02018R2035 — MT — 01.01.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2035 tat-18 ta' Ottubru 2018 (ĠU L 327 21.12.2018, p. 17) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/906 tat-13 ta' Marzu 2019 |
L 145 |
4 |
4.6.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2035
tat-18 ta' Ottubru 2018
li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuna għall-perjodu 2019-2021
Artikolu 1
Implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art
Fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Diviżjonijiet 2a, 3a u s-Subżona 4 tal-ICES), l-obbligu ta' ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għas-sajd demersali li huwa soġġett għal limiti ta' qbid skont dan ir-Regolament għall-perjodu 2019-2021.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “Pannell Seltra” huwa apparat ta' selettività li:
— huwa magħmul minn pannell ta' fuq b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 270 mm (malja maqrut) imqiegħed f'sezzjoni ta' erba' pannelli u magħqud f'daqqa bil-proporzjon ta' tliet malji ta' daqs 90 mm għal kull malja waħda ta' 270 mm, jew b'pannell ta' fuq li jkollu daqs tal-malja ta' mill-inqas 140 mm (malja kwadra);
— ikun mill-inqas twil tliet metri;
— jitqiegħed mhux aktar minn erba' metri 'l bogħod mis-siegla tal-għeluq; kif ukoll
— jkun daqs il-wisgħa kollha tas-saff ta' fuq tax-xibka tat-tkarkir (jiġifieri minn ċmusa sa ċmusa).
(2) “Apparat ta' selettività Netgrid” huwa apparat ta' selettività magħmul minn sezzjoni b'erba' pannelli imdaħħla f'xibka tat-tkarkir b'żewġ pannelli b'xibka inklinata ta' malja maqrut b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 200 mm, li twassal għal toqba minn fejn jaħarbu l-ħut fil-parti ta' fuq tax-xibka.
(3) “Pannell Fjamming” hija l-aħħar sezzjoni tal-malja tax-xibka tat-tkarkir bi travu, li tidjieq għal xejn u li:
— il-parti ta' wara tagħha tkun imqabbda direttament mal-manka;
— is-sezzjonijiet ta' fuq u ta' taħt tal-malja jkunu magħmulin b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 120 mm bejn għoqda u oħra;
— meta tkun minxura t-tul tagħha jkun ta' mill-inqas 3 m.
(4) “SepNep” hija xibka tat-tkarkir bid-diriġenti li:
— tkun mibnija b'firxa tad-daqs tal-malja ta' minn 80 sa 99 +≥ 100 mm;
— tkun armata b'ħafna mankijiet bid-daqs tal-malji li jkunu ta' mill-inqas 80 mm sa 120 mm, maqbudin ma' biċċa ta' estensjoni waħda, il-manka ta' fuq nett tkun magħmula b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 120 mm u tkun armata b'pannell li jissepara li jkollu daqs tal-malja massimu ta' 105 mm; kif ukoll
— tista' tkun armata bi gradilja selettiva fakultattiva bi spazju tal-vireg ta' mill-inqas 17-il mm dejjem jekk tkun mibnija b'mod li tippermetti li jaħarbu l-iskampi ż-żgħar.
Artikolu 3
Eżenzjonijiet ta' sopravivenza għall-iskampu
1. L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Diviżjonijiet 2a, 3a u s-Subżona 4 tal-ICES) għall-qabdiet tal-iskampu li jidhru hawn taħt:
(a) qabdiet bin-nases (FPO ( 1 ));
(b) ►M1 qabdiet bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TBN) attrezzati bi: ◄
(1) manka ikbar minn 80 mm; jew
(2) manka b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 70 mm attrezzata b'gradilja selettiva tal-ispeċijiet bi spazju tal-vireg ta' mhux aktar minn 35 mm; jew
(3) manka ta' mill-inqas 35 mm attrezzata b'gradilja selettiva tal-ispeċijiet bi spazju tal-vireg ta' mhux aktar minn 19 mm.
2. Meta jiġi skartat l-iskampu li jinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles sħiħ, minnufih, u fiż-żona fejn ikun inqabad.
3. L-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw, kull sena u malajr kemm jista' jkun qabel il-31 ta' Mejju, l-informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1(b). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija qabel l-1 ta' Awwissu ta' kull sena.
Artikolu 4
Eżenzjoni ta' sopravivenza għal-lingwata komuni
1. L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni 4c tal-ICES, f'distanza ta' sitt mili nawtiċi mill-kosta iżda barra miż-żoni ta' tkabbir identifikata, għall-qabdiet tal-lingwata komuni li huma iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li jsiru bi xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTB) b'daqs tal-malja tal-manka ta' 80-99 mm.
2. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għall-bastimenti li għandhom tul massimu ta' 10 metri u qawwa massima tal-magna ta' 221 kW, meta jistadu f'ilmijiet b'fond ta' 30 metru jew inqas u b'tul ta' ħin tal-irmunkar li ma jkunx iżjed minn siegħa u nofs.
3. Meta tiġi skartata l-lingwata komuni li tinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, din għandha tinħeles minnufih.
Artikolu 5
Eżenzjoni ta' sopravivenza għall-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet kollha soġġetti għal limiti ta' qbid maqbuda fin-nases u xbieki fyke
1. L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni 3a tal-ICES u s-Subżona 4 tal-ICES għall-qabdiet tal-ispeċijiet kollha soġġetti għal limiti ta' qbid maqbuda fin-nases u xbieki fyke (FPO, FYK).
2. Meta jiġi skartat il-ħut fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles minnufih u taħt wiċċ il-baħar.
Artikolu 6
Eżenzjoni ta' sopravivenza għall-qabdiet u l-qabdiet inċidentali tal-barbun bit-tbajja'
1. L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni 3a u s-Subżona 4 tal-ICES għal:
(a) il-barbun tat-tbajja' maqbud bi xbieki (GNS, GTR, GTN, GEN);
(b) il-barbun tat-tbajja' maqbud bit-tartarun Daniż;
(c) il-barbun tat-tbajja' maqbud bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB) b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 120 mm meta jkunu qed jistadu għall-pixxiċatt jew għall-ħut tond fix-xhur tax-xitwa (mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April).
2. Meta jiġi skartat il-barbun tat-tbajja' fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles minnufih.
Artikolu 7
Eżenzjoni ta' sopravivenza għall-barbun tat-tbajja' iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni
1. L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni 2a tal-ICES u s-Subżona 4 tal-ICES u għal qabdiet tal-barbun tat-tbajja' iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li jsiru bi xbieki tat-tkarkir bi travu ta' 80-119 mm (BT2).
2. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika proviżorjament sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jissottomettu malajr kemm jista' jkun qabel il-31 ta' Mejju 2019 informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika din l-eżenzjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Awwissu 2019.
3. Meta jiġi skartat il-barbun bit-tbajja' fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, dan għandu jinħeles minnufih u taħt wiċċ il-baħar.
Artikolu 8
Eżenzjoni ta' sopravivenza għar-rebekkini u r-raj
1. L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Diviżjonijiet 2a, 3a u s-Subżona 4 tal-ICES) għal qabdiet tar-rebekkini u r-raj b'kull tip ta' rkaptu tas-sajd.
2. L-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw kull sena u malajr kemm jista' jkun sal-31 ta' Mejju l-informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija qabel l-1 ta' Awwissu ta' kull sena.
3. L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika għar-raja kukù sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw, malajr kemm jista' jkun sal-31 ta' Mejju 2019, informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika dik l-eżenzjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Awwissu 2019.
4. Meta jiġu skartati r-rebekkini u r-raj maqbuda fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, dawn għandhom jinħelsu minnufih u taħt wiċċ il-baħar.
Artikolu 9
Eżenzjonijiet de minimis
B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin skont l-Artikolu 15(4)(c) ta' dak ir-Regolament:
(a) fis-sajd għal-lingwata komuni minn bastimenti li jużaw il-pariti u l-għeżula (GN, GNS, GND, GNC, GTN, GTR, GEN, GNF) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES, u fis-Subżona 4 tal-ICES:
kwantità ta' lingwata komuni li tkun iżgħar mid-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi;
(b) fis-sajd għal-lingwata komuni minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) li għandhom daqs tal-malja ta' 80-119 mm u huma mgħammra b'pannell Fjamming, fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżona 4 tal-ICES:
kwantità ta' lingwata komuni li tkun iżgħar mid-daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' dik l-ispeċi fl-2019 u 5 % fil-bqija tal-perjodu;
(c) ►M1 fis-sajd għall-iskampu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TBN) b'daqs tal-malja ta' 70 mm jew ikbar, armati bi gradilja selettiva tal-ispeċijiet bi spazju tal-vireg ta' mhux aktar minn 35 mm, fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni 3a tal-ICES: ◄
kwantità ta' lingwata komuni, merluzz tal-linja sewda, merlangu, bakkaljaw, pollakkju iswed u merluzz flimkien, li jkunu iżgħar mid-daqs ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 4 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-bakkaljaw, tal-pollakkju iswed u tal-merluzz;
(d) ►M1 fis-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT) b'daqs tal-malja ta' 35 mm jew ikbar, armati bi gradilja selettiva tal-ispeċijiet bi spazju tal-vireg ta' mhux aktar minn 19-il mm, bil-ħruġ mhux ibblukkat għall-ħut, fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni 3a tal-ICES: ◄
kwantità ta' lingwata komuni, merluzz tal-linja sewda, merlangu, bakkaljaw, barbun tat-tbajja', pollakkju iswed, aringa, merluzz tan-Norveġja, arġentina silus u stokkafixx flimkien, li jkunu iżgħar mid-daqs ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 5 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-bakkaljaw, tal-pollakkju iswed, tal-barbun tat-tbajja', tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-merluzz, tal-merluzz tan-Norveġja, tal-arġentina silus, tal-aringa u tal-istokkafixx;
(e) fis-sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni (OTB, OTT, SDN, SSC) b'daqs tal-malja ta' bejn 70 u 99 mm (TR2) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni 4c tal-ICES:
kwantità ta' merlangu u ta' bakkaljaw flimkien li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż is-6 % fl-2019 u l-5 % fl-2020 u fl-2021 tal-qabdiet annwali totali tal-merlangu u tal-bakkaljaw; l-ammont massimu ta' bakkaljaw li jista' jiġi skartat għandu jkun limitat għal 2 % ta' dawk il-qabdiet annwali totali;
(f) fis-sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni (OTB, OTT, SDN, SSC) b'daqs tal-malja ta' bejn 70 u 99 mm (TR2) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjonijiet 4a u 4b tal-ICES:
kwantità ta' merlangu u ta' bakkaljaw flimkien li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż is-6 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali tal-merlangu u tal-bakkaljaw; l-ammont massimu ta' bakkaljaw li jista' jiġi skartat għandu jkun limitat għal 2 % ta' dawk il-qabdiet annwali totali;
(g) ►M1 fis-sajd minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TBN, PTB) b'daqs tal-malja ta' bejn 90 u 119-il mm, armati b'pannell Seltra, jew xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TBN, PTB) b'daqs tal-malja ta' 120 mm jew iżjed, fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni 3a tal-ICES: ◄
kwantità ta' merlangu li jkun iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, sa massimu ta' 2 % tal-qabdiet annwali totali tal-awwista, tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-pollakkju iswed, tal-lingwata komuni, tal-barbun tat-tbajja' u tal-merluzz;
(h) fis-sajd għall-awwista minn bastimenti li jużaw xkieki tat-tkarkir tal-qiegħ b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 99 mm, armati b'SepNep, fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżona 4 tal-ICES:
kwantità ta' barbun tat-tbajja' li jkun iżgħar mid-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni, li ma għandux jaqbeż 3 % tal-qabdiet annwali totali tal-pollakkju iswed, tal-barbun tat-tbajja', tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-bakkaljaw, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-lingwata komuni u tal-iskampu;
(i) fis-sajd għall-gamblu kannella minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjonijiet 4b u 4c tal-ICES:
kwantità tal-ispeċijiet kollha soġġetti għal limiti ta' qbid, li ma għandhiex taqbeż 7 % fl-2019 u l-2020, 6 % fl-2021 tal-qabdiet annwali totali tal-ispeċijiet kollha soġġetti għal limiti ta' qbid;
(j) fis-sajd demersali minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TB) b'daqs tal-malja ta' bejn 100 u 119 mm li jaqbdu l-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżona 4 tal-ICES:
kwantità ta' lipp li jkun iżgħar mid-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' lipp f'dak is-sajd;
l-eżenzjoni de minimis stabbilita f'dan il-punt (j) għandha tapplika proviżorjament sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom sal-31 ta' Mejju 2019 biex jippreżentaw l-informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika l-eżenzjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Awwissu 2019;
(k) fiż-żoni tas-sajd demersali minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB) b'daqs tal-malja ta' 120 mm jew iżjed li jaqbdu l-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżona 4 tal-ICES:
kwantità ta' lipp li jkun iżgħar mid-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' lipp f'dak is-sajd;
(l) fis-sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 119 mm fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżona 4 tal-ICES:
kwantità ta' merlangu li jkun iżgħar mid-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 2 % tal-qabdiet annwali totali tal-barbun tat-tbajja u l-lingwata;
L-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw kull sena, u malajr kemm jista' jkun qabel il-31 ta' Mejju, l-informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika l-eżenzjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa sal-1 ta' Awwissu ta' kull sena l-informazzjoni xjentifika mogħtija;
(m) fis-sajd demersali mħallat bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBB) b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 99 mm fis-Subżona 4 tal-ICES:
kwantità ta' sawrell, li ma għandhiex taqbeż 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali f'dak is-sajd tas-sawrell;
l-eżenzjoni de minimis stabbilita f'dan il-punt (m) għandha tapplika proviżorjament sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw, malajr kemm jista' jkun sal-31 ta' Mejju 2019, informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika l-eżenzjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Awwissu 2019;
(n) fis-sajd demersali mħallat bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBB) b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 99 mm fis-Subżona 4 tal-ICES:
kwantità ta' kavall li ma għandhiex taqbeż 7 % fl-2019 tal-qabdiet annwali totali f'dak is-sajd tal-kavall;
l-eżenzjoni de minimis stabbilita f'dan il-punt (n) għandha tapplika proviżorjament sal-31 ta' Diċembru 2019. L-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jippreżentaw, malajr kemm jista' jkun sal-31 ta' Mejju 2019, informazzjoni xjentifika addizzjonali li tiġġustifika l-eżenzjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Awwissu 2019.
Artikolu 10
Miżuri tekniċi speċifiċi fi Skagerrak
1. Il-ġarr abbord jew l-użu ta' kull xibka tat-tkarkir, tartarun Daniż, xibka tat-tkarkir bi travu jew xibka simili rmunkata li jkollha daqs tal-malja inqas minn 120 mm għandu jkun ipprojbit fi Skagerrak.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jintużaw ix-xbieki tat-tkarkir li ġejjin:
(a) xbieki tat-tkarkir b'manka li jkollhom daqs tal-malja ta' mill-inqas 90 mm, dejjem jekk ikunu armati b'pannell seltra jew b'gradilja selettiva, bi spazju tal-vireg ta' mhux iktar minn 35 mm.
(b) xbieki tat-tkarkir b'manka li jkollhom daqs tal-malja ta' mill-inqas 70 mm (malja kwadra), li jkunu armati b'gradilja selettiva, bi spazju tal-vireg ta' mhux iktar minn 35 mm;
(c) xbieki tat-tkarkir b'daqsijiet minimi tal-malji ta' mhux aktar minn 70 mm għas-sajd tal-ispeċijiet pelaġiċi jew industrijali, sakemm il-qabda tkun tinkludi aktar minn 80 % ta' waħda jew aktar mill-ispeċijiet pelaġiċi jew industrijali;
(d) xbieki tat-tkarkir b'manka b'daqs tal-malja ta' mhux inqas minn 35 mm meta s-sajd ikun tal-gamblu tat-Tramuntana, dejjem jekk ix-xibka tkun armata b'gradilja selettiva bi spazju tal-vireg ta' mhux iktar minn 19 mm.
3. Jista' jintuża apparat għall-konservazzjoni tal-ħut meta s-sajd ikun tal-gamblu tat-Tramuntana, skont il-paragrafu 2(d), dejjem jekk ikun hemm biżżejjed opportunitajiet ta' sajd biex ikopru l-qabdiet inċidentali u jekk l-apparat għall-konservazzjoni tal-ħut ikun:
(a) mibni b'pannell ta' fuq b'malja kwadra ta' daqs minimu ta' 120 mm;
(b) mill-inqas twil 3 metri; kif ukoll
(c) wiesgħa mill-inqas daqs il-gradilja selettiva.
Artikolu 11
SepNep
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/973, għandu jkun permess l-użu tax-xbieki SepNep.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Il-kodiċijiet tal-irkapti li ntużaw f'dan ir-Regolament jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.