Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU III - KOMPETENZI TA' L-UNJONI - Artikolu I-14
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0016 - 0016
Artikolu I-14 Oqsma ta' kompetenza kondiviża 1. L-Unjoni għandha kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri fejn il-Kostituzzjoni tikkonferixxi lilha kompetenza li ma tirrigwardax l-oqsma previsti fl-Artikoli I-13 u I-17. 2. Kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tapplika fl-oqsma prinċipali li ġejjin: a) is-suq intern; b) il-politika soċjali, għall-aspetti definiti fil-Parti III; ċ) il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; d) l-agrikoltura u s-sajd, eskluża l-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; e) l-ambjent; f) il-protezzjoni tal-konsumatur; g) it-trasport; h) ir-rettikolati trans-Ewropej; i) l-enerġija; j) l-oqsma ta' libertà, ta' sigurtà u ta' ġustizzja; k) l-interessi komuni ta' sigurtà f'materji ta' saħħa pubblika, għall-aspetti definiti fil-Parti III. 3. Fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Unjoni għandha l-kompetenza biex twettaq attivitajiet, b'mod partikolari li tiddefinixxi u timplimenta programmi; iżda, l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza m'għandux iwassal biex iżomm lill-Istati Membri mill-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom. 4. Fl-oqsma tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja, l-Unjoni għandha l-kompetenza biex twettaq attivitajiet u tikkonduċi politika komuni; iżda, l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza m'għandux iwassal biex iżomm lill-Istati Membri mill-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom. --------------------------------------------------