Official Journal L 022 , 24/01/1997 P. 0019 - 0020
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 123/97 tat-23 ta' Jannar 1997 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 17 (2) tiegħu, Billi kien ġie mitlub tagħrif addizzjonali li jirrigwarda ċerti ismijiet innotifikati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 sabiex jiġi żgurat illi jħarsu l-Artikoli 2 sa 4 ta' dan ir-Regolament; billi dan it-tagħrif addizzjonali juri illi l-ismijiet iħarsu l-Artikoli msemmija; billi għalhekk għandhom jiġu rreġistrati u miżjuda fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1107/96 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/96 [3]; Billi, wara l-adeżjoni ta' tliet Stati Membri ġodda, il-perjodu taż-żmien ta' sitt xhur ipprovdut fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 irid jibda fid-data ta' l-adeżjoni tagħhom; billi wħud mill-ismijiet innotifikati minn dawn l-Istati Membri jħarsu l-Artikoli 2 sa 4 ta' dan ir-Regolament u għandhom għalhekk jiġu rreġistrati; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-Denominazzjonijiet ta' l-Oriġini, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-ismijiet fl-Anness ma' dan ir-Regolament huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Jannar 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 208, ta’ l-24. 7. 1992, p. 1. [2] ĠU Nru L 148, tal-21. 6. 1996, p. 1. [3] ĠUNru L 163, tat-2. 7. 1996, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS A. IL-PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT Prodotti bbażati fuq il-laħam IL-ĠERMANJA - Ammerlaender Dielenrauchschinken/Ammerlaender Katenschinken (IĠP) - Ammerlaender Schinken/Ammerlaender Knochenschinken (IĠP) - Schwarzwaelder Schinken (IĠP) Il-Ġobnijiet IL-ĠERMANJA - Allgaeuer Bergkaese (DPO) - Allgaeuer Emmentaler (DPO) [1] - Altenburger Ziegenkaese (DPO) L-AWSTRIJA - Gailtaler Almkaese (DPO) Iż-Żejt taż-żebbuġa L-ITALJA - Riviera Ligure (DPO) Il-Frott, il-ħaxix ta' l-ikel u ċ-ċereali IL-GREĊJA - Iċ-Ċirasa Κεράσια τραγανά Ροδοχωρίου (Il-Kerasia Tragana Rodochoriou) (OEM) - Iż-Żebbuġ tal-Mejda Κονσερβολιά Πηλίου Βόλου (Il-Konservolia Piliou Volou) (OEM) [2] IL-FINLANDJA - Il-Patata Lapin Puikula (DPO) Il-Ħut frisk, il-molluski u l-krustaċji u l-prodotti dderivati minnhom IR-RENJU UNIT - Gajdri Whitstable (IĠP) B. L-OĠĠETTI TA' L-IKEL ELENKATI FL-ANNESS I MAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92 Il-Ħobż, l-għagina, il-kejkijiet, l-oġġetti tal-ħelu, il-gallettini u oġġetti oħra tal-furnar għall-bejgħ IL-ĠERMANJA - Aachener Printen (IĠP) Il-Gomma u r-reżina naturali IL-GREĊJA - Τσίκλα Χίου (Iz-Tsikla Chiou) (OEM) - Μαστίχα Χίου (Il-Masticha Chiou) (OEM) Ċ. IL-PRODOTTI AGRIKOLI ELENKATI Fl-ANNESS II MAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92 Iż-Żjut essenzjali IL-GREĊJA - Iż-Żejt mastiku Μαστιχέλαιο Χίου (Mastichelaio Chiou) (OEM) [1] Mhix imfittxa l-protezzjoni għall-isem 'Emmentaler'. [2] Il-protezzjoni ta' (piliou) mhijiex imfittxa --------------------------------------------------