<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-325/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0325</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:326">EU:C:2018:326</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20180517">17.5.2018</DATE> – Kawża C‑325/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Industrias Químicas del Vallés</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l‑Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 91/414/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2010/28/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ eżami mill-ġdid, mill-Istati Membri, tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati</KEYWORD><KEYWORD>Terminu</KEYWORD><KEYWORD>Proroga</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑325/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160506">6 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Industrias Químicas del Vallés SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Administración General del Estado,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sapec Agro SA</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn C. Vajda, President tal-Awla, E. Juhász u C. Lycourgos (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: R. Șereș, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Industrias Químicas del Vallés SA, minn C. Fernández Vicién, C. Vila Gisbert, I. Moreno‑Tapia Rivas u J. Robles, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għal Sapec Agro SA, minn G. Pérez del Blanco u T. González Cueto, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Jiménez García, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Galindo Martín u F. Moro, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE tat‑<DATE ISO="20100423">23 ta’ April 2010</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 104, p. 57</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Industrias Químicas del Vallés SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>IQV<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Administración General del Estado (l-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat, Spanja) u Sapec Agro SA fir-rigward ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq (ATS) tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 91/414</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal‑<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332) ġiet imħassra bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tal-fatt li tali revoka daħlet fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE> u li l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħew qabel din id-data, hemm lok li wieħed iħares lejn id-Direttiva 91/414, kif emendata bid-Direttiva 2010/28. Il-ħames sas-seba’ u d-disa’ premessa tad-Direttiva 91/414 kienu jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Billi, minħabba l-perikoli involuti, jeżistu regoli f’ħafna mill-Istati Membri li jirregolaw l-awtorizzazzjoni ta’ profitti għall-ħarsien tal-pjanti; billi dawn ir-regoli fihom differenzi fil-kontenut li jikkostitwixxu ostakoli mhux biss għall-kummerċ tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti iżda wkoll għall-kummerċ fi prodotti li ġejjin mill-pjanti u b’hekk jaffettwaw direttament l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern;</P></CONSID><CONSID><P>Billi għalhekk huwa importanti li jiġu eliminati tali ostakoli permezz ta’ l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri;</P></CONSID><CONSID><P>Billi regoli uniformi għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri neċessarji għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti;</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>Billi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni iridu jassiguraw livell għoli ta’ protezzjoni, li b’mod partikulari, trid tipprevieni l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti meta t-theddida li dawn jippreżentaw għas-saħħa, l-ilma ta’ taht l-art u l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali tieħu prijorità fuq l-għan li tittejjeb il-produzzjoni tal-pjanti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>B’deroga mill-Artikolu 4 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 jew għad-Direttiva [tal-Kunsill 1979/033/KEE tal‑<DATE ISO="19781221">21 ta’ Diċembru 1978</DATE> li tiprojbixxi it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 4, p. 33)], Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din<?PAGE NO="3"?> id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ġewwa t-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I li jkunu diġà qegħdin fis-suq sentejn wara n-notifika ta’ din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Matul il-perjodu ta’ 12-il sena li għalih jirreferi l-ewwel subparagrafu jista’, wara eżami ta’ tali sustanzi attivi mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19, jiġi deċiż bil-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu illi s-sustanza tista tiġi inkluża fl-Anness I u taħt liema kondizzjonijiet jew, f’każijiet fejn ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 ma jkunux issodisfati jew it-tagħrif u l-informazzjoni ma jkunux ġew mogħtija fil-perjodu preskritt, li tali sustanzi attivi ma jiġux inklużi fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw ruħhom li l-awtorizzazzjonijiet relevanti jiġu mogħtija, irtirati jew varjati skond kif xieraq matul perjodu stabbilit.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-applikanti għal awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal-pjanti sabiex jissottomettu ma’ l-applikazzjoni tagħhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dokument li jissoddisfa, fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għal kull sustanza attiva fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, dokument li jissoddisfa, fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness I tal-istess direttiva kien fih il-lista tas-sustanzi attivi li kienu inklużi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bil-għan li jitqiegħdu fis-suq. Dak l-anness ġie emendat bosta drabi, fosthom permezz tad-Direttiva 2010/28 li żiedet il-metalaxyl. L-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE pprevedu l-kundizzjonijiet li kellhom jiġu ssodisfatti, rispettivament, mid-dokument sabiex tiġi inkluża sustanza attiva fl-Anness I u mid-dokument sabiex jiġi awtorizzat prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2010/28</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 8 tad-Direttiva 2010/28 tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(8)</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva [91/414] konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl sabiex jaċċertaw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva [91/414], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, skont il-każ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [91/414]. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva [91/414].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Anness I mad-Direttiva [91/414] qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’konformità mad-Direttiva [91/414], l-Istati Membri għandhom, meta jkun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva sal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Sa dik id-data, dawn għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar il-metalaxyl jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-metalaxyl bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jiġu kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva [91/414] sa mhux aktar tard mit‑<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE>, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-metalaxyl. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva [91/414].</ALINEA><ALINEA><P>Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-metalaxyl bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit‑<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ prodott li fih il-metalaxyl bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat‑<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE> jew sad-data ffissata għat-tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi relevanti fl-Anness I tad-Direttiva [91/414], skont liema waħda hi l-aktar riċenti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ nhar l‑<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>IQV hija kumpannija rregolata mid-dritt Spanjol li l-attivitajiet tagħha jinkludu l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti kimiċi u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. B’mod partikolari hija timporta l-metalaxyl fi Spanja u tbigħ f’diversi Stati Membri prodotti li fihom din is-sustanza attiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Sapec Agro hija kumpannija rregolata mid-dritt Portugiż, li l-għan tagħha huwa l-iżvilupp ta’ prodotti u ta’ soluzzjonijiet għas-saħħa tal-pjanti kif ukoll ta’ nutrijenti attivi. Din il-kumpannija għandha awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20030502">2 ta’ Mejju 2003</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-Deċiżjoni 2003/308/KE li tikkonċerna n-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414 u t-tneħħija ta’ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 38, p. 495). Din id-deċiżjoni ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja bis-sentenza tagħha tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Wara dan l-annullament, ġiet adottata d-Direttiva 2010/28. Hija daħlet fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE> u, għalhekk, f’din l-istess data, il-metalaxyl ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20100430">30 ta’ April 2010</DATE>, infetħet proċedura ta’ eżami mill-ġdid <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fi Spanja dwar l-ATS ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom bħala sustanza attiva l-metalaxyl, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, IQV ippreżentat talba għall-eżami mill-ġdid tal-prodotti tagħha għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl fi ħdan l-amministrazzjoni Spanjola kompetenti, li magħha kien hemm fajl li l-amministrazzjoni ddikjarat bħala komplut fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Sapec Agro wkoll ippreżentat talba għall-eżami mill-ġdid tal-prodotti tagħha għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20101230">30 ta’ Diċembru 2010</DATE>, jiġifieri ġurnata qabel l-iskadenza tat-terminu tal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, Sapec Agro talbet lill-amministrazzjoni Spanjola kompetenti tagħtiha terminu addizzjonali sabiex tkun tista’ tikkompleta l-fajl li hija kienet issottomettiet, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, id-Dirección General de Recursos Agrícolas y Ganaderos (id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Agrikoli u tat-Trobbija, Spanja) tat lil Sapec Agro l-proroga tat-terminu mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Agrikoli u tat-Trobbija ddikjara li d-dokument sottomess minn Sapec Agro dwar is-sustanza attiva metalaxyl kien komplut fir-rigward tal-Anness II tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>IQV ikkontestat din id-deċiżjoni quddiem is-Secretaría General de Medio Rural del Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino (is-Segretarjat Ġenerali tal-Affarijiet Rurali tal-Ministeru għall-Ambjent u għall-Affarijiet Rurali u Marittimi, Spanja). Dan l-appell ġie miċħud bid-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20111107">7 ta’ Novembru 2011</DATE>, minħabba nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>IQV ippreżentat rikors kontenzjuż amministrattiv kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, li ġie wkoll miċħud mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Madrid, Spanja) minħabba nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>IQV appellat fil-kassazzjoni quddiem it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), il-qorti tar-rinviju, billi sostniet, b’mod partikolari, li d-deċiżjoni li jingħata terminu addizzjonali lil Sapec Agro, wara l‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, sabiex tkun tista’ tikkompleta l-fajl tagħha kienet illegali, mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tad-Direttiva 2010/28, iżda wkoll minħabba l-ħtieġa li jiġu protetti l-investimenti magħmula sabiex tiġi prodotta d-data li għandha tiġi kkomunikata għall-finijiet tal-evalwazzjoni tas-sustanza attiva mill-Kummissjoni jew tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li huwa meħtieġ, sabiex issib soluzzjoni għall-kawża li biha ġiet adita, li tinterpreta l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 fid-dawl tal-premessa 8 ta’ din id-direttiva. Il-qorti tar-rinviju tindika li s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) tidher li hija rilevanti f’dan il-qasam u tidher li hija favur il-legalità tal-proroga tat-terminu mogħtija mid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Agrikoli u tat-Trobbija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li, kuntrarjament għall-fatti li oriġinaw il-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, il-fatti inkwistjoni fil-kawża pendenti quddiemha ma jikkonċernawx aġir kontradittorju tal-awtoritajiet li wassal għal konfużjoni għall-parti kkonċernata, u li t-terminu inkwistjoni, kif id-Direttiva 2010/28 tippreċiża b’mod ripetut, skada fil‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1)</NO.P><TXT>Id-data ta’ skadenza prevista fid-Direttiva [2010/28], bil-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>sal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> fl-Artikolu 3(1) jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Sa dik id-data<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), ukoll b’riferiment għall‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, fir-rigward tat-terminu ta’ sitt xhur imsemmi fil-premessa 8 tad-Direttiva [2010/28], hija terminu perentorju minħabba l-għan segwit mis-sistema tad-Direttiva [91/414], li tipprekludi li l-Istati jistgħu jestenduha, b’mod li l-kalkolu tagħha huwa esklużivament iddeterminat [mid-Direttiva 2010/28]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li dan it-terminu jista’ jiġi pprorogat, id-deċiżjoni dwar tali proroga għandha tittieħed mingħajr ma tkun suġġetta għar-regoli speċifiċi tal-proċedura li jirregolaw il-preżentazzjoni u l-adozzjoni tagħha, jew din id-deċiżjoni taqa’ fil-kompetenza tal-Istati, li għandhom jiddeċiedu skont il-leġiżlazzjoni interna tagħhom sa fejn huma d-destinatarji tad-dispożizzjonijiet tal-proċedura prevista fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva [2010/28]?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 għandux jiġi interpretat fis-sens li t-terminu li huwa jipprevedi, li skada fil‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, sabiex jippermetti lill-Istati Membri jemendaw jew jirtiraw, konformement mad-Direttiva 91/414, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva, jikkostitwixxix terminu perentorju jew jekk dan jistax jiġi pprorogat minn dawn l-Istati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Thomas Philipps</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑419/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:468">EU:C:2016:468</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Jafari</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑646/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:586">EU:C:2017:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, l-ewwel subparagrafu tiegħu jiddisponi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[f]’konformità mad-Direttiva [91/414], l-Istati Membri għandhom […] jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva sal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> It-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni jipprevedi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[s]a dik id-data, [l-Istati Membri] għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar il-metalaxyl jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn din il-formulazzjoni jirriżulta li d-data tal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> li tissemma fiha kienet tidher li hija skadenza, u li għaliha ma hija prevista ebda possibbiltà ta’ proroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest li fih tinsab id-dispożizzjoni inkwistjoni, l-eżami tiegħu jidher li jattribwixxi natura perentorja lit-terminu previst u, għaldaqstant, mhux prorogabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jelenka b’mod ċar il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ osservanza, fil‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, tal-kundizzjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu tal-imsemmi artikolu, b’mod partikolari tal-obbligu tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni eżistenti ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-metalaxyl, li jkollu, f’din id-data, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414 jew li jkollu aċċess għalih. Dawn il-konsegwenzi jinkludu l-emenda jew l-irtirar ta’ tali awtorizzazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 jistabbilixxi, konformement mal-għan previst fis-seba’ premessa tad-Direttiva 91/414, qafas uniformi fl-Unjoni kollha, li jinkludi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jipproċedu bl-emenda jew bl-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl, kif ukoll l-obbligi imposti fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-fajls relatati mal-imsemmija prodotti. Il-fatt li l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mill-iskadenza tal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> jipperikola n-natura uniformi ta’ dan il-qafas u, għaldaqstant, l-osservanza tal-ugwaljanza fit-trattament bejn id-detenturi ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/28 jipprevedi, b’deroga mill-ewwel paragrafu tal-istess artikolu, termini itwal minn dak previst f’dan l-aħħar paragrafu sabiex jippermettu lill-Istati Membri jipproċedu għal rievalwazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati li jkun fihom il-metalaxyl bħala l-unika sustanza attiva jew flimkien ma’ sustanzi attivi oħra. Issa, li kieku l-Istati Membri kienu fid-dritt, kif isostni l-Gvern Spanjol, li jipprorogaw, għal raġunijiet debitament iġġustifikati, it-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, l-inklużjoni, fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, ta’ tali deroga espliċita mit-terminu previst fl-ewwel paragrafu, kien ikun inutli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tielet nett, in-natura mhux prorogabbli tat-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 hija kkorroborata wkoll mill-formulazzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, din id-dispożizzjoni tipprevedi li, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi jew li ma tinkludix sustanza attiva fl-Anness I ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw ruħhom li l-awtorizzazzjonijiet rilevanti jiġu mogħtija, irtirati jew varjati skont kif xieraq, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>matul il-perjodu stabbilit<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Issa, dan il-perijodu għandu jinftiehem bħala dak bi skadenza li tikkorrispondi mad-data msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, jiġifieri l‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, fir-rigward tal-iskop tad-Direttiva 2010/28, għandu jiġi osservat li din tal-aħħar hija direttiva ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 91/414. Hija għandha għalhekk, bis-saħħa ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, tiġi interpretata, sa fejn ikun possibbli, konformement mal-att bażiku tagħha, jiġifieri d-Direttiva 91/414 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Feinchemie Schwebda u Bayer CropScience</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:296">EU:C:2008:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑696/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:595">EU:C:2017:595</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont il-ħames, is-sitt u d-disa’ premessa tagħha, id-Direttiva 91/414 għandha l-għan li telimina l-ostakoli għall-kummerċ intra-Komunitarju tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li żżomm livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-fatt li tiġi permessa l-proroga tat-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 jimplika r-riskju li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva metalaxyl, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Anness I tad-Direttiva 91/414, kif emendata bid-Direttiva 2010/28, b’mod partikolari l-livell ta’ purità stabbilit, jibqgħu fis-suq wara d-data tal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Tali konsegwenza tmur kontra l-għan li għandu jintlaħaq li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 29 sa 37 ta’ din is-sentenza jirriżulta li t-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 jikkostitwixxi terminu perentorju, li ma jistax jiġi pprorogat mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma hijiex ta’ natura li tqiegħed inkwistjoni din il-konklużjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-kawża li wasslet għal din is-sentenza kienet tirrigwarda terminu stabbilit mill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-inklużjoni tal-metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva 91/414, u l-possibbiltà għal din l-istituzzjoni, u mhux għall-Istati Membri, li temenda dan it-terminu. Min-naħa l-oħra, fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, mill-Istati Membri, ta’ ATS eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl, il-kwistjoni tirrigwarda, fir-rigward ta’ terminu stabbilit mill-Kummissjoni u inkorporat fid-dispożizzjonijiet ta’ direttiva, jekk l-Istati Membri jistgħux, b’mod unilaterali, jipprorogaw dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq il-fatt li l-parti kkonċernata kienet tpoġġiet f’pożizzjoni fejn kien impossibbli li tippreżenta fajl komplut fit-terminu stabbilit, parzjalment minħabba l-aġir kontradittorju tal-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-Kummissjoni. Issa, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li kien il-każ fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, Sapec Agro ma kinitx, f’dan il-każ, affettwata minn dan it-tip ta’ ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tagħha. Għall-kuntrarju, l-obbligu, fit-terminu stabbilit, li jkollha jew li jista’ jkollha aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414 kien ġie stabbilit b’mod ċar mill-bidu tal-proċedura, peress li dan kien previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal preċedentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu li huwa jipprevedi, li skada fil‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, sabiex jippermetti lill-Istati Membri jemendaw jew jirtiraw, konformement mad-Direttiva 91/414, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva, jikkostitwixxi terminu perentorju, liema terminu ma jistax jiġi pprorogat minn dawn l-Istati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>It-tieni domanda hija bbażata fuq il-premessa li d-data tal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, prevista fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, tikkostitwixxi terminu li jista’ jiġi pprorogat mill-Istati Membri. Issa, mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li d-data inkwistjoni ma tistax tiġi pprorogata minn dawn l-Istati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma hemmx lok li tingħata risposta għal din it-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE tat‑<DATE ISO="20100423">23 ta’ April 2010</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu li huwa jipprevedi, li skada fil‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, sabiex jippermetti lill-Istati Membri jemendaw jew jirtiraw, konformement mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal‑<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva, jikkostitwixxi terminu perentorju, liema terminu ma jistax jiġi pprorogat minn dawn l-Istati.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>