31995R2230



Official Journal L 225 , 22/09/1995 P. 0001 - 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/95

tal-21 ta’ Settembru 1995

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 933/94 li jistipula s-sustanzi attivi ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti jinnomina l-Istati Membri li għandhom jirraportaw dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti fis-suq [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/36/KE [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992, li jistipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol li għalih jirreferi l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE dwar it-tqegħid ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti fis-suq [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 491/95 [4], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 6(5) ta’ l-istess,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 933/94 [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 491/95, jistipula li s-sustanzi attivi ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti u jinnomina l-Istati Membri li għandhom jirraportaw dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92;

Billi r-Regolament (KE) Nru 491/95 emenda r-Regolamenti (KEE) Nru 3600/92 u (KE) Nru 933/94 biex jieħdu kont ta’ l-impatt possibbli tas-sħubija ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u biex jipprovdu għall-integrazzjoni ta’ l-awtoritajiet nominati u l-produtturi (inklużi importaturi ta’ sustanzi attivi prodotti barra l-Komunità) ta’ dawk it-tliet Stati Membri fi ħdan l-ewwel programm ta’ xogħol li għalih jirreferi l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE; billi huwa meħtieġ li jiġi fissat limitu ta’ żmien ġdid għas-sottomissjoni ta’ rapporti mill-produtturi li nnotifikaw skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (1a) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92;

Billi, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6(4) u (5) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għandu jiġi ffissat terminu ġdid għas-sottomissjoni tar-rapporti li jikkonċernaw ċerti sustanzi attivi, a bażi tar-raġunijiet rapportati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri li għandhom jirraportaw fejn intwera li dewmien ġie kkawżat mill-isforzi biex jiġu ppreżentati dokumenti kollettivi jew minħabba li ġie appuntat Stat Membru ġdid biex jirrapporta jew minħabba forza maġġuri;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 933/94 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-segwenti paragrafu 3a:

"3a. Il-produtturi, stabbiliti fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, li ssottomettew in-notifikazzjonijiet fiż-żmien stipulat skond l-Artikolu 4(1a) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 huma elenkati fl-Anness IA li jinsab ma’ dan ir-Regolament b’kodiċi ta’ tlett ittri mas-sustanza attiva korrispondenti. L-isem u l-indirizz ta’ kull produttur huwa identifikat għal kull kodiċi fl-Anness IIA li jinsab ma’ dan ir-Regolament."

2. L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit bis-segwenti:

"Artikolu 2

1. It-terminu għas-sottomissjoni lill-Istati Membri li qed jirraportaw tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fit-tielet indent ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 huwa ffissat għat-30 ta’ April 1995.

2. It-terminu msemmi fil-paragrafu 1 huwa estiż sal-31 ta’ Ottubru 1995 għal dawk li għandhom jinnotifikaw li huma elenkati fl-Anness I, barra minn dawk li jkunu nfurmaw lill-Istat Membru li qed jirrapporta u lill-Kummisjoni bl-irtirar tagħhom mill-programm ta’ xogħol skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, għas-sustanzi attivi li ġejjin:

Alachlor

Amitraz

Bromoxynil

Carbendazim

Chlorothalonil

Chlorpyrifos

Chlortoluron

Cypermethrin

2,4-D

Deltamethrin

Desmedipham

Endosulfan

Ethofumesate

Fentin acetate

Fentin hydroxide

Fenvalerate

Glyphosate

Ioxynil

Isoproturon

Lindane

Linuron

Mancozeb

MCPA

Mecoprop

Mecoprop-P

Metalaxyl

Methamidophos

Metsulfuron

Paraquat

Parathion-methyl

Pendimethalin

Permethrin

Phenmedipham

Propyzamide

Simazine

Thiophanate-methyl

Thiram

Zineb

Ziram

3. It-terminu msemmi fil-paragrafu 1 huwa estiż sat-30 ta’ April 1996 għal dawk li għandhom jinnotifikaw u li huma stabbiliti fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u elenkati fl-Anness IA."

3. L-Annessi IA u IIA huma miżjuda, kif muri fl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Settembru 1995.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 172, tat-22.7.1995, p. 8.

[3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.

[4] ĠU L 49, ta’ l-4.3.1995, p. 50.

[5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS IA

Lista addizzjonali ta' dawk li għandhom jinnotifikaw (kodifika ta' identifikazzjoni)

Sustanza Attiva | Kodiċi ta' min għandu jinnotifika |

Aċefat | BUY |

Klorpifos | SAC |

Propikonażol | SAC |

Maleic hydorzide | DAH |

Glifożat | SAC |

""

ANNESS IIA

Lista addizzjonali ta' dawk li għandhom jinnotifikaw kodifika ta' identifikazzjonijiet, ismijiet u indirizzi

Kodiċi ta' identifikazzjoni | Isem | Indirizz |

BUY | B & S Buy & Sell GmbH | Schloßgraben 16 A-6800 Feldkirch |

DAH | S Dahlberg | Borgstigen 9 S-133 33 Saltsjöbaden |

SAC | Sanachem GmbH | Kolingasse 19 A-1090 Wien |

"

--------------------------------------------------