Official Journal L 190 , 23/07/1999 P. 0036 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 1999 li temenda d-deċiżjoni 98/568/KE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Gwatemala (notifikata skond id-dokument numru K(1999) 1828) (Test b’relevanza ŻEE) (1999/487/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti ta’ sajd [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu, (1) billi l-Artikolu 1 tad-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 98/568/KE tas-6 ta’ Ottubru 1998 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li joriġinaw fil-Gwatemala [3], illi tgħid illi id-Direción General de Servicios Pecuarios (Digesepe) del Ministerio de Agrikultura, Ganadería y Alimentación ser tkun l-awtorità kompetenti fil-Gwatemala biex tivverifika u tiċċertifika konformità ta’ prodotti ta’ ħut u akwakultura mar-rekwiżiti tad-direttiva 91/493/KEE; (2) billi, wara ristrutturar tal-Gvern tal-Guatamela, l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikati ta’ saħħa għall-prodotti tal-ħut (Digesepe) tbiddlu għall-Area de Inocuidad de Alimentos - Unidad de Normas y Regulaciones (AIA - UNR) u din l-awtorità l-ġdida hija kapaċi li tivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; billi huwa, għaldaqstant, neċessarju illi tkun modifikata n-nomina ta’ l-awtorità kompetenti imsemmija mid-Deċiżjoni 98/568/KE u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa inkluż fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni: (3) billi l-miżuri preskritti f’din id-DEĊIŻJONI huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, prevista ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/568/KE hija emendata kif ġej. 1. L-Artikolu 1 għandu jkun mibdul b’dan li ġej: "L- Artikolu 1 Il- Area de Inocuidad de Alimentos - Unidad de Normas y Regulaciones (AIA - UNR) tal- Ministerio de Agrikoltura, Ganaderia y Alimentación ser tkun l-awtorità kompetenti fil-Gwatemala biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mar-rekwiżiti tad-direttiva 91/493/KEE." 2. l-Anness A ser jinbidel b’ dan l-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 2 Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 277, ta’ l-14.10.1998, p. 27. -------------------------------------------------- ANNESS l-Anness A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------