|
20.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 372/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1838
tat-18 ta’ Ottubru 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/824 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, fil-kapaċità tiegħu bħala president tal-Bord taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) huwa aġenzija tal-Unjoni, affiljat mal-Organizzazzjonijiet Koordinati. Fid-dawl tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li r-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea kif adottati mill-Kunsill fil-15 ta’ Mejju 2017 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/824 (2) (ir-“Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN”) jiġu allinjati mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3), kif ukoll mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (4). B’mod partikolari, ir-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN jenħtieġ li jipprevedu l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tiddeċiedi dwar tilwim bejn is-SATCEN u l-membri tal-persunal tiegħu bl-istess mod bħal f’tilwim bejn kwalunkwe uffiċjal tal-Unjoni u min iħaddmu/iħaddimha. |
|
(2) |
Il-Bord tas-SATCEN, fuq proposta mid-Direttur tas-SATCEN, fassal emendi għar-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN għall-adozzjoni mill-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/824 hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fil-Kapitolu VIII, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appelli” |
|
(2) |
L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 28 Appelli “1. Kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista’ titlob lid-Direttur biex jieħu deċiżjoni relatata magħha rigward kwistjonijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. Id-Direttur għandu jinnotifika lill-persuna kkonċernata dwar id-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha tkun saret it-talba. Jekk, fit-tmiem ta’ dak il-perijodu, ma jkunx hemm tweġiba għat-talba, dan għandu impliċitament ifisser li t-talba tkun inċaħdet, u kontra dan jista’ jitressaq ilment skont il-paragrafi li ġejjin. 2. Kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista’ tippreżenta lid-Direttur ilment kontra att li jaffettwaha ħażin, jew fejn id-Direttur ikun ħa deċiżjoni jew inkella fejn naqas milli jadotta miżura preskritta minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-ilment għandu jkun ippreżentat fi żmien tliet xhur. Dak il-perijodu għandu jibda jiddekorri:
3. Id-Direttur għandu jinnotifika lill-persuna kkonċernata dwar id-deċiżjoni motivata tiegħu fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha jkun sar l-ilment. Jekk, fit-tmiem ta’ dak il-perijodu, ma tkun ġiet riċevuta l-ebda tweġiba għall-ilment, dan għandu impliċitament ifisser li t-talba tkun inċaħdet, u kontra dan jista’ jitressaq appell skont il-paragrafu 5. Fil-każ ta’ tweġiba negattiva, il-membru tal-persunal jista’ jitlob għall-medjazzjoni. Tali medjazzjoni mhijiex mandatorja. 4. Id-Direttur għandu jaħtar medjatur għal perijodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded. Il-medjatur għandu jkun espert legali kwalifikat u indipendenti. Huwa għandu jirċievi mingħand id-Direttur u l-membru tal-persunal ikkonċernat id-dokumenti kollha li huwa jqis meħtieġa għall-eżami tal-każ. Huwa għandu jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun ġie inkarigat bil-każ. Dawk il-konklużjonijiet m’għandhom ikunu vinkolanti la fuq id-Direttur u lanqas fuq il-membru tal-persunal. L-ispejjeż tal-medjazzjoni għandhom jitħallsu mis-SATCEN jekk il-konklużjonijiet jiġu miċħuda mid-Direttur; 50 % tal-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-membru tal-persunal jekk ikun huwa li jiċħad li jaċċetta s-sejbiet. 5. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-‘Qorti tal-Ġustizzja’) għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwalunkwe tilwima bejn is-SATCEN u kwalunkwe persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-legalità ta’ att li jkun jaffettwa ħażin tali persuna skont it-tifsira tal-paragrafu 2. F’tilwim ta’ natura finanzjarja, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni bla limitu. Il-membri tal-persunal jistgħu jressqu appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, soġġett għal li ġejjin.
|
|
(3) |
L-Anness X jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fl-1 ta’ Novembru 2021. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 188, 27.6.2014, p. 73.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/824 tal-15 ta’ Mejju 2017 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 123, 16.5.2017, p. 7).
(3) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1351 tal-4 ta’ Awwissu 2016 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/676/KE (ĠU L 219, 12.8.2016, p. 1).