazzjoni tkun saret (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tigers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:754">EU:C:2017:754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li, meta d-dikjarant jitlob reviżjoni tad-dikjarazzjoni tiegħu, it-talba tiegħu għandha tiġi eżaminata mill-awtoritajiet doganali, mill-inqas sabiex ikun magħruf jekk hemmx bżonn li ssir tali reviżjoni jew le, u li t-twettiq ta’ reviżjoni mitluba mid-dikjarant huwa għalhekk suġġett għall-evalwazzjoni tal-awtoritajiet doganali kemm f’dak li jirrigwarda l-prinċipju tagħha kif ukoll ir-riżultat tagħha. L-imsemmija awtoritajiet għandhom, għal dan il-għan, setgħa diskrezzjonali wiesgħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Südzucker <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑608/10, C‑10/11 u C‑23/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:444">EU:C:2012:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-possibbiltà li jivverifikaw il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet li hemm fid-dikjarazzjoni li għandha tiġi rriveduta u fit-talba għal reviżjoni. Jekk reviżjoni tidher, fil-prinċipju, li hija possibbli, l-awtoritajiet doganali għandhom jew jiċħdu t-talba tad-dikjarant permezz ta’ deċiżjoni motivata, jew jipproċedu sabiex iwettqu r-reviżjoni mitluba (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Südzucker <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑608/10, C‑10/11 u C‑23/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:444">EU:C:2012:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Jekk din ir-reviżjoni jew dawn il-verifikazzjonijiet jiżvelaw li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura doganali kkonċernata ġew applikati fuq il-bażi ta’ informazzjoni skorretta u mhux sħiħa, l-awtoritajiet doganali għandhom, konformement mal-imsemmi Artikolu 78(3), jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jirregolaw is-sitwazzjoni billi jieħdu inkunsiderazzjoni elementi ġodda li huma jkollhom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tigers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:754">EU:C:2017:754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-Artikolu 78 kollu tal-Kodiċi Doganali jirriżulta li huwa permess li jiġu ppreżentati elementi ġodda li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet doganali, u dan sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali. Fil-fatt, l-istruttura ta’ dan l-artikolu tikkonsisti li tallinja l-proċedura doganali mas-sitwazzjoni reali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tigers</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:754">EU:C:2017:754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għandu jiġi ddeterminat jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi jippermettix lill-awtoritajiet doganali jipproċedu għal emenda tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant, u b’mod iktar partikolari li tindika l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta bejn id-dikjarant u l-persuna li tkun tagħtu l-mandat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet intiżi permezz tal-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Thomas Philipps</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:468">EU:C:2016:468</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191121">21 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Procureur-Generaal bij de Hoge Raad der Nederlanden</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑678/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:998">EU:C:2019:998</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, il-kliem tal-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali, għandu jitfakkar li l-formulazzjoni ta’ dan l-artikolu ma tipprekludix id-dritt tal-awtoritajiet doganali la li jipproċedu għal reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali, fis-sens tal-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu, jew għal verifika sussegwenti għaliha, fis-sens tal-paragrafu 2 tiegħu, u lanqas li jadottaw miżuri neċessarji sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni fis-sens tal-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Veloserviss</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑427/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:803">EU:C:2015:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll li dan l-artikolu ma jistabbilixxix distinzjoni bejn żbalji jew omissjonijiet li jistgħu jiġu kkoreġuti u sitwazzjonijiet oħra ta’ dan it-tip li ma jistgħux. Il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>informazzjoni skorretta jew mhux sħiħa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> għandu jiġi interpretat bħala li jkopri kemm żbalji jew omissjonijiet materjali kif ukoll żbalji ta’ interpretazzjoni tad-dritt applikabbli (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>VAEX Varkens- en Veehandel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2296">EU:C:2014:2296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, it-tieni nett, il-kuntest li fih tidħol din id-dispożizzjoni, għandu jiġi kkonstatat li ebda dispożizzjoni ta’ dan il-kodiċi ma tipprojbixxi li dawn l-elementi tad-dikjarazzjoni doganali, bħall-informazzjoni li tirrigwarda l-identità tad-dikjarant, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta, jistgħu jiġu emendati abbażi tal-Artikolu 78(3) tal-imsemmi kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument imressaq mill-Uffiċċju Doganali Prinċipali u l-Gvern Olandiż, dwar il-fatt li l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali jagħmel parti mit-Titolu IV ta’ dan tal-aħħar, relatat mat-trattament jew użu approvat mid-dwana, filwaqt li d-dispożizzjonijiet relatati mal-identità tad-dikjarant jagħmlu parti mit-Titolu I ta’ dan il-kodiċi, relatat mad-dispożizzjonijiet ġenerali, għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, din iċ-ċirkustanza ma tippermettix li jiġi eskluż li l-awtoritajiet doganali jistgħu jipproċedu għar-reviżjoni tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant li tkun ġiet indikata fid-dikjarazzjonijiet doganali, billi tintwera l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta, sabiex tiġi rregolarizzata, jekk ikun il-każ, is-sitwazzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’dan ir-rigward, li dikjarazzjonijiet relatati mal-valur tal-merkanzija jistgħu jiġu emendati f’ċerti ċirkustanzi minkejja li d-dispożizzjonijiet dwar dan il-valur kienu miżjuda taħt it-Titolu II tal-Kodiċi Doganali, u mhux it-Titolu IV tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Overland Footwear</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑468/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:624">EU:C:2005:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bil-kontra tal-argument imressaq mill-Uffiċċju Doganali Prinċipali u l-Gvern Olandiż, l-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali li jikkonċerna l-invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali ma jipprekludix tali reviżjoni. Fil-fatt, il-proċedura ta’ invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali, li l-kundizzjonijet tagħha huma ppreċiżati fl-imsemmi artikolu, hija applikabbli biss f’żewġ sitwazzjonijiet, jiġifieri meta d-dikjarant jipproduċi prova li l-merkanzija ġiet iddikjarata bi żball għall-proċedura doganali li tikkorrispondi għal din id-dikjarazzjoni jew meta, minħabba ċirkustanzi partikolari, it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali li għaliha ġiet iddikjarata ma jkunx għadu ġġustifikat. Fil-każ ta’ invalidazzjoni, id-dejn doganali riżultanti mid-dikjarazzjoni invalidata huwa eliminat. Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 66 jippreċiża, barra minn hekk, li dikjarazzjoni ma tistax, fil-prinċipju, tiġi invalidata wara r-rilaxx tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’differenza mill-imsemmi Artikolu 66, l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali jinvolvi sempliċement ir-reviżjoni ta’ dikjarazzjoni eżistenti u ma għandux l-effett li jirrendi lil din id-dikjarazzjoni jew id-dejn li jirriżulta minnha inoperanti. Barra minn hekk, dan l-artikolu tal-aħħar ma japplikax ħlief għat-talbiet ta’ reviżjoni mressqa wara r-rilaxx tal-merkanzija, jiġifieri fi stadju fejn ma jkunx iktar possibbli li tiġi vverifikata l-eżattezza tal-informazzjoni li tikkonċerna l-merkanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Südzucker <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑608/10, C‑10/11 u C‑23/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:444">EU:C:2012:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li s-sempliċi fatt li verifika fiżika tal-merkanzija qabel l-esportazzjoni tagħha tkun saret impossibbli, peress li din il-merkanzija tkun diġà telqet mit-territorju tal-Unjoni Ewropea fid-data li titressaq din it-talba għal reviżjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, ma jimplikax li jkun impossibbli li ssir tali reviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi kkonstatat li emenda tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant b’tali mod li tirrifletti l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta, ma hijiex paragunabbli ma’ emenda tal-informazzjoni li tirrigwarda n-natura u l-karatteristiċi tal-merkanzija, li dwar dan il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fis-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Overland Footwear</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑468/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:624">EU:C:2005:624</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw li jipproċedu għal reviżjoni meta l-elementi li jkollhom bżonn jiġu vverifikati jkunu jeħtieġu verifika fiżiku u li wara r-rilaxx tal-merkanzija, din ma tkunx tista’ iktar tiġi ppreżentata lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali jista’ jkun applikabbli għal sitwazzjoni fejn il-mandatarju jkun f’pożizzjoni, inkuż wara r-rilaxx tal-merkanzija, li jippreżenta l-mandat li bih ikunu ingħatawlu struzzjonijiet sabiex jippreżenta d-dikjarazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, it-tielet nett, l-għan imfittex mill-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali, għandu jitfakkar, hekk kif ġie enfasizzat fil-punt 32 tas-sentenza preżenti, li dan jikkonsisti fl-allinjament tal-proċedura doganali mas-sitwazzjoni reali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu madankollu jiġi żgurat li r-reviżjoni mitluba ma tkunx tista’ tikkomprometti l-għanijiet l-oħra tal-leġiżlazzjoni doganali, li fosthom jinsab l-għan tal-ġlieda kontra l-frodi, bħalma jirriżulta mit-tmien premessa tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta r-reviżjoni tirrivela li l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma ġewx mhedda, b’mod partikolari sa fejn il-merkanzija li tkun is-suġġett ta’ dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tkun ġiet effettivament esportata u provi suffiċjenti għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jkunu jippermettu li tiġi stabbilita r-rabta bejn il-kwantità esportata u ċ-ċertifikat li effettivament ikopri l-esportazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom, skont l-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni b’teħid inkunsiderazzjoni tal-provi li huma jkollhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>VAEX Varkens- en Veehandel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑387/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2296">EU:C:2014:2296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-qorti tar-rinviju tidher li twarrab l-ipoteżi ta’ abbuż ta’ dritt. Fil-fatt mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni doganali ma hijiex konformi ma’ dik tal-mandat li ġie ppreżentat mid-dikjarant meta ġiet issottomessa d-dikjarazzjoni doganali u li s-setgħa ta’ rappreżentanza li din kellha permezz ta’ dan il-mandat ġiet prodotta fil-ħin, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tal-Kodiċi Doganali. Barra minn hekk, mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju jirriżulta wkoll li l-merkanzija ġiet effettivament importata għad-detentriċi taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni, jiġifieri Zahărul Oradea, u li, Pfeifer &amp; Langen fir-realtà ssottomettiet id-dikjarazzjoni doganali biss għan-nom ta’ Zahărul Oradea, filwaqt li pproduċiet il-mandat diġà mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda r-riskju ta’ frodi, għandu jiġi rrilevat, bħalma jagħmel l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-emenda tad-dikjarazzjoni intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta ta’ Zahărul Oradea minn Pfeifer &amp; Langen, sabiex Zahărul Oradea tkun tista’ tibbenefika minn tariffa preferenzali fuq l-importazzjoni jew rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ma tagħti ebda vantaġġ indebitu lil din il-persuna, iżda sempliċement tippermettilha li tibbenefika minn vantaġġ li għalih kien ikollha dritt kieku, mill-bidu nett, kien ġie indikat f’din id-dikjarazzjoni li Pfeifer &amp; Langen kienet aġixxiet għan-nom tal-imsemmija persuna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 66 <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <HT TYPE="ITALIC">seq</HT>. tal-konklużjonijiet tiegħu, dispożizzjonijiet oħra tal-Kodiċi Doganali jillimitaw kunsiderevolment ir-riskju ta’ frodi marbut mal-emenda tal-indikazzjonijiet relatati mal-identità tad-dikjarant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 74(1) tal-Kodiċi Doganali jippreċiża li d-dejn doganali għandu jitħallas jew jiġi ggarantit qabel ma jsir ir-rilaxx tal-merkanzija inkwistjoni. Sa fejn l-Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi japplika wara r-rilaxx tal-merkanzija u, konsegwentement, wara l-ħlas tad-dejn doganali jew wara l-għoti ta’ garanzija għalih, l-emenda tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant ma għandhiex impatt fuq l-eżistenza tar-riskju li d-dejn doganali ma jitħallasx. Dan huwa iktar il-każ peress li, kif jirriżulta mill-qari flimkien tal-punt 18 tal-Artikolu 4, tal-Artikolu 5(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 201(3) ta’ dan il-kodiċi, emenda ta’ din l-informazzjoni sabiex tintwera l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta jkollha l-effett li tirrendi debitriċi ta’ dan id-dejn mhux biss lill-persuna li inizjalment tkun ipproċediet, f’isimha u għan-nom tagħha stess, għad-dikjarazzjoni doganali iżda wkoll lill-persuna indirettament irrappreżentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Sussegwentement, għal dak li jikkonċerna importazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(3) tal-Kodiċi Doganali jipprevedi li, meta dikjarazzjoni doganali ssir abbażi ta’ informazzjoni skorretta, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>il-persuni li jkunu pprovdew l-informazzjoni meħtieġa biex saret id-dikjarazzjoni u li kienu jafu, jew raġonevolment kellhom ikunu jafu li dik l-informazzjoni kienet falza, jistgħu wkoll jitqiesu bħala debituri skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Peress li l-persuna li tkun inizjalment ipproċediet, f’isimha u għan-nom tagħha stess, għad-dikjarazzjoni doganali tkun neċessarjament ipprovdiet partijiet mill-informazzjoni msemmija fid-dikjarazzjoni, din tista’ titqies ukoll li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>debitur<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> is-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tad-dejn doganali jekk din l-informazzjoni tirriżulta li hija skorretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li l-maħfra jew ir-rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni lid-dikjarant il-ġdid huma suġġetti għall-fatt li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali, jiġifieri, b’mod partikolari, assenza ta’ azzjoni mid-dikjarant u l-osservanza ta’ terminu ta’ tliet snin għas-sottomissjoni tat-talba għal maħfra jew għal rimbors, ikunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li r-raġuni li għaliha r-rikorrenti fil-kawża prinċipali indikat li aġixxiet f’isimha u għan-nom tagħha meta ssottomettiet id-dikjarazzjoni doganali, filwaqt li fl-istess waqt ipprovdiet mandat li permezz tiegħu, fl-opinjoni tagħha, hija kellha titqies li kienet ir-rappreżentanta indiretta ta’ Zahărul Oradea, tirriżulta minn żball ta’ interpretazzjoni tad-dritt applikabbli għat-tlestija tal-formalitajiet doganali, u mhux għażla deliberata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Hekk kif diġà ġie rrilevat fil-punt 36 tas-sentenza preżenti, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>żball<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ma jkoprix biss l-iżbalji materjali, iżda wkoll l-omissjonijiet mhux intenzjonali kif ukoll kull dikjarazzjoni li ma tkunx osservat regola doganali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>CEVA Freight Holland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:587">EU:C:2019:587</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 5(4) tal-Kodiċi Doganali jeżiġi li s-setgħa ta’ rappreżentanza tkun diġà stabbilita qabel ma tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni doganali. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-persuni li ma jiddikjarawx is-setgħa tagħhom ta’ rappreżentanza jiġu meqjusa li qegħdin jaġixxu f’isimhom proprju u għan-nom tagħhom stess. Għaldaqstant, ir-rappreżentanza għandha tkun espressa u mhux preżunta (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>Sony Supply Chain Solutions (Europe)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑153/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:224">EU:C:2011:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Hekk kif tosserva l-Kummissjoni Ewropea, l-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(4) ta’ dan il-kodiċi, b’mod partikolari l-obbligu ta’ komunikazzjoni espliċita tas-setgħa ta’ rappreżentanza li jipprevedi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li Pfeifer &amp; Langen irċeviet mandat minn Zahărul Oradea li hija ppreżentat fil-ħin, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tal-Kodiċi Doganali, jiġifieri matul is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-merkanzija ġiet effettivament importata għad-detentriċi taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni, Zahărul Oradea, u li l-awtoritajiet doganali rreġistraw il-kwantità importata fuq dan iċ-ċertifikat ta’ importazzjoni. Għaldaqstant, fil-verità, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssottomettiet id-dikjarazzjoni doganali biss għan-nom ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali jistgħu jilqgħu talba għal reviżjoni ta’ dikjarazzjoni doganali intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta bejn, minn naħa, mandatarju li, bi żball, ikun indika li qiegħed jaġixxi esklużivament f’ismu u għan-nom tiegħu stess, minkejja li kellu mandat mill-persuna fil-pussess taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-mandant li għan-nom tiegħu saret id-dikjarazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE> li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali jistgħu jilqgħu talba għal reviżjoni ta’ dikjarazzjoni doganali intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta bejn, minn naħa, mandatarju li, bi żball, ikun indika li qiegħed jaġixxi esklużivament f’ismu u għan-nom tiegħu stess, minkejja li kellu mandat mill-persuna fil-pussess taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-mandant li għan-nom tiegħu saret id-dikjarazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P><IE/></P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>