12004V130

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 1 - Stabbiliment u funzjonament tas-Suq Intern - Artikolu III-130

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0058 - 0058


Artikolu III-130

1. L-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Kostituzzjoni.

2. Is-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' persuni, servizzi, merkanzija u kapital huwa żgurat skond il-Kostituzzjoni.

3. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta regolamenti u deċiżjonijiet Ewropej li jiddeterminaw il-linji gwida u l-kondizzjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat progress bilanċjat fis-setturi kollha konċernati.

4. Meta tfassal il-proposti tagħha sabiex tilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tqis il-livell ta' l-isforz li ċerti ekonomiji li juru differenzi fl-iżvilupp ikollhom isostnu għall-istabbiliment tas-suq intern u tista' tipproponi miżuri xierqa.

Jekk dawn il-miżuri jieħdu l-forma ta' derogi, għandhom ikunu ta' natura temporanja u għandhom jikkawżaw l-inqas disturbi possibbli lill-funzjonament tas-suq intern.

--------------------------------------------------