16.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1497

tal-15 ta’ Ottubru 2020

dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80 184 u mill-Escherichia coli KCCM 80 096 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80 184 u mill-Escherichia coli KCCM 80 096 bħala addittiv tal-għalf għall-użu fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80 184 u mill-Escherichia coli KCCM 80 096 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Novembru 2019 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80 184 u mill-Escherichia coli KCCM 80 096 ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80 184 u mill-Escherichia coli KCCM 80 096 hija sors effettiv ta’ metijonina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li sabiex ikun effettiv fl-ispeċijiet ruminanti daqs fl-ispeċijiet mhux ruminanti, l-addittiv jenħtieġ li jiġi protett kontra d-degradazzjoni fil-kirxa.

(6)

L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni ta’ dan l-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dan l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u l-grupp funzjonali “l-amminoaċidi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2019;17(12):5917.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

3c305

–

L-metijonina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Trab b’minimu ta’ 98,5 % ta’ L-metijonina u b’kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 0,5 %

------------------

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

L-metijonina prodotta bil-fermentazzjoni mal-Corynebacterium glutamicum KCCM 80 184 u mal-Escherichia coli KCCM 80 096

Formula kimika: C5H11NO2S

Numru CAS: 63-68-3.

------------------

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-L-metijonina fl-addittiv tal-għalf:

—

Il-Codex tal-Kimiki tal-Ikel: “Monografija tal-L-metijonina” (identifikazzjoni) u

—

Kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17 180 (kwantifikazzjoni)

Għad-determinazzjoni tal-metijonina fit-taħlitiet lesti minn qabel:

—

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD) – EN ISO 17 180 u

—

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

Għad-determinazzjoni tal-metijonina fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

—

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F)

Għad-determinazzjoni tal-metijonina fl-ilma:

—

kromatografija bi skambju ta’ joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fotometrika (IEC-VIS)

L-ispeċijiet kollha

–

–

–

1.

L-L-metijonina tista’ titqiegħed fis-suq u tista’ tintuża bħala addittiv fil-forma ta’ preparat.

2.

L-L-metijonina tista’ tintuża permezz tal-ilma tax-xorb.

3.

It-tikkettar tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandu jindika dan li ġej:

“Għandhom jitqiesu l-amminoaċidi essenzjali u dawk kundizzjonalment essenzjali kollha, fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-metijonina, b’mod partikolari fl-ilma tax-xorb, biex jiġu evitati l-iżbilanċi.”

5.11.2030


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports