<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-796/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0796</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:47">EU:C:2020:47</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez-Bordona — Kawża C-796/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fid‑<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-796/18</HT></P><P>Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung (ISE) mbH</P><P>vs</P><P>Stadt Köln,</P><P>bl-intervent ta’:</P><P>Land Berlin</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri Ċivili u Kriminali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/24/UE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ kuntratt bi ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni orizzontali bejn awtoritajiet kontraenti</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer ta’ koordinazzjoni tal-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ kooperazzjoni għall-aġġornament u l-iżvilupp tas-softwer</KEYWORD><KEYWORD>Attività aċċessorja għas-servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni li terzi jitqiegħdu f’pożizzjoni pprivileġġata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-ewwel regoli Ewropej dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jmorru lura għas-snin sebgħin. Minn dak iż-żmien ’l hawn, segwew diversi dispożizzjonijiet sakemm fl-2014 ġew adottati tliet testi bil-ħsieb li jiġi rregolat dan il-qasam f’kull aspett tiegħu: id-Direttiva 2014/24/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 275, p. 68</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (li fuq l-interpretazzjoni tagħha jibbaża ruħu dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari), id-Direttiva 2014/23/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 114, p. 24</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 82, p. 17</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u d-Direttiva 2014/25/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="243" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 243</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttivi tal-2014, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ammettiet li r-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ma kinux japplikaw, bħala prinċipju, meta, f’ċerti kundizzjonijiet:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>awtorità kontraenti tqiegħed taħt il-kontroll ta’ persuna ġuridika t-twettiq ta’ ċerti xogħlijiet, mingħajr ma jsir rikors għal entitajiet esterni oħra (kooperazzjoni <HT TYPE="ITALIC">vertikali</HT> jew għotja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/><HT TYPE="ITALIC">in-house</HT><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>); jew</P></ITEM></LIST></P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>żewġ awtoritajiet kontraenti jikkollaboraw flimkien sabiex jiggarantixxu t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku komuni għat-tnejn li huma (kooperazzjoni <HT TYPE="ITALIC">orrizontali</HT>).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan it-tieni tip ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet ħolqot ċertu nuqqas ta’ ċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ikkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>konsiderevoli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> fil-premessa 31 tad-Direttiva 2014/24. F’din l-istess premessa jiġi affermat li l-ġurisprudenza f’dan il-qasam <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></NOTE>, li d-Direttiva 2014/24 ipprovat tneħħi. Miniex ċert jekk dak it-tentattiv kellux l-eżitu mistenni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fit-tilwima li tat lok għal din id-domanda preliminari, kumpannija (Informatikgesellschaft für Software-Entwicklung; iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ISE<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) tikkontesta quddiem il-qorti tar-rinviju l-ftehimiet konklużi bejn il-belt ta’ Köln u l-Land ta’ Berlin, li bis-saħħa tagħhom dan tal-aħħar qiegħed għad-dispożizzjoni lil tal-ewwel programm tal-kompjuter għall-ġestjoni tal-interventi tal-korp tiegħu tat-tifi tan-nar, liema kuntratt jinkludi ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ amministrazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tixtieq risposta, fuq kollox, dwar jekk ir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti li taw lok għal dan il-kontenzjuż tinsabx jew le fil-marġini tar-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi tad-Direttiva 2014/24. Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-opportunita’ li tikkompleta l-ġurisprudenza preċedenti tagħha, anki jekk fid-dawl ta’ dispożizzjoni ġdida (l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24) li dwaru, sa issa, sakemm miniex sejjer żball, ma ngħatat ebda sentenza.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni 1. Id-Direttiva 2014/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tiddikjara:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[…] xejn f’din id-Direttiva ma jobbliga lill-Istati Membri li għandhom jagħtu b’kuntratt jew jesternalizzaw il-forniment ta’ servizzi li jixtiequ jipprovdu huma stess jew li jorganizzaw b’mezzi oħra minbarra l-kuntratti pubbliċi skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fil-premessa 31 huwa pprovdut kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Hemm inċertezza legali konsiderevoli dwar sa fejn il-kuntratti konklużi bejn entitajiet fis-settur pubbliku għandhom ikunu koperti bir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużi fi ħdan is-settur pubbliku mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.</P><P>Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet pubbliċi huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi biex iwettqu l-kompiti pubbliċi ta’ servizzi kkonferiti lilhom billi jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom li tinkludi l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn.</P><P>Għandu jiġi żgurat li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tirriżultax f’distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi privati peress li hi tpoġġi lill-fornitur privat ta’ servizzi f’pożizzjoni ta’ vantaġġ vis-à-vis il-kompetituri tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 33:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jipprovdu b’mod konġunt is-servizzi pubbliċi tagħhom permezz ta’ kooperazzjoni mingħajr ma jkunu obbligati jużaw kwalunkwe forma legali partikolari. Tali kooperazzjoni tista’ tkopri t-tipi kollha ta’ attivitajiet relatati mat-twettiq tas-servizzi u r-responsabbiltajiet li l-awtoritajiet parteċipanti jiġu assenjati jew jassumu, bħal kompiti obbligatorji jew voluntarji tal-awtoritjiet lokali jew reġjonali jew servizzi konferiti lil korpi speċifiċi permezz tal-liġi pubblika. Is-servizzi pprovduti mill-awtoritajiet parteċipanti diversi mhux neċessarjament għandhom ikunu identiċi; jistgħu jkunu wkoll kumplimentari.</P><P>Kuntratti għall-provvista konġunta ta’ servizzi pubbliċi ma għandhomx ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva dment li jkunu konklużi esklussivament bejn awtoritajiet kontraenti, li l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni tkun regolata biss minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku u li l-ebda fornitur tas-servizzi privat ma jitqiegħed f’pożizzjoni ta’ vantaġġ vis-à-vis il-kompetituri tiegħu.</P><P>Sabiex jiġu sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet, il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kunċett ta’ kooperazzjoni. Tali kooperazzjoni ma tirrikjedix li l-awtoritajiet parteċipanti kollha jassumu t-twettiq tal-obbligi kuntrattwali ewlenin, sakemm ikun hemm impenji għall-kontribuzzjoni lejn twettiq kooperattiv tas-servizz pubbliku inkwistjoni. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni, inkluż kwalunkwe trasferiment finanzjarju bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, għandhom ikunu regolati biss b’kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(4) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, x’jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawk is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom. Bl-istess mod, din id-Direttiva ma taffettwax id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi jekk, kif u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess skont l-Artikolu 14 TFUE u l-Protokoll Nru 26.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-punt 5 tal-Artikolu 2(1) jiddefinixxi l-kuntratti pubbliċi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[…] kuntratti b’titolu oneruż konklużi bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala s-suġġett tagħhom l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(4) (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kuntratt konkluż b’mod esklussiv bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti bil-għan li jiżgura li s-servizzi pubbliċi li għandhom iwettqu huma mogħtija biex jiksbu l-objettivi li għandhom komuni bejniethom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hi rregolata unikament minn konsiderazzjonijiet li jirrigwardaw l-interess pubbliku; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jwettqu fis-suq miftuħ inqas minn 20 % tal-attivitajiet ikkonċernati mill-kooperazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) jikkonstata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.</ALINEA><ALINEA>It-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni għandha titqies bħala artifiċjalment imnaqqsa meta d-disinn tal-akkwist isir bl-intenzjoni li jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 91c(1) tal-Kostituzzjoni Ġermaniża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-Federazzjoni u l-Länder jistgħu jikkooperaw għall-ippjanar, il-ħolqien u l-ġestjoni tas-sistemi informatiċi meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 108 tal-Gesetz gegen Wettbewerbsbeschränkungen (il-Liġi kontra l-Kompetizzjoni Żleali; iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>GWB<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) jirriproduċi l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Riżoluzzjonijiet ta’ Kiel<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, adottati fl-1979, amministrazzjoni pubblika tista’ tittrasferixxi softwer żviluppat jew akkwistat (minnha stess jew f’isimha) lil amministrazzjonijiet pubbliċi oħra tal-Ġermanja, dejjem jekk ikun hemm reċiproċità. Ir-reċiproċità tingħata meta r-regoli baġitarji jew il-liġijiet jew l-istatuti baġitarji tal-entitajiet inkwistjoni – il-propjetarju jew ir-riċevitur tas-softwer – ikunu ħadu inkunsiderazzjoni r-regoli baġitarji rrakkomandati fl-1980 mill-Konferenza tal-Ministri għall-Finanzi. B’mod ġenerali, l-għotja ta’ reċiproċità ma tiġix evalwata f’termini kummerċjali iżda politiċi. Ma jittiħidx inkunsiderazzjoni skambju reċiproku b’mod konkret iżda l-possibbiltà li dan isir dan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Skont studju tal-2014, il-fehma komuni fil-Ġermanja tal-funzjonament prattiku tar-riżoluzzjonijiet ta’ Kiel hija kif ġej: meta l-prinċipju ta’ reċiproċità ġenerali, ikkontemplat f’dawn ir-riżoluzzjonijet jibbaża ruħu fuq kooperazzjoni singolari, jonqos element essenzjali tad-definizzjoni ta’ kuntratt pubbliku għall-finjiet tal-GWB. L-assenza ta’ kumpens għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tas-softwer issostni l-idea li tali tqegħid għad-dispożizzjoni huwa mingħajr ħlas mill-perspettiva tal-GWB. Għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ reċiproċità ġenerali, ir-riċevitur tas-servizz ma jikkommettix ruħu speċifikament għal kumpens monetarju: huwa stabbilixxa sempliċement b’mod astratt li se jipprovdi l-iżvilupp tas-softwer mingħajr ħlas f’sitwazzjoni paragunabbli, jekk ikun meħtieġ (Gutachten. Evaluierung der Kieler Besschlüsse II, <DATE ISO="20140820">20.8.2014</DATE>, p. 106).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’Settembru tal-2017, il-belt ta’ Köln u l-Land ta’ Berlin ikkonkludew kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer fejn it-tieni qiegħed għad-dispożizzjoni lil tal-ewwel, mingħajr ħlas u għal żmien indefinit, l-użu ta’ softwer li jikkontrolla l-interventi tal-korp tiegħu ta’ tifi tan-nar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>It-tqegħid għad-dispożizzjoni għandu jikkonforma ruħu mal-kundizzjonijiet miġbura fi ftehim ta’ kooperazzjoni tal-istess data li jinkludi, fost l-oħrajn, l-artikoli li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Artikolu 1. Skop tal-kooperazzjoni</P><P>[…] Il-partijiet jaqblu li jistabbilixxu kollaborazzjoni ugwali u li jżommu spirtu ta’ kompromess bl-iskop li s-softwer jiġi adattat għall-ħtiġijiet tal-parti l-oħra f’kull mument u li jitqieħed għad-dispożizzjoni tagħha […].</P><P>Artikolu 2. Għan tal-kooperazzjoni</P><?PAGE NO="5"?><P>[…] Is-sistema tas-softwer tista’ tiġi estiża biċċa biċċa b’funzjonijiet oħra speċjalizzati u tkun tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kollaboraturi oħrajn għall-użu mingħajr ħlas tagħha […].</P><P>[…]</P><P>Artikolu 5. Forma tal-kooperazzjoni</P><P>[…] Is-softwer bażiku jitqiegħed għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas. L-elementi speċjalizzati addizzjonali jiġu offruti mingħajr ħlas lil kollaboraturi oħrajn.</P><P>[…]</P><P>Il-ftehim ta’ kooperazzjoni jkun jorbot biss konġuntament mal-kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tas-softwer bħala strument uniku<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-ISE, li hija ddedikata għall-iżvilupp u l-bejgħ tas-softwer, ipproduċiet il-kuntratti konklużi bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln, quddiem il-Vergabekammer Rheinland (il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi ta’ Rheinland, il-Ġermanja), fejn talbet l-annullament tagħhom. Hija argumentat li l-belt ta’ Köln kienet tat kuntratt ta’ servizz pubbliku għal valur ogħla mill-ammont eżentat mill-obbligu li jiġu applikati r-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Il-parteċipazzjoni tal-belt ta’ Köln fl-iżvilupp tas-softwer imqiegħed għad-dispożizzjoni kien jirrapreżenta, fl-opinjoni tagħha, vantaġġ ekonomiku suffiċjenti. Barra minn hekk, l-akkwist tas-softwer bażiku kien ifisser inkarigi ġodda għall-fabbrikant: għall-parti terza, l-iżvilupp u l-manteniment ta’ dan is-softwer kien iwassal għal spiża ekonomika mhux sostenibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Vergabekammer Rheinland (il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi ta’ Rheinland) ċaħdet ir-rikors tal-ISE, fejn eskludiet li l-ftehimiet tal-belt ta’ Köln u l-Land ta’ Berlin setgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Fl-opinjoni tiegħu, iż-żewġ partijiet kienu llimitaw ruħhom li jistabbilixxu kooperazzjoni indaqs fl-isfond ta’ liema s-softwer tqiegħed għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-ISE ppreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja). Il-belt ta’ Köln opponiet dan ir-rikors, fejn sostniet li d-deċiżjoni kkontestata kienet korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-imsemmija qorti ressqet id-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer, minn amministrazzjoni pubblika lil amministrazzjoni pubblika oħra, miftiehem bil-miktub u marbut ma’ ftehim ta’ kooperazzjoni jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(5) tad-Direttiva 2014/24/UE jew kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva fis-sens tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva – minn tal-inqas inizjalment, bla ħsara għall-Artikolu 12(4)(a) sa (c) – meta, minkejja li l-amministrazzjoni li tkun id-destinatarja tas-softwer ma tkunx marbuta tħallas prezz jew tirrimborsa l-kost tas-softwer, il-ftehim ta’ kooperazzjoni marbut mat-tqegħid għad-dispożizzjoni jkun jipprovdi li kull parti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni – u għaldaqstant anki d-destinatarju tas-softwer – tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-oħrajn, mingħajr ħlas, l-iżviluppi ta’ softwer tagħha stess li hija tista’ toħloq fil-futur, mingħajr obbligu f’dan ir-rigward?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandha jkollha bħala suġġett is-servizzi pubbliċi li għandhom jiġu pprovduti konġuntament bħala tali liċ-ċittadin, jew huwa biżżejjed li l-kooperazzjoni tirrigwarda attivitajiet li jikkontribwixxu b’xi mod għas-servizzi pubbliċi li għandhom jiġu pprovduti bl-istess mod iżda mhux neċessarjament ipprovduti konġuntament?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Projbizzjoni mhux bil-miktub ta’ trattament iktar favorevoli tapplika fil-kuntest tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, u jekk iva, b’liema kontenut?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Id-digriet ta’ rinviju wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>. Il-belt ta’ Köln, il-Gvern Awstrijak u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20191106">6 ta’ Novembru 2019</DATE> saret seduta li fiha kienu preżenti r-rappreżentati tal-ISE, tal-belt ta’ Köln, tal-Gvern Awstrijak u tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-approċċ u osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-provvista ta’ servizzi permezz tal-kooperazzjoni interamministrattiva, magħrufa wkoll bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>pubblika‑pubblika<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, ġiet inkluża espressament fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fit-Taqsima 3 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Esklużjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) tal-Kapitolu I, Titolu I, tad-Direttiva 2014/24. B’mod speċifiku – fl-Artikolu 12(4) tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Formula simili tinsab fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/23 u fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/25.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[k]untratt konkluż b’mod esklussiv bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tad-Direttiva 2014/24 jekk jissodisfa kull wieħed u waħda minn dawk il-kundizzjonijiet li elenkati fiha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>L-Istati Membri jiddeċiedu liberament jekk għandhomx japplikaw ir-regoli tagħhom dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal dawn ir-relazzjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-test fis-seħħ jilqa’ l-kooperazzjoni orizzontali b’mod iktar <HT TYPE="ITALIC">ġeneruż</HT> mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippreċedi d-Direttiva tal-2014. F’din il-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-480/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:357">EU:C:2009:357</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>); sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Sanitaria Locale di Lecce u Università del Salento vs Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑159/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:817">EU:C:2012:817</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>; iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sentenza ASL<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>); digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Consulta Regionale Ordine Ingegneri della Lombardia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑564/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:307">EU:C:2013:307</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Piepenbrock</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:385">EU:C:2013:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sentenza Piepenbrock<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>); digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Consiglio Nazionale degli Ingegneri</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/12</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:416">EU:C:2013:416</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>digriet Consiglio Nazionale<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>); u s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Datenlotsen Informationssysteme</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑15/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:303">EU:C:2014:303</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>sentenza Datensloten<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>). Wieħed jiltaqa’ ma riferimenti għal kooperazzjoni orizzontali f’sentenzi oħrajn relatati mal-kooperazzjoni vertikali.</P></NOTE>, li għaliha tagħmel riferiment il-premessa 31 tad-Direttiva 2014/24<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Skont din il-premessa, il-kjarifika li abbażi tagħha l-kuntratti bejn l-entitajiet tas-settur pubbliku qed jitħallew barra mill-portata tad-Direttiva 2014/24 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</P></NOTE>, kienu ġew indikati ċertu kundizzjonijiet sabiex ikun paċifiku li l-provvista tas-servizzi pubbliċi sseħħ mingħajr ma jsir rikors għas-suq, permezz tal-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Minbarra n-natura ta’ awtorita’ kontraenti tal-entitajiet li jkunu qed jiftiehmu, dawn il-kundizzjonijiet kienu jeżiġu li l-ftehim interamministrattiv:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ikollu bħala għan li jiggarantixxi t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku komuni għall-entitajiet;</P></ITEM><ITEM><P>jiġi konkluż esklużivament għall-entitajiet pubbliċi, mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ kumpannija privata;</P></ITEM><ITEM><P>ma jiffavorixxi lil ebda fornitur privat fil-konfront tal-kompetituri tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>jintroduċi kooperazzjoni rregolata biss għal kunsiderazzjonijiet u rekwiżiti li jikkaratterizzaw il-kisba tal-għanijiet ta’ interess pubbliku.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, id-Direttiva 2014/24 ma tillimitax ruħha sabiex tikkodifika dak li diġà jeżisti, iżda tirriformula, tispeċifika, telimina u żżid uħud jew numru minn dawn ir-rekwiżiti. Għalhekk, sabiex tiġi interpretata, mhux dejjem ikun rilevanti jew utli li jkompli jsir biss riferiment, għall-ġurisprudenza preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-testi li issa huma rilevanti huma l-Artikolu 12(4), u l-premessi 31 u 33 tad-Direttiva 2014/14. Il-kombinazzjoni tagħhom tagħti lok għal sistema ġuridika li twettaq sinteżi ta’ żewġ għanijiet kunfliġġenti: minn naħa, ir-rieda li ma ssirx interferenza fl-organizazzjoni tal-amministrazzjoni interna tal-Istat Membri; min-naħa l-oħra, li l-esklużjoni ma twassalx għal ksur tal-prinċipji li jippresjedu l-għoti tal-kuntratti pubbliċi fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2014/24 tinsisti li hija ma timponi ebda obbligu fuq l-Istati Membri li jirrikorru għas-suq sabiex jaħżnu jew jiksbu s-servizzi neċessarji għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Id-diskrezzjonalità dwar id-deċiżjoni jekk jirrikorrux jew le għas-suq hija stabbilita fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-kooperazzjoni vertikali. Ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050111">11 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Halle u RPL Lochau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:5">EU:C:2005:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081113">13 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Coditel Brabant</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑324/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:621">EU:C:2008:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u reċentement is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Irgita</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑285/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:829">EU:C:2019:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u d-dispożittiv 2, iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>sentenza Irgita<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>). Fir-rigward tal-kooperazzjoni orizzontali, ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, punt 45.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Issa, it-tneħħija ta’ dan it-tip ta’ kuntratti interamministrattivi mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi jista’ jkun ta’ detriment għall-għan tal-istabbiliment tas-suq intern ukoll f’dan il-qasam. Iktar ma jiġu esklużi kuntratti, inqas ikun hemm lok għall-ħolqien u l-iżvilupp tas-suq intern fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-awtosuffiċjenza tal-entitajiet pubbliċi, jew fil-forma ta’ kooperazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>in-house<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jew kooperazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>orrizontali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, ma hijiex mingħajr riskji għall-moviment liberu ta’ oġġetti u servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ir-riskji huma simili għal dawk li d-Direttiva 2014/24 ssemmi fir-rigward tal-ġabra u ċentralizzazzjoni ta’ xiri, tranżazzjonijiet li, skont il-premessa 59 tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva tal-kapaċità tal-akkwist u l-kollużjoni, u biex jiġu ppreservati t-trasparenza u l-kompetizzjoni, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq tal-SMEs<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</P></NOTE>. Huma leġittimi wkoll id-dubji dwar l-effetti tagħha fuq il-kompetizzjoni libera, lil hinn mis-suppożizzjoni msemmija espressament fit-tieni paragrafu tal-premessa 33, <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, tad-Direttiva 2014/24, li twissi kontra kooperazzjoni li tqiegħed lil operatur ekonomiku f’pożizzjoni pprivileġġata meta mqabbel ma’ rivali oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Użu mhux adegwat ta’ dawn il-mekkaniżmi ta’ kollaborazzjoni jistgħu, fil-verità, jipprovokaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tnaqqis fid-daqs<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tas-suq min-naħa tad-domanda u tat-tnaqqis tan-numru ta’ fornituri li dan is-suq ikun jista’ jmantni. Teoretikament huwa immaġinabbli wkoll l-abbuż minn pożizzjoni dominanti (kollettiva) li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jaslu biex iwettqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Huwa daqstant minnu, minn perspettiva oħra, li l-aqwa flessibbiltà mogħtija mid-Direttiva 2014/24 fir-rigward tal-kooperazzjoni orizzontali bejn l-awtoritajiet kontraenti (riżultat ta’ deċiżjoni politika tal-leġiżlatur Ewropew) tista’ tiġġenera wkoll effetti pożittivi fir-rigward tal-kompetizzjoni fis-sens li tinkoraġġixxi lill-operaturi privati sabiex joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aħjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni ta’ Stat Membru dwar kif jipprovdi servizz pubbliku (li jista’ jikkonsisti, preċiżament, fil-fatt li ma jsirx rikors għas-suq iżda għal kooperazzjoni amministrattiva) trid tosserva r-regoli fundamentali tat-TFUE, b’mod partikolari, dawk relatati mal-moviment liberu ta’ merkanzija, mal-libertà ta’ stabbiliment u ta’ provvista ta’ servizzi, kif ukoll mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ rikonoxximent reċiproku, ta’ proporzjonalità u ta’ trasparenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza Irgita, punti 48, 50 u d-dispożittiv 2, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2014/24.</P></NOTE>. It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn ir-regoli u prinċipji għandha tibqa’ preżenti wkoll fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet flimkien jispjegaw l-eżistenza tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/24 u jiġġustifikaw il-prerekwiżiti għall-kooperazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>pubblika-pubblika<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> imsemmija b’mod espliċitu fl-Artikolu 12(4).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, huwa opportun li jiġi indikat li l-<HT TYPE="ITALIC">esklużjoni</HT> ta’ dawn il-mekkaniżmi ta’ kollaborazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24 ma tosservax il-loġika binarja ta’ regola/eċċezzjoni, iżda pjuttost interpretazzjoni differenti tal-qafas irregolat minn din d-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-fatt, bil-ħsieb li r-rapport ta’ kollaborazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti kkontemplat fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>għandu jaqa’ barra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Din hija l-espressjoni li tintuża fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, dak li huwa intiż huwa li jiġu ddefiniti l-limiti ta’ din id-direttiva, li l-kumplement tar-regoli tagħha, sempliċement, ma humiex kontra tali rapporti. Għalhekk, tabilħaqq, ma nemminx li d-dikjarazzjonijiet magħmula fis-sentenzi preċedenti dwar il-kriterju ermenewtiku (restrittiv) fis-seħħ fir-rigward tal-eċċezzjonijiet, bħala oppost għar-regola ġenerali, iservu awtomatikament għall-interpretazzjoni ta’ din l-<HT TYPE="ITALIC">esklużjoni</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, fir-rigward ta’ kooperazzjoni vertikali, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Hogan fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Irgita</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-285/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:369">EU:C:2019:369</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-istess raġunament jinsab fis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050111">11 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Stadt Halle u RPL Lochau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑26/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:5">EU:C:2005:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051013">13 ta’ Ottubru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Parking Brixen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑458/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:605">EU:C:2005:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060511">11 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Carbotermo u Consorzio Alisei</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑340/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:308">EU:C:2006:308</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u fis-sentenza Datenlotsen, punt 23.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda. It-tqegħid għad-dispożizzjoni tas-softwer u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Preliminari: l-ipoteżi tal-Artikolu 12</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, l-ewwel nett, jekk tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer kif seħħ bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24: kemm bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (skont il-punt 5 tal-Artikolu 2(1)), kif ukoll bħala sempliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kunratt<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> (fis-sens tal-Artikolu 12(4)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Id-domanda, hekk kif magħmula, hija riżultat tan-nuqqas (apparenti) tan-natura oneruża tat-tqegħid għad-dispożizzjoni. Mill-formulazzjoni tagħha jinsilet il-punt li, għall-qorti tar-rinviju, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24 ma huwiex iddefinit biss fl-Artikolu 2. L-assenza tal-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fl-Artikolu 12(4), li jakkumpanja t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, jista’ jfisser li ċerti kuntratti li ma jikkorrispondux għad-definizzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1), ikunu suġġetti wkoll għar-regoli ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Iktar milli analiżi ddettaljata tat-tifsiriet differenti tat-terminu kuntratt u tad-deskrizzjonijiet li jakkumpanjawh, skont id-diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Hemm argumenti sabiex jiġi difiż kunċett unitarju tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>: it-titolu nnifsu tal-Artikolu 12 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>); iċ-ċirkustanzi li fihom insibu dan it-terminu f’diversi partijiet tad-Direttiva 2014/24 u ta’ direttivi oħrajn, bħala formola mqassra ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>; iż-żieda tal-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, bħala kwalità miżjuda man-nom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, tvarja skont il-verżjoni lingwistika tat-test li jiġi kkonsultat: dan huwa minnu fl-Artikolu 12 (b’mod partikolari, fl-Artikolu 12(1)) f’ċertu verżjonijiet bħal dik Ġermaniża, Franċiża, Ingliża jew Taljana, iżda mhux f’oħrajn, bħal dik Spanjola.</P></NOTE>, ser niffoka fuq l-ispjegazzjoni tal-Artikolu 12(4) tagħha, sabiex nidentifika jekk dan huwiex applikabbli għal relazzjoni bħall-ftehim bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln. Għalhekk, ser nindirizza l-ewwel domanda preliminari fid-dawl tan-natura speċifika ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> li tirriżulta fl-Artikolu 12(4) tiġi spjegata, mhux daqstant mir-relazzjoni sistematika ta’ din il-kelma mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/24, iżda pjuttost mir-relazzjoni ta’ din il-kelma mal-paragrafi l-oħra tal-istess Artikolu 12. F’dan il-kuntest, tiġi riflessa d-differenza mal-kooperazzjoni vertikali (l-ewwel sat-tielet paragrafi tad-dispożizzjoni), fejn ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet jiġu mibnija abbażi tal-kontroll intern. Fil-verità, din isservi sabiex jiġi espress li għandu jeżisti ftehim li jistabbilixxi l-bażi jew il-kuntest ġuridiku tar-relazzjonijiet bejn il-partijiet, l-għan tal-kooperazzjoni u l-azzjonijiet (kontribuzzjonijiet) li kull wieħed għandu jwettaq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-Artikolu 11(4) tal-Proposta għal Direttiva tal‑<DATE ISO="20111220">20 ta’ Diċembru 2011</DATE>, KUM(2011) 896 finali, kien juża din il-formula: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar <HT TYPE="ITALIC">ma għandux jitqies bħala kuntratt ta’ appalt skont it-tifsira tal-Artikol 2(6) ta’ din id-Direttiva</HT> […]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (mingħajr korsiv fl-oriġinal).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa wkoll fl-istess sens li t-tieni paragrafu tal-premessa 33 tad-Direttiva 2014/24 jsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Kuntratti għall-provvista konġunta ta’ servizzi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, u sussegwentement, fit-tielet paragrafu, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>impenji għall-kontribuzzjoni lejn twettiq kooperattiv tas-servizz<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, li ma għandhomx jimmaterjalizzaw neċessarjament fit-twettiq tal-obbligi kuntrattwali prinċipali mill-partijiet kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din il-premessa, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/24 jikkontempla żewġ tipi ta’ sitwazzjonijiet li għalihom it-tifsira komuni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> possibbilment ma hijiex tant adegwata, għaliex huma, pjuttost, alternattivi għall-imsemmija kategorija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Minn naħa, hija tippermetti l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kooperazzjoni vertikali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> (l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi tad-dispożizzjoni), li fiha, kif diġà indikajt f’konklużjonijiet oħra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Taħt is-sistema in house l-awtorità kontraenti ma tagħmilx kuntratti, minn perspettiva funzjonali, ma’ entità differenti oħra, iżda, fil-fatt, tagħmel dan magħha nfisha, minħabba r-rabta li għandha mal-entità formalment differenti. Strettament, ma nistgħux nitkellmu dwar għoti ta’ kuntratt, iżda sempliċi kompitu jew kariga, li ma huwiex oġġezzjonabbli mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> l-oħra, tkun xi tkun il-formula li jużaw<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Konklużjonijiet fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>LitSpecMet</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-567/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:319">EU:C:2017:319</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tippermettti l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kooperazzjoni orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, jiġifieri dik li teżisti bejn awtoritajiet kontraenti li jirrikorru għall-forma kuntrattwali sabiex jartikolawha, bl-intenzjoni li l-provvista ta’ servizzi pubbliċi li taqa’ taħt il-kompetenza tagħhom tkun intiża sabiex jintlaħaq għan komuni, f’kuntest dirett biss lejn l-interess pubbliku, u b’rispett lejn il-kompetizzjoni libera (Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Naturalment, jaqgħu wkoll barra mid-Direttiva 2014/24, għalkemm ma ssemmihomx b’mod espress l-istess direttiva, tipi oħra ta’ relazzjonijet interamministrattivi, bħal ma huma l-eżitu ta’ trasferiment jew delegazzjoni ta’ kompetenzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dwar il-kundizzjonijiet li fihom trasferiment ta’ kompetenzi fir-rigward tat-twettiq ta’ funzjonijiet pubbliċi li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi (f’dak il-mument, tad-Direttiva 2004/18), ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Remondis</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑51/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:985">EU:C:2016:985</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>sentenza Remondis<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>).</P></NOTE>, inkluż bil-ħolqien ta’ konsorzju ta’ entitajiet bi personalità ġuridika tad-dritt pubbliku. Dawn is-sitwazzjonijiet huma meqjusa, bħala prinċipju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>estranji għad-dritt dwar il-kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Remondis, punt 53.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-kooperazzjoni orizzontali, awtorità kontraenti li tkun tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha (ta’ oġġetti, ta’ xogħlijiet jew ta’ servizzi) billi tirrikorri, permezz ta’ sejħa għal offerti, għand negozjanti privati, tagħżel biex ma tgħaddix minn din ir-rotta u tissostitwiha b’kollaborazzjoni ma’ entita’ pubblika oħra li tista’ tissodisfa dawn il-ħtiġijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva oġġettiva, l-ispeċjalizzazzjoni ta’ din it-tip ta’ kollaborazzjoni bejn entitajiet pubbliċi tinsab fi tliet elementi: il-kunċett ta’ kollaborazzjoni li jippresjedi r-relazzjoni <HT TYPE="ITALIC">interpartes</HT>; l-għan komuni sottostanti għal din ir-relazzjoni; u l-iskop ta’ interess pubbliku li jiggwida din il-kooperazzjoni</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-kollaborazzjoni timplika, abitwalment, kontribuzzjoni minn kull parti, bis-sussegwenti nefqa pubblika. Ir-relazzjoni bejn dawn il-partijiet, madankollu, ma tispiċċax fid-<HT TYPE="ITALIC">do ut des</HT> innifsu tal-kuntratt bilaterali, li skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkaratterizza l-kuntratt pubbliku suġġett għad-direttivi dwar għoti ta’ kuntratti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 43.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ser ikun hemm negozju legali bis-servizzi ta’ dawk kollha li jipparteċipaw fih, eżegwibbli minn persuna jew oħra, sa fejn il-kontributi rispettivi tagħhom ikunu intiżi li jilħqu għan ulterjuri kondiviż. Ir-<HT TYPE="ITALIC">raġuni</HT> tal-kontributi hija, preċiżament, dan il-għan komuni, li għandu jkun ta’ interess pubbliku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">In-natura oneruża jew gratuita fir-relazzjoni bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-relazzjoni bejn il-belt ta’ Köln u l-Land ta’ Berlin hijiex irregolata mir-regoli tad-Direttiva 2014/24 għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss il-kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni (li għalih is-softwer jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ewwel), iżda wkoll il-ftehim ta’ kooperazzjoni li jakkumpanjah<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Remondis, punt 37: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni possibbli t’ operazzjoni li tinkludi diversi fażijiet bħala kuntratt pubbliku […] din l-operazzjoni għandha tiġi eżaminata b’mod globali u billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-iskop tagħha<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Dawk interessati stabbilixxew din ir-relazzjoni bħala unità, fejn fl-Artikolu 5 tal-ftehim ta’ kooperazzjoni ddikjaraw l-indiviżibbiltà bejn dan il-ftehim u l-kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tas-softwer<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Konfigurazzjoni oħra kienet tkun possibbli, hekk kif assigura r-rappreżentant tal-belt ta’ Köln waqt is-seduta meta rrefera għal kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Hamburg, mingħajr ftehim ta’ kooperazzjoni anness.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Kif diġà spjegajt, id-dubji tal-qorti tar-rinviju joriġinaw mill-apparenti nuqqas ta’ natura oneruża fir-relazzjoni bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>In-natura oneruża hija parti mid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> fil-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24. Fil-fehma tiegħi din tista’ titqies ukoll bħala element karatteristiku tar-relazzjoni bejn l-awtoritatjiet kontraenti prevista fl-Artikolu 12(4) li, kif diġà spjegajt, ma tiġix identifikata neċessarjament bit-tifsira komuni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Dwar it-tifsira tagħha, infakkar li, fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ natura oneruża kien suġġett għal intepretazzjoni estensiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Digriet Consiglio Nazionale, punt 38; sentenza Remondis, punt 43; sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>IBA Molecular Italy</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑606/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:843">EU:C:2018:843</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-konklużjonijiet tagħha għad-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑159/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:303">EU:C:2012:303</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-Avukat Ġenerali Trstenjak iddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>jista’ jiġi sostnut li hija biss interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>natura pekunjarja<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="2019" ID="QE0061"/> li tista’ tissodisfa l-għan tad-direttivi fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, li huwa li tiftaħ is-swieq sabiex tiggarantixxi kompetizzjoni reali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, u għamlet riferiment speċifiku għal forom oħra ta’ remunerazzjoni, bħall-operazzjonijet ta’ tpartit jew ir-rinunzja ta’ krediti reċiproċi eżistenti bejn il-partijiet kontraenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fir-relazzjoni bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln il-kunsinna tal-programm informatiku tirriżulta li hija gratuwita u strumentali għal kooperazzjoni, biex jiġi żviluppat u adattat għall-ħtiġijiet ta’ ġestjoni tal-korpi tat-tifi tan-nar rispettivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Kif tosserva l-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Punt 29 tad-digriet tar-rinviju.</P></NOTE>, dan l-iżvilupp ulterjuri għandu valur ekonomiku li jista’ jirriżulta li jkun għoli ħafna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>U jissupera dak tas-softwer innifsu. Waqt is-seduta l-ISE insistiet dwar dan il-fatt b’rabta mat-tielet domanda preliminari.</P></NOTE>. Fid-deskrizzjoni tal-fatti l-belt ta’ Köln tindika li l-programm jitqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tipparteċipa fil-kooperazzjoni. Preċedentement kienet irrikonoxxiet li l-provvista tas-servizz ta’ tifi tan-nar – li għaliha, kif ġie osservat waqt is-seduta, hija obbligata bil-liġi – ma hijiex possibbli mingħajr sistema ta’ ġestjoni ta’ interventi ottimali li għandha tadatta ruħha b’mod permanenti għall-ħtiġijiet tat-twettiq tas-servizz, liema fatt jirrikjedi softwer effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa leġittimu li wieħed jaħseb konformement mal-argument mogħti mill-Kummissjoni, li anki meta l-ftehim ma jikkontemplax obligu <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT> ta’ żvilupp tas-softwer, ma hijiex verosimili l-assenza ta’ dan l-iżvilupp u, fil-każ tiegħu, tal-aġġornamenti suċċessivi tal-programm informatiku. Kif ġie rrilevat biċ-ċar waqt is-seduta, ser ikun prattikament inevitabbli li jiġi aġġornat dan il-programm, kemm fuq perijodu ta’ żmien qasir kif ukoll iktar ’il quddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ir-rappreżentanta tal-belt ta’ Köln iddistingwiet bejn l-aġġornamenti importanti u dawk ta’ inqas importanza. Dawk tal-ewwel jirriżultaw indispensabbli tlieta jew erba’ darbiet fis-sena u jitwettqu wara konsultazzjoni mal-parti (jew partijiet) l-oħra tal-kooperazzjoni, bil-għan li jittieħdu inkunsiderazzjoni, fejn possibbli, il-ħtiġijiet tiegħu (jew tagħhom). Dawk tat-tieni, li jikkonsistu fil-korrezzjoni ta’ żbalji żgħar, ma jirrikjedux din il-konsultazzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għaldaqstant teżisti aspettattiva raġonevoli li l-belt ta’ Köln twettaq żviluppi u żidiet modulari lis-softwer. Dan il-fattur jaġixxi bħala korrispettiv għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-programm, mill-Land ta’ Berlin, ġaladarba li kieku kien mod ieħor il-kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ma kienx jiġi akkumpanjat bi ftehim ta’ kooperazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Finalment, mill-perspettiva tal-belt ta’ Köln, il-korrispettiv li jippermetti li ssir diskussjoni dwar in-natura oneruża tar-relazzjoni mal-Land ta’ Berlin huwa l-parteċipazzjoni tagħha f’kooperazzjoni adattata sabiex tipprovdi benefiċċji għal dan tal-aħħar, f’forma ta’ aġġornamenti tas-softwer (Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni) u ta’ moduli speċjalizzati adizzjonali (Artikolu 5 tal-imsemmi ftehim). Dawn l-arranġamenti, bi spiża ekonomika ddeterminata, mingħajr dubju għandhom isiru għaliex iċ-ċentri operattivi tal-korpi tat-tifi tan-nar ma jistgħux jaħdmu mod ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-korrispettiv ma jiddependix, għaldaqstant, minn kundizzjoni purament fakultattiva: li din timmaterjalizza hija biss kwistjoni ta’ żmien. Quddiemna ma għandniex biss proklamazzjoni ta’ intenzjoni ta’ kooperazzjoni iżda impenn eżiġibbli li jiddependi minn <HT TYPE="ITALIC">meta</HT> (meta jseħħ l-aġġornament) u mhux minn <HT TYPE="ITALIC">jekk</HT> (jekk iseħħ l-aġġornament).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni jikkontempla l-possibbiltà ta’ żviluppi tas-softwer għaż-żewġ partijiet u li, fit-teorija, kull waħda minnhom tista’ tibqa’ inattiva u tistenna li l-parti l-oħra tikkontribwixxi filwaqt li ma tagħmel xejn. Madankollu, li dan iseħħ huwa, nirrepeti, improbabbli ħafna, għaliex ikun ifisser li titqiegħed f’riskju l-provvista tas-servizz pubbliku li jaqa’ taħt il-kompitu ta’ kull waħda minnhom. Din l-attitudni trendi mingħajr sustanza l-ftehim ta’ kooperazzjoni tagħhom ifformalizzat volontarjament bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-qosor, ir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-awtoritajiet kontraenti li ftehmu dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-programm informatiku u dwar il-kundizzjonijiet ta’ kooperazzjoni tagħhom sabiex dan jiġi żviluppat taqa’ taħt l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda preliminari. Is-suġġett tal-kooperazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-approċċ</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-provvista tas-servizz pubbliku ta’ tifi tan-nar li tobbliga lill-entitajiet jikkooperaw f’din il-kawża ma tingħatax konġuntament: dan ma jistax ikun, anki sempliċement minħabba d-distanza ġeografika bejn iż-żewġ territorji li fuqhom topera kull waħda minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, il-qorti tar-rinviju tiddubita jekk il-kooperazzjoni hijiex koperta mill-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 u tistaqsi jekk, sabiex din tkun hekk koperta, huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>biżżejjed li l-kooperazzjoni tirrigwarda attivitajiet li jikkontribwixxu b’xi mod għas-servizzi pubbliċi li għandhom jiġu pprovduti bl-istess mod iżda mhux neċessarjament ipprovduti konġuntament<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Ir-risposta tirrkjedi analiżi separata ta’ żewġ elementi: a) it-tmexxija in komuni tas-servizz pubbliku li għalih isir il-kooperazzjoni u b) in-natura tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> tal-attività li fiha timmaterjalizza l-kooperazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-provvista konġunta tas-servizz pubbliku. Mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>missjoni ta’ servizz pubbliku komuni<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>għanijiet komuni ta’ interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ qabel id-Direttiva 2014/24, il-vijabbiltà tal-kooperazzjoni orizzontali kienet qed tikkundizzjona, fost oħrajn, ir-rekwiżit ta’ twettiq għall-partijiet ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku <HT TYPE="ITALIC">komuni</HT>. Minkejja dan il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex tindirizza l-kwistjoni dwar jekk din <HT TYPE="ITALIC">il-komunità</HT> kinitx taħdem favur l-istess provvista tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-paradigma tal-kooperazzjoni orizzontali eskluża mir-regoli Ewropej dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi kienet il-kawża C‑480/06, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, li fiha dik il-kooperazzjoni, artikolata f’forma ta’ azzjonijiet u kompromessi ta’ natura u entità differenti, kienet tiggarantixxi fl-aħħar nett it-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kontraenti kollha kellhom kompetenza. Dak il-każ kien jirrigwarda l-eliminazzjoni ta’ residwi, attività li fiha kienu jipparteċipaw dawk kollha li kienu jieħdu sehem fil-kooperazzjoni, wara li kienet titħaddem il-pjanta ta’ trattament tal-imsemmija residwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li issa tikkonċerna lilna ma kinitx suġġetta għal kunsiderazzjoni speċjali f’dik is-sentenza u l-anqas f’oħrajn sussegwenti, li fihom kien jonqos l-aspett ta’ <HT TYPE="ITALIC">komunità</HT> tal-missjoni tas-servizz pubbliku, bħala rekwiżit għal provvista konġunta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza ASL, punt 37. Id-deċiżjonijiet sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja segwew id-duttrina tas-sentenza ASL f’kawżi kważi identiċi fir-rigward tan-natura tal-atturi u tal-kwistjoni sostantiva: ara d-digrieti tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Consulta Regionale Ordine Ingegneri della Lombardia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-564/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:307">EU:C:2013:307</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); u Consiglio Nazionale. Din id-duttrina ġiet applikata wkoll f’oqsma oħra fis-sentenzi Piepenbrock, punt 39 u Datenlotsen, punt 35.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(4)(a), tad-Direttiva 2014/24, sabiex kooperazzjoni interamministrattiva taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, il-kuntratt għandu jkopri l-għanijiet komuni għall-awtoritajiet kontraenti li jipparteċipaw. Kull waħda minn dawn għandha tipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>s-servizzi pubbliċi li għandhom iwettqu<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Nifhem li r-rekwiżit ta’ <HT TYPE="ITALIC">responsabbiltà</HT> jimplika li l-awtoritajiet kontraenti għandhom preliminarjament bħala inkarigu l-provvista ta’ servizz sabiex jiġi konkluż il-ftehim ta’ kooperazzjoni. L-espressjoni tista’ tinkludi wkoll is-servizz pubbliku li għandu jiġi pprovdut fil-kuntest ta’ kooperazzjoni speċifika.</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>biex jiksbu l-objettivi li għandhom <HT TYPE="ITALIC">komuni</HT> bejniethom<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. Il-kuntratt jew ftehim għandu jispeċifika l-forma ta’ provvista sabiex jiggarantixxi li dan ikun hekk. Litteralment, il-<HT TYPE="ITALIC">komunità</HT> issa taħdem favur l-għanijiet u mhux favur missjoni konkreta ta’ servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Il-ħidma preparatorja tat-test turi li l-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet dik li jagħmel iktar flessibbli l-kooperazzjoni mill-perspettiva tal-oġġett tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ukoll, fir-rigward tas-suġġetti tiġi apprezzata din il-flessibiltà: ara l-premessa 32, dwar il-kooperazzjoni orizzontali bejn l-awtoritajiet kontraenti b’parteċipazzjoni ta’ kapital privat. Il-Proposta tal-Kummissjoni teskludi, minflok, din il-possibiltà fl-Artikolu 11(4)(e) tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-Proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni kienet titkellem ukoll dwar li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>jwettaq b’mod konġunt ix-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku [tal-awtoritajiet kontraenti]<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>. Meta mar quddiem il-Kunsill u l-Parlament it-test irċieva formulazzjonijiet differenti sal-verżjoni attwali. Anki l-premessa 33 attwali kienet ġiet immodifikata, b’mod parallel għat-tranżizzjoni fit-tifsira tal-Artikolu u l-istess linja ta’ introduzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fin-negozjati finali sparixxa mill-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 ir-riferiment għal twettiq konġunt tal-kompiti li, madankollu, wieħed isib fil-premessa 33 attwali. Ir-riferiment għall-għanijiet komuni ġie introdott fuq suġġeriment tal-Parlament, waqt li tneħħiet mill-premessa korrelattiva (jiġifieri l-premessa 14) id-deskrizzjoni tal-kunċett kooperattiv bħala li jinkludi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>ġestjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod komuni, fejn ir-responsabbiltà għar-riskji u l-effetti sinerġiċi tagħhom jiġu kondiviżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara n-Nota tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, Nru 11644/13.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-indikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-premessa 33 <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, fis-sens li s-servizzi pubbliċi pprovduti mill-entitajiet li jikkooperaw ma għandhomx bżonn ikunu identiċi iżda jistgħu jkunu kumplimentari, tirratifika l-abbandun tar-rekwiżit tal-missjoni ta’ servizz pubbliku komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-riferiment għall-provvista <HT TYPE="ITALIC">konġunta</HT> tas-servizzi, li tidher ħafna drabi fl-istess premessa, tfisser, probabbilment, li s-servizzi pubbliċi, kemm identiċi, kemm kumplimentari, li huma responsabbiltà ta’ kull waħda minn dawn l-awtoritajiet parteċipanti, għandhom jitwettqu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>f’kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, jiġifieri għal kull entità pubblika bl-għajnuna tal-oħra jew b’mod ikkordinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Tkun tista’ tingħata l-impressjoni li dawn huma devjazzjonijiet semantiċi, però, kif jiġri fil-liġi, il-konsegwenzi ġuridiċi marbuta mal-għażla ta’ ċerti termini jew oħrajn jistgħu jvarjaw b’mod kunsiderevoli. Huwa rilevanti, nirrepeti, li r-regola (ġdida) tagħmel riferiment għall-għanijiet komuni tal-awtoritajiet kontraenti li jikkooperaw bejniethom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>Servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>attivitajiet ta’ appoġġ għal servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>It-tieni domanda preliminari timponi wkoll l-obbligu li ssir analiżi tan-natura tal-attività li fiha jikkooperaw l-awtoritajiet kontraenti: għandu jkun l-istess <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>servizzi pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Infakkar ukoll li l-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 jirreferi espressament għas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>servizzi pubbliċi li għandhom iwettqu [l-awtoritajiet kontraenti]<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>. Din il-kategorija tintuża biss fl-Artikolu 93 TFUE. Ħafna drabi, l-ekwivalenti tagħha huwa s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>servizz ta’ interess ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> (SIĠ), li jista’ jkollu jew ma jkollux kontenut ekonomiku. L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2014/24 jirrigwarda l-libertà tal-Istati Membri sabiex jiddefinixxu, jorganizzaw jew jiffinanzjaw is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ), li min-naħa tiegħu jirreferi għall-Artikolu 14 TFUE u għall-Protokoll Nru 26 anness mat-TFUE u mat-TUE. Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Hogan fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Engie Cartagena</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑523/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:769">EU:C:2019:769</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> jew tista’ tirrigwarda attività anċillari, li tkun, ta’ appoġġ għal servizz pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Fid-Direttiva 2014/24 ma tiġix speċifikata l-entità, il-kwalità jew in-natura (prinċipali jew anċillari; obbligatorja jew fakultattiva; ta’ kontenut ekonomiku jew le) tas-<HT TYPE="ITALIC">servizzi pubbliċi</HT> li l-kooperazzjoni orizzontali tista’ tkopri. Il-premessa 33 tissuġġerixxi flessibiltà kbira f’dan is-sens. Huwa eskluż, b’dan il-mod, li l-kooperazzjoni tillimita ruħha għal attivitajiet li jikkorrispondu għal kompetenza nukleari (prinċipali) tal-awtorità kontraenti, kif deher li ħareġ mis-sentenza ASL, punt 37, l-ewwel sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-ġurisprudenza li tippreċedi d-Direttiva 2014/24, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja kienet tagħti ftit għarfien dwar it-tip ta’ attivitajiet adattati sabiex tiġi fformata kooperazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>pubblika-pubblika<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> eskluża mir-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>F’dik il-kawża, waħda mill-kontribuzzjonijiet kienet tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ infrastruttura li fiha kien iseħħ l-irkupru tal-iskart miġbur mill-parteċipanti, kull wieħed fiż-żona ġeografika tal-kompetenza tiegħu. It-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-eċċessi wkoll kien jifforma parti mill-kooperazzjoni: il-kapaċitajiet ta’ rimi ta’ skart mhux użat għal waħda mill-partijiet jistgħu jpattu għan-nuqqas ta’ kapaċità ta’ rimi ta’ oħra. Kontribuzzjoni oħra kienet tinsab fil-kompromess, għas-servizzi ta’ tindif urban ta’ waħda mill-awtoritajiet kontraenti, li jiġu difiżi d-drittijiet tal-oħrajn fir-rigward tal-operatur tal-impjant fil-każ li dan jikkawża preġudizzju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-qari ta’ din is-sentenza kienet tippermetti li jiġu aċċettati, bħala suġġetti ta’ kooperazzjoni, attivitajiet li ma kinux, fihom infushom jew waħedhom, ta’ servizz pubbliku iżda li kienu direttament relatati ma’ dawk l-attivitajiet li għall-provvista tagħhom l-awtoritajiet kontraenti kkuntrattaw il-kooperazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>L-argumenti preċedenti ma jsolvux, madankollu, il-mistoqsija dwar jekk il-kooperazzjoni tistax taqa’ <HT TYPE="ITALIC">esklużivament</HT> taħt attività li ma hijiex, fiha nfisha jew waħedha, servizz pubbliku, f’kuntest bħal dak f’din il-kawża. Infakkar li, hawnhekk, kull awtorità kontraenti parteċipanti tipprovdi f’isimha stess u b’mod separat l-istess servizz pubbliku (dak tal-korp tat-tifi tan-nar innifsu), filwaqt li l-kooperazzjoni tillimita ruħha għal attività anċillari (il-ġestjoni informatika taċ-ċentru ta’ operazzjonijiet b’urġenza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tad-Direttiva 2014/24, il-premessa 33 tindika favur tweġiba fl-affermattiv għal din id-domanda, sabiex tenfasizza li l-kooperazzjoni tista’ tkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/><HT TYPE="ITALIC">t-tipi kollha ta’ attivitajiet relatati mat-twettiq tas-servizzi u r-responsabbiltajiet</HT> li l-awtoritajiet parteċipanti jiġu assenjati jew jassumu […]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Mingħajr korsiv fl-oriġinal.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>. Ix-xogħlijiet leġiżlattivi juru, mill-ġdid, li kienet teżisti rieda li jiġi enfasizzat dan l-aspett li ma kienx jidher fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, sabiex tqabbel, id-dokument interistituzzjonali numru 12167/13.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Il-flessibbiltà li hija indikata bħala karatteristika tal-kooperazzjoni orizzontali fid-Direttiva 2014/24, apprezzabbli meta din tiġi pparagunata mas-sitwazzjoni leġiżlattiva preċedenti, mal-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-Proposta tal-Kummissjoni, tikkonferma l-provenjenza ta’ din ir-risposta fl-affermattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Madankollu dan ma jfissirx li l-kooperazzjoni orizzontali bħal dik aċċettata għandha nuqqas ta’ limiti. Ma jonqosx, ovvjament, il-ħtieġa li din il-kooperazzjoni tkun diretta lejn il-provvista ta’ servizzi pubbliċi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Fil-ġurisprudenza preċedenti, is-sentenza Datenlotsen, punt 16 (b’riferiment mill-punt 34), b’dan il-mod kienet iddikjarat: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>[…] kemm l-Università kif ukoll HIS ma humiex awtoritajiet pubbliċi u HIS ma hijiex direttament responsabbli sabiex teżegwixxi missjoni ta’ servizz pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>.</P></NOTE>. Meta s-suġġett tal-kooperazzjoni ma jkunx is-servizz pubbliku nnifsu, iżda attività <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>relatata<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> miegħu, din ir-rabta għandha tiġi fformata skont l-orjentazzjoni funzjonali tal-attività li tirrigwarda l-eżekuzzjoni tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Huwa rrakkomandat, barra minn hekk, fir-rigward tal-ekwilibriju bejn l-għanijiet kunfliġġenti, li trattajt iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Iktar ’il fuq, punti 29 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.: ir-rieda li ma ssirx interferenza fl-organizazzjoni mill-Istati Membri tal-amministrazzjoni interna tagħhom għanda tiġi rrikonċiljata mal-istandard li jistipula li l-esklużjoni mid-dritt tal-Unjoni ma tirriżultax fi ksur tal-prinċipji tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u tal-kompetizzjoni libera.</P></NOTE>, li ssir evalwazzjoni ta’ din ir-relazzjoni u ssir distinzjoni bejn id-diversi attivitajiet fis-seħħ, skont il-livell ta’ konnessjoni tagħhom mas-servizz li għal provvista tiegħu dawn jikkontribwixxu. Fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 jippermetti li jintlaqgħu, fost l-oħrajn, l-attivitajiet ta’ appoġġ marbuta b’mod dirett u inseparabbli mas-servizz pubbliku, jiġifieri dawk li għandhom karattri strumentali ta’ tali intensità li l-propju servizz jiddependi minnhom sabiex jiġi eżegwit is-servizz pubbliku bħala tali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Barra minn hekk il-kooperazzjoni għandha tissodisfa l-kumplament tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12(4) (f’dak li jirrigwarda s-suġġetti, l-iskop tal-kooperazzjoni u l-prinċipji li għandhom jiggwidawha) li semmejt qabel.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kooperazzjoni bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Iż-żewġ awtoritajiet kontraenti f’din il-kawża ma jwettqux konġuntament, kif diġà semmejt, l-attività ta’ servizz pubbliku prinċipali, jiġifieri, dik speċifika ta’ korp tat-tifi tan-nar. Il-kooperazzjoni għandha bħala għan, minflok, li tistabbilixxi u żżomm aġġornat programm ta’ softwer essenzjali li permezz tiegħu kull waħda minnhom tiġġestjona, bl-aħjar mod, l-interventi tal-korpi tat-tifi tan-nar rispettivi tagħha fiż-żoni ġeografiċi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Skont id-deskrizzjoni tas-softwer u tal-aġġornamenti tiegħu, li hija komposta mid-digrieti, issupplimentata mid-dikjarazzjonijiet mifthema li ġew magħmula waqt is-seduta, il-programm tal-kompjuter kien u huwa indispensabbli għal provvista ta’ dak is-servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>B’hekk il-kooperazzjoni bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln, f’dak li jirrigwarda attività indispensabbli għall-eżekuzzjoni effettiva ta’ servizz pubbliku li ż-żewġ awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu, tosserva r-rekwiżit indikat fl-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tielet domanda preliminari. Fuq it-trattament iktar favorevoli ta’ terzi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Il-ftehim bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln jaffaċċja oġġezzjonijiet oħrajn, ibbażati fuq it-tensjoni tal-kooperazzjoni orizzontali mad-dritt tal-kompetizzjoni. Il-qorti tar-rinviju tindirizzahom fit-tielet domanda tagħha, fejn tistaqsi dwar jekk l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 jimplikax projbizzjoni impliċita ta’ trattament iktar favorevoli u, jekk iva, b’liema kontenut.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kooperazzjoni orizzontali u d-dritt tal-kompetizzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni li ebda operatur privat ma jitqiegħed f’sitwazzjoni pprivileġġata fir-rigward tal-kompetituri tiegħu bħala konsegwenza tal-kooperazzjoni orizzontali ma hijiex inkluża espressament jew separatament fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/24. Din ġiet inkluża, minflok, fil-ġurisprudenza preċedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenzi Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, punt 47; ASL, punti 35, 38 u d-dispożittiv; digriet Consiglio Nazionale, punt 44 u d-dispożittiv.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Biex jiġi indirizzat jekk, minkejja din l-assenza fil-formulazzjoni, ir-rekwiżit jibqax japplika, infakkar, bħala punt ta’ tluq, li l-Istati Membri jgawdu minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex jiddeċiedu jekk huma stess għandhomx jipprovdu servizzi jew jekk għandhomx jgħaddu dan ix-xogħol lil ħaddieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fl-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ ipoteżijiet (awtosuffiċjenza, fis-sens wiesa’), u dejjem sakemm jiġu ssodisfatti ċerti rekwiżiti, l-Istati Membri ma humiex obbligati jsegwu r-regoli u l-proċeduri tad-dritt tal-Unjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Madankollu, huma jibqgħu suġġetti għal regoli oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Iktar ’il fuq, punti 30 sa 35.</P></NOTE>, fosthom dawk relatati mal-kompetizzjoni libera tal-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, jiddikjara, f’qasam relatat, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>[i]t-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Il-limitazzjoni imposta mir-regoli dwar il-kompetizzjoni libera taffettwa, għalhekk, ukoll il-kooperazzjoni orizzontali bejn l-awtoritajiet kontraenti. Hija tagħmel dan minn tal-inqas b’żewġ modi:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Minn naħa, tippresjedi fuq ir-relazzjoni mal-operaturi privati, meqjusa fl-intier tagħhom, bħala kompetituri fis-suq.</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, tiddetermina kif l-entitatjiet pubbliċi għandhom jaġixxu b’tali mod li l-kooperazzjoni tagħhom, jekk magħhom jiġu inklużi wkoll l-operaturi privati ta’ kwalunkwe forma, ma tfixkilx il-kompetizzjoni bejniethom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 għandu tendenza li jevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni libera mill-ewwel perspettiva, meta jeżiġi li l-kollaborazzjoni tiġi konkluża esklużivament bejn awtoritajiet kontraenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Għalkemm, skont is-sistema ta’ kooperazzjoni in-house, id-Direttiva 2014/24 taċetta ċerta parteċipazzjoni ta’ kapital privat fl-entitajiet pubbliċi: ara, iktar ’il fuq, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> filwaqt li, fl-istess waqt, jindika ċerti prevenzjonijiet ispirati bl-istess mod:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Il-kooperazzjoni għandha tkun ristretta għal provvista ta’ servizzi pubbliċi li jobbligaw lil awtoritajiet kontraenti, jiġifieri, ma tikkonċernax eżerċizzju tal-attivitajiet ekonomiċi ordinarji tagħhom [Artikolu 12(4)(a)].</P></ITEM><ITEM><P>Għandha tkun igwidata unikament minn raġunijiet ta’ interess pubbliku, mhux tas-suq [Artikolu 12(4)(b)].</P></ITEM><ITEM><P>Jekk l-entitajiet li jikkoperaw bejniethom jaġixxu wkoll fis-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>suq miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>, ma jistgħux jaqbżu l‑20 % tal-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ din il-kooperazzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Ma għandux jinftiehem li, kif isostni l-belt ta’ Köln, l-obbligu li tiġi osservata l-kompetizzjoni libera hija limitata minħabba s-suppożizzjoni li l-awtoritajiet kontraenti jikkompetu fis-suq mal-operaturi privati kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif diġà ġie espost, l-obbligu ġenerali li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni tinsab fid-dritt primarju (Artikolu 106(2) TFUE) u, fil-kuntest speċifiku tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-għoti ta’ kuntratti lil terzi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Il-premessi 31 u 33 tad-Direttiva 2014/24 jikkonfermaw li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti ma tistax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>[tirriżulta] f’distorsjoni fil-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>, jiġifieri fejn fornitur privat ta’ servizzi jitqiegħed f’pożizzjoni ta’ vantaġġ meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Jeżistu, ċertament, modalitajiet oħrajn ta’ distorsjoni immaġinabbli: pereżempju, li kieku l-akkwist tas-softwer u l-operazzjonijiet suċċessivi ta’ manteniment jew sostenn kellhom jiġu kkonvertiti fis-suġġett ta’ kuntratti iżolati, sabiex jiġi evitat kuntratt uniku li l-valur tiegħu jeċċedi l-limitu li fih għandha ssir is-sejħa għal għoti ta’ kuntratt pubbliku. Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Auroux <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑220/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:31">EU:C:2007:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja semmiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>mekkaniżmu sabiex jevitaw ir-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> (punt 48).</P></NOTE>. Huwa rilevanti li wieħed jinsisti li, fil-verità, dawn il-premessi ma jżidux elementi leġiżlattivi ġodda lill-kontenut tal-istess direttiva. Huma jipprovdu biss gwida għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-aġir tal-awtoritajiet kontraenti li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, fejn fornitur privat ta’ servizzi jitqiegħed fi żvantaġġ meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu ma huwiex konformi mad-Direttiva 2014/24. It-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>trattament iktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> li għalih tagħmel riferiment il-qorti tar-rinviju, huwa konsegwentement ipprojbit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jistgħu jirriżultaw żewġ sitwazzjonijiet mhux eżattament ekwivalenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Kooperazzjoni orizzontali li fiha awtorità kontraenti tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ awtorità oħra oġġetti u servizzi determinati li tal-ewwel akkwistat, min-naħa tagħha, mingħand operatur privat mingħajr ma kienet suġġetta għar-regoli ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Sa fejn dawn ir-regoli kienu applikabbli (minħabba raġuni tal-oġġett, il-valur tal-kuntratt, eċċ.), l-operaturi terzi kienu jbatu minn trattament ta’ żvantaġġ <HT TYPE="ITALIC">ġdid</HT> u, biex ngħid hekk, <HT TYPE="ITALIC">doppju</HT>, li jirriżulta mir-rifjut, inizjali u suċċessiv, li kien isir fil-konfront tal-imsemmija operaturi terzi.</P></ITEM><ITEM><P>Kooperazzjoni orizzontali li tirrikjedi, għall-iżvilupp futur tagħha, il-parteċipazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi distinti mill-awtoritajiet kontraenti. Jekk il-possibbiltajiet ta’ wħud minn dawn l-operaturi privati li jintegraw ruħhom fil-mekkaniżmu ta’ servizz futur tal-oġġetti u servizzi jiġu mittiefsa, b’mod diskriminatorju jew arbitrarju, tirriżulta sitwazzjoni ta’ żvantaġġ għal dawk affettwati.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Fit-tieni minn dawn l-ipoteżijiet, meta jinfetaħ proċess ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi sabiex tiġi ssupplimentata jew sabiex titkompla din il-kooperazzjoni, ma hemmx raġuni li wieħed isostni li operatur partikolari għandu jitħalla inevitabbilment, <HT TYPE="ITALIC">de iure</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, f’pożizzjoni aħjar minn dawk tal-kompetituri tiegħu sabiex jikkontribwixxi għall-kompiti li jirriżultaw minn kooperazzjoni interamministrattiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-għoti ta’ kuntratti lil terzi għall-kooperazzjoni bejn il-Land ta’ Berlin u l-belt ta’ Köln</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Fid-digrieti ma hemmx informazzjoni suffiċjenti sabiex wieħed ikun jaf taħt liema kundizzjonijiet seħħ l-akkwist oriġinali, mill-Land ta’ Berlin, tal-programm tas-softwer li iktar tard tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-belt ta’ Köln. Lanqas ma hemm ċertezza sħiħa dwar jekk il-Land ta’ Berlin ġiex fornut b’moduli ta’ softwer ġodda, fil-marġini tal-kooperazzjoni mal-belt ta’ Köln, billi ċaħħad l-akkwist tiegħu mis-suq jew billi rrikorra għall-istess suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Fis-seduta, ir-rappreżentant tal-ISE afferma li, f’Lulju tal-2018, il-Land ta’ Berlin kien preċedentement ippubblika sejħa sabiex jilqa’ offerti għall-iżvilupp tal-programm, għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3500000</FT>.</P></NOTE>. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika din id-data fattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-iżvilupp futur tal-kooperazzjoni tidher li jeħtieġ il-parteċipazzjoni ta’ terzi, sal-punt li l-belt ta’ Köln ippubblikat sejħa (ristretta) sabiex tilqa’ offerti għal aġġornament, attivazzjoni u manteniment tas-softwer imqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha mil-Land ta’ Berlin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Fis-seduta ġie ċċarat li s-sejħa (numru ta’ referenza: 2019-0040-37-3) ġiet ippubblikata fil-ĠU 2019/S 160‑394603 u l-valur ekonomiku tas-sejħa sabiex tilqa’ offerti kien jammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">2000000</FT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>L-integrazzjonijiet u l-aġġornamenti tas-softwer imqiegħed għad-dispożizzjoni mil-Land ta’ Berlin għall-belt ta’ Köln għall-finijiet ta’ kooperazzjoni jikkaratterizzaw ruħhom b’valur ekonomiku għoli. Huwa loġiku, għalhekk, li l-interess tal-operaturi tas-suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Fis-seduta, ir-rappreżentant tal-ISE ddikjara li l-interess ekonomiku ma kienx jinsab fl-akkwist tas-softwer bażiku, jew fil-bejgħ tiegħu, iżda fl-operazzjonijiet konsekuttivi ta’ aġġornament, manteniment u żvilupp tal-programm tal-kompjuter.</P></NOTE> ikun iffokat fuq il-kuntratti konsekuttivi għall-aġġornament, manteniment u żvilupp tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Għall-ISE, il-kumplikazzjoni teknika ta’ dawn l-operazzjonijiet ma tippermettix li xi ħadd minn barra l-manifattur tas-softwer ikun f’kundizzjoni li jwettaqhom. Li kieku kien hekk, id-deċiżjoni fir-rigward tal-akkwist oriġinali tas-softwer kien ikollu valur rilevanti fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi ulterjuri, b’tali mod li tibblokka, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, l-intervent ta’ operaturi differenti mill-kreatur tal-programm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>F’din iċ-ċirkustanza (li l-verifika tagħha taqa’ f’idejn il-qorti tar-rinviju), ir-rekwiżit li operaturi tas-suq ma jitqiegħdux f’pożizzjoni pprivileġġata fil-konfront tal-kompetituri tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Iżda wkoll l-għan li l-kuntratt jingħata lill-operatur li jissottometti l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża.</P></NOTE>, ikun jeżiġi attenzjoni speċjali fil-formulazzjoni tas-sejħa għal għoti ta’ kuntratti relatati mal-provvisti konsekuttivi. B’mod partikolari, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni indispensabbli lill-persuni potenzjalment ikkonċernati sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Fis-seduta, ġie diskuss jekk kienx biżejjed li jiġi ppreċiżat, fis-sejħa għall-għoti ta’ kuntratti ulterjuri, li l-offerent magħżul ikollu aċċess għall-kodiċi sors tas-softwer. Il-belt ta’ Köln li kienet aġġixxiet b’dan il-mod, minkejja li skont ISE dan ma jkunx biżżejjed, fid-dawl tad-diffikultajiet prattiċi sabiex jiġu attivati, mingħajr riskji, l-aġġornamenti mill-programm bażiku.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Madankollu din il-miżura taf tirriżulta insuffiċjenti, liema fatt ikun jindika li l-problema tinsab f’mument preċedenti: jiġifieri, fl-akkwist innifsu tas-softwer. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk mill-akkwist oriġinali tirriżultax sitwazzjoni ta’ esklużività, għal raġunijiet tekniċi, li tiddetermina minn qabel il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti ulterjuri u, abbażi ta’ din is-suppożizzjoni, tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-effetti tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Il-possibiltà li jirriżulta effett ta’ imblukkar, ladarba s-softwer oriġinali jkun ġie akkwistat, għandha tiġi kkunsidrata, idealment, fil-moment tal-akkwist tiegħu. Jekk ma jsirx hekk, fis-sitwazzjoni attwali din il-kunsiderazzjoni ma tkunx possibbli u r-rimedji jistgħu jkunu biss sabiex itaffu. Waqt is-seduta, il-Kummissjoni ssuġġeriet li l-manifattur tas-softwer jintalab jasal għal kompromess ta’ kooperazzjoni mal-offerenti magħżula ta’ provvisti konsekuttivi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, risposti li ġejjin għad-domandi preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali Superjuri Ċivili u Kriminali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ softwer miftiehem bil-miktub bejn żewġ awtoritajiet kontraenti, marbut bi ftehim ta’ kooperazzjoni bejniethom, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT><P>In-natura oneruża ta’ din ir-relazzjoni kuntrattwali teżisti anki meta l-amministrazzjoni li tkun id-destinatarja tas-softwer ma tkunx marbuta tħallas prezz jew tirrimborsa l-ispejjeż tas-softwer, jekk kull parti (u, għaldaqstant, anki d-destinatarju) tobbliga ruħha li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-parti l-oħra l-aġġornamenti u l-iżviluppi futuri ta’ dan is-softwer, u dawn ikunu indispensabbli għall-provvista ta’ servizz pubbliku li għandha tingħata miż-żewġ awtoritajiet kontraenti, b’tali mod li jkun inevitabbli li dawn l-aġġornamenti u l-iżviluppi jseħħu.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti f’konformità mal-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 ma għandhiex neċessarjament taqa’ fuq is-servizzi pubbliċi nnifishom li għandhom jiġu pprovduti liċ-ċittadini. Kooperazzjoni li s-suġġett tagħha huma l-attivitajiet ta’ sostenn għal dawn is-servizzi, fost ipoteżijiet oħra, għandha tkun koperta mill-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24, fejn l-attività anċillari tkun strument indispensabbli għas-servizz pubbliku, b’tali mod li s-servizz ikun jiddependi mill-attività anċillari sabiex jiġi eżegwit.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="19"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti li tqiegħed lil operatur privat f’pożizzjoni ta’ vantaġġ meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu fis-suq ma tistax tkun koperta mill-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>