31995R0737



Official Journal L 073 , 01/04/1995 P. 0066 - 0066


Ir-Regolament tal-Kummissijoni

(KE) Nru 737/95 tat-30 ta' Marzu tal-1995 dwar waqfien ta' sajd għal ħalibatt ta' Greenland minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll li japplika għall-politika komuni ta' sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3377/94 tal-20 ta' Diċembru 1994 jalloka, għall-perjodu sal-31 ta' Marzu 1995, ċerti kwoti ta' qbid bejn Stati Membri għal bastimenti li jistadu ż-żona ekonomika esklussiva tan-Norveġja u ż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen [2], jipprovdi għal kwoti ta' ħalibatt ta' ħalibatt għal 1995;

Billi sabiex tassigura konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjonijiet kwantitattivi fuq il-qbid ta' ħażniet suġġetti għal kwoti, huwa meħtieġ għall-Kummissjoni li tiffissa d-data sa meta qbid magħmul minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru huma meqjusa li issodisfaw il-kwota allokata;

Billi, skond l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, qbid ta' ħalibatt ta' Greenland fl-ibħra ta' divisjonijiet ICES I u II a u b (ibħra Norveġiżi tramuntana ta' 62 N) minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew reġistrata fi Stat Membru laħqu l-kwota allokata għal 1995,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qbid ta' ħalibatt ta' Greenland fl-ibħra ta' divisjonijiet ICES I u II a u b (ibħra Norveġiżi tramuntana ta' 62 N) minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew reġistrati fi Stat Membru huma meqjusa li issodisfaw il-kwota allokata lill-Komunità għal 1995.

Sajd għal ħalibatt ta' Greenland fl-ibħra ta' diviżjonijiet ICES I u II a u b (ibħra Norveġiżi tramuntana ta' 62 N) minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew reġistrati fi Stat Membru huwa projbit, kif ukoll iż-żamma abbord, it-trasport u l-iżbark ta' dik il-ħażna maqbuda mill-bastimenti msemmija hawn fuq wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, 30 ta' Marzu 1995.

Għall-Kummissjoni

Emma Bonino

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU No L 261, tal-20.10.1993, p. 1.

[2] ĠU No L 363, tal-31.12.1994, p. 122.

--------------------------------------------------