European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/498

21.1.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11715 — ALSO / WESTCOAST UK IRELAND FRANCE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/498)

1.   

Fl-14 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ALSO Holding AG (“ALSO”, l-Iżvizzera), ikkontrollata finalment minn Droege Group AG (il-Ġermanja),

—

Westcoast Holdco Limited (“Westshore Holdco”, ir-Renju Unit), u s-sussidjarji tagħha Clarity Computer (Distribution) Limited t/a Westcoast Ireland (l-Irlanda), STL Holdco Limited (ir-Renju Unit), Westcoast France SAS (Franza), Westcoast Limited (ir-Renju Unit), u Spire Technology Limited (ir-Renju Unit) (kollha flimkien imsejħa “Westcoast Target”). Westcoast Holdco hija l-kumpannija holding tal-grupp Westcoast u finalment ikkontrollata mis-Sur Graham Chambers, is-Sur Muhamed Amin Hemani u s-Sur Leon Hemani.

ALSO se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Westcoast Target.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

ALSO hija attiva wkoll fl-Ewropa fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ prodotti fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, l-elettronika tal-konsumatur, l-istampar ta’ oġġetti tal-konsum, u servizzi relatati, u sa ċertu punt aktar limitat fil-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-elettronika għall-konsumatur,

—

WestCoast Target hija attiva fid-distribuzzjoni bl-ingrossa tal-IT ta’ prodotti ta’ software u hardware. B’mod partikolari, Westcoast Target tikkummerċjalizza, tbigħ u tqassam tagħmir informatiku personali, telefowns, servers, tagħmir għall-ħżin u għan-netwerking, provvisti tal-istampar, kif ukoll tagħmir awdjoviżiv u aċċessorji relatati lil rivendituri u bejjiegħa bl-imnut. Westcoast Target topera b’mod predominanti fl-Ewropa, prinċipalment fir-Renju Unit, fl-Irlanda u fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11715 — ALSO / WESTCOAST UK IRELAND FRANCE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/498/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)