1977R1180 — MT — 01.07.1997 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1180/77

tas-17 ta’ Mejju 1977

dwar importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija

(ĠU L 142, 9.6.1977, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COUNCIL REGULATION (EEC) No 2387/77 of 28 October 1977 (*)

  L 278

13

29.10.1977

 M2

COUNCIL REGULATION (EEC) No 2766/78 of 23 November 1978 (*)

  L 332

26

29.11.1978

 M3

COUNCIL REGULATION (EEC) No 2923/79 of 20 December 1979 (*)

  L 333

14

27.12.1979

 M4

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3540/80 of 22 December 1980 (*)

  L 370

82

31.12.1980

 M5

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3550/81 of 3 December 1981 (*)

  L 356

14

11.12.1981

 M6

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3489/82 of 10 December 1982 (*)

  L 372

14

30.12.1982

 M7

COUNCIL REGULATION (EEC) No 664/84 of 13 March 1984 (*)

  L 73

11

16.3.1984

 M8

COUNCIL REGULATION (EEC) No 435/85 of 18 February 1985 (*)

  L 52

1

22.2.1985

 M9

COUNCIL REGULATION (EEC) No 415/86 of 17 February 1986 (*)

  L 48

3

26.2.1986

 M10

COUNCIL REGULATION (EEC) No 800/87 of 16 March 1987 (*)

  L 79

13

21.3.1987

 M11

COUNCIL REGULATION (EEC) No 4016/88 of 21 December 1988 (*)

  L 358

3

27.12.1988

 M12

COUNCIL REGULATION (EEC) No 730/91 of 21 March 1991 (*)

  L 80

3

27.3.1991

 M13

COUNCIL REGULATION (EEC) No 1902/92 of 15 June 1992 (*)

  L 192

3

11.7.1992

 M14

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EC) Nru 2063/96 ta’ l-14 ta’ Ottubru 1996

  L 277

4

30.10.1996

►M15

IR-REGOLMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2008/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997

  L 284

17

16.10.1997



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1180/77

tas-17 ta’ Mejju 1977

dwar importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Billi, f’Deċiżjoni Nru 1/77, il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni KEE-Turkija, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 35(3) tal-Protokoll Addizzjonali, kif emendat bl-Artikolu 10 tal-Ftehim Interim iffirmat fit-30 ta’ Ġunju 1973, jistabbilixxi l-arranġamenti li għandhom ikunu applikati għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija;

Billi l-implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni tinvolvi l-addattamenti tar-Regolamenti tal-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija ġew emendati f’numru ta’ okkażjonijiet wara Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni; filwaqt li t-testi in kwistjoni, minħabba li għandhom jinstabu f’Ġurnali Uffiċjali varji, huma diffiċli biex ikunu użati u għalhekk ma fihomx iċ-ċarezza neċessarja li kull Regolament għandu jkollu; billi hu għalhekk meħtieġ li jkunu kkonsolidati;

Billi, barra minnhekk, sabiex jinġiebu flimkien f’Regolament wieħed kull disposizzjoni dwar importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli fil-Komunità, huwa mixtieq li jiġu inkorporati f’dan ir-Regolament id-disposizzjonijiet imqiegħda bl-Atti tal-Kunsill fit-twettiq tad-disposizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali għal Ftehim li jistabbilixxi kull Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija;

Billi l-Artikolu 4 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi kull Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija jipprovdi għal tnaqqis fit-tariffagħal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ lumi frisk li joriġina fit-Turkija; billi, matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-prezzijiet ta’ referenza dan it-tnaqqis hu soġġett għal li jkun osservat tali prezz fis-suq intern tal-Komunità; billi l-implimentazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti teħtieġ l-adozzjoni ta’ regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tagħhom;

Billi l-arranġamenti proposti għandhom ikunu inklużi fl-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħaxix; billi huwa għalhekk meħtieġ li jingħata kas tad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħaxix ( 2 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 795/76 ( 3 ), u ta’ dawk adottati skond dak ir-Regolament;

Billi l-Artikolu 12 ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi kull Assoċjazzjoni bejn Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija jistipula li l-imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ qamħ għas-smid u skalora prodotta fit-Turkija u ttrasportata dirett minn dak il-pajjiż għal ġewwa l-Komunità għandha tkun l-imposta kkalkulata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali ( 4 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3138/76 ( 5 ), imnaqqsa b’ 0 75 unità ta’ kont għal kull tunnellata metrika;

Billi l-Artikolu 13 ta’ l-Anness hawn fuq imsemmi jistipula li, fuq il-kondizzjoni li t-Turkija tapplika kull impost speċjali fuq l-esportazzjonijiet ta’ segala għal ġewwa l-Komunità, l-impost fuq l-importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ dak il-prodott, ikkalkulata b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75, għandha tkun imnaqqsa b’ammont ugwali għal dak ta’ l-impost imħallas sa massimu ta’ tmien ishma ta’ kont għal kull tunnellata metrika;

Billi huwa neċessarju li jkun stipulat, b’mod konformi mal-Protokoll Addizzjonali, li l-prezz speċjali li għalih saret referenza hawn fuq għandu jkun rifless fil-prezz ta’ segala importat ġewwa il-Komunità; billi, sabiex tassigura li l-arranġamenti in kwistjoni jkunu implimentati b’mod xieraq, huwa neċessarju li jkunu adottati l-miżuri meħtieġa sabiex, waqt li tiġi importata s-segala, l-importatur jipprovdi prova li l-impost ta’ esportazzjoni speċjali ġie mħallas mill-esportatur,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Id-dazji tad-dwana applikabbli għal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ prodotti elenkati fl-Anness I u li joriġinaw fit-Turkija għandhom ikunu mnaqqsa sa l-ammont indikat għal kull wieħed minnhom.

2.  Sal-31 ta’ Diċembru 1977 u permezz ta’ deroga minn paragrafu 1, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw dazji mhux inqas minn dawk elenkati fl-Anness II għal importazzjonijiet ta’ larinġ frisk li jaqa’ taħt subtitolu 08.02 ex A tat-Tariffa Doganali Komuni u ta’ mandolin frisk (li jinkludu mandolin u satsumas), klementini, wilkings u ibridi taċ-ċitru oħra simili li jaqgħu taħt is-subintestatura 08.02 ex B tat-Tariffa Doganali Komuni.

Artikolu 2

Il-komponent stabbilit tad-dazju impost fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ prodotti elenkati fl-Anness III li joriġinaw fit-Turkija għandhom ikunu mnaqqsa sa l-ammont indikat għal kull wieħed minnhom.

Artikolu 3

Għall-prodotti elenkati taħt li joriġinaw fit-Turkija d-dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità għandhom ikunu mnaqqsa sa l-ammont indikat għal kull wieħed minnhom, kemm-il darba l-prezzijiet ta’ riferiment stabbiliti jew li għad jiġu stabbiliti b’mod konformi ma’ l-Artikolu 19 ta’ Regolament (KEE) Nru 100/76 (1) jiġu mħarsa.



Numru tat-titolu tat-TDK

Deskrizzjoni

Rata tar-riduzzjoni %

03.01

Ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew iffriżat:

 

B.  Ħut tal-ilma mielaħ

1.  Sħiħ, mingħajr ras jew f'biċċiet:

(e)  klieb il-baħar

80

(f)  Hut ahmar (sebastes marinus)

80

(g)  Halibut (Hippoglossus vulgaris, Hippoglossus reinharditus)

80

(h)  Merluzz (Gadus morhua vai Gadus catlarias)

80

(ij)  “Coalfish” (Pollachius vorens vai Gadus virens)

80

(k)  Bakkaljawi

80

(l)  Imsell (Merlangus merlangus)

80

(m)  Tonn

80

(o)  Barbun tat-tbajja

80

(p)  Ħawwad ta' l-ispeci Dentex dentex u Pagellus

80

(q)  Oħrajn

80

Artikolu 4

1.  Għal lumi frisk is-subintestatura 08.02 ex Ċ tat-Tariffa Doganali Komuni, it-tnaqqis fit-tariffa li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 4(3) ta’ l-Anness 6 għall-Protokoll Addizzjonali għandha tkun applikabbli fejn il-kwotazzjonijiet imniżżla dwar is-swieq rappreżentattivi tal-Komunità fil-fażi ta’ l-importatur/grossist, jew mibdul f’dan l-istadju, jibqgħu, għall-prodott in kwistjoni, mill-inqas għoljin daqs il-prezz imfisser fil-paragrafu 4.

Il-kwotazzjonijiet li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu għandu jittieħed konsiderazzjoni tagħhom wara li joħorġu mid-dwana u jitnaqqsu l-imposti ta’ importazzjoni minbarra dazji tad-dwana, l-imposti jkunu dawk stipulati għall-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ dħul li għalih hemm referenza fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 ( 6 ).

Il-prodott in kwistjoni għandu, fejn ikun xieraq, jiġi mibdul għal Klassi ta’ Kwalita I b’mod konformi mat-tielet indentazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

2.  F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-imposti ta’ importazzjoni minbarra dazji tad-dwana li għalihom hemm referenza fit-tielet indent ta’ paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, kemm-il darba l-prezzijiet mogħtija lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jkunu jinkludu l-inċidenza ta’ dawk l-imposti, is-somma li għandha tkun imnaqqsa għandha tkun ikkalkulata mill-Kummissjoni sabiex ikunu evitati diffikultajiet li jistgħu jirriżultaw mill-inċidenza ta’ tali imposti fuq prezzijiet ta’ dħul peress li jkunu jiddependu fuq l-oriġini tal-prodotti kkonċernati. F’dawn il-każijiet kull ammont medju li jikkorrispondi mal-medja aritmetika ta’ bejn l-inqas u l-ogħla inċidenza ta’ tali taxxi għandu jittieħed rendikont f’din il-kalkolazzjoni.

3.  Is-swieq rappreżentattivi għall-iskopijiet ta’ paragrafu 1 huma s-swieq tal-Komunità użati sabiex ikunu mniżżla kwotazzjonijiet fuq liema bażi l-prezzijiet ta’ dħul li għalihom saret referenza għalihom fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 huma kkalkolati.

4.  Il-prezz li għalih saret referenza fil-paragrafu 1 għandu jkun ugwali għal kull prezz ta’ riferiment fis-seħħ matul il-perjodu in kwistjoni, miżjud bl-inċidenza tad-dazji tad-dwana applikabbli għal importazzjonijiet li jkunu ġejjin minn pajjiżi mhux membri u ammont standard ta’ 1 720 unitajiet ta’ kont għal kull 100 kilogramm.

5.  Meta l-kwotazzjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1, wara li joħorġu mid-dwana u jitnaqqsu l-imposti oltre d-dazji tad-dwana, jibqgħu, fis-swieq rapreżentattivi tal-Komunità bl-irħas kwotazzjonijet, inqas mill-prezz iddefinit fil-paragrafu 4 fi tlett ijiem tas-suq konsekuttivi, id-dazji tad-dwana fis-seħħ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pajjiżi mhux membri fid-data ta’ importazzjoni għandhom ikunu applikati għall-prodott ikkonċernat.

Dawn l-arranġamenti għandhom japplikaw sakemm il-kwotazzjonijiet imsemmija jibqgħu, fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità bl-irħas kwotazzjonijet, ta’ l-inqas għoljin daqs il-prezz iddefinit fil-paragrafu 4 fi tlett ijiem konsekuttivi tas-suq.

6.  Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-kwotazzjonijiet imniżżla fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità mogħtija mill-Istati Membri, għandha ssegwi regolarment il-moviment ta’ prezzijiet u għandha taċċerta l-livelli li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 5.

Il-miżuri meħtieġa għandhom ikunu adottati b’mod konformi mal-proċedura ddettata f’Regolament (KEE) Nru 1035/72 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ taxxi kompensatorji għad-dazji fuq frott u ħaxix.

7.  L-Artikoli 23 sa 28 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 għandhom ikomplu japplikaw.

Artikolu 5

1.  Is-segwenti prodotti, li jorġinaw fit-Turkija, għandhom jitħallew fil-Komunità b’dazju tad-dwana ta’ 2.75 % ad valorem fil-limitu ta’ kwota ta’ tariffa annwali ta’ 25 000 tunnellata metrika.



Numru tat-titolu tat-TDK

Deskrizzjoni

08.05

Lewż apparti dawk li jaqgħu taħt l-intestatura nru 08.01friski jew nexfin, bil-qoxra jew le:

ex G.  oħrajn

— Ġellewż

2.  Jekk paragrafu 1 ma japplikax għal sena kalendarja sħiħa l-kwota għandha tinfetaħ fuq bażi pro rata.

▼M15 —————

▼B

Artikolu 11

1.  Għal sardin ippreparat u ppriżervat li jaqa’ taħt subintestatura 16.04 D tat-Tariffa Doganali Komuni u li joriġina fit-Turkija d-dazju tad-dwana fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità għandu jkun imnaqqas b’40 % bla ħsara għall-ħarsien tal-prezzijiet minimi stabbiliti skond dan li ġej.

2.  Sat-30 ta’ Ġunju 1978 l-prezzijiet minimi li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness IV. Il-prezzijiet għall-perjodu li jibda nhar l-1 ta’ Lulju 1978 m’għandhomx ikunu inqas minn dawk speċifikati fl-Anness imsemmi, kif aġġornati bi skambju ta’ ittri bejn il-Partijiet Kontraenti sabiex jagħtu każ ta’ l-andament ta’ prezzijiet għall-prodotti in kwistjoni.

3.  Mill-1 ta’ Lulju 1979 il-prezzijiet minimi li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 għandhom ikunu miftiehma bi skambju ta’ ittri ta’ kull sena bejn il-Partijiet Kontraenti.

4.  It-tnaqqis tad-dazju tad-dwana li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 għandu japplika biss mid-data u għall-perjodi stabbiliti bi skambju ta’ ittri li jiddettaw ir-regoli tekniċi sabex ikun applikat dan l-Artikolu.

Artikolu 12

1.  Għall-prodotti mniżżla taħt li joriġinaw fit-Turkija d-dazju tad-dwana fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità għandhom ikunu mnaqqsa kif ġej, bla ħsara għall-osservanza tat-termini miftiehma bi skambju ta’ ittri.



NNumru tat-titolu tat-TDK

Deskrizzjoni

Rata tar-riduzzjoni %

20.02

Ħaxix ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku;

eż.  Tadam

— konċentrati tad-tadam

30

2.  It-tnaqqis fit-tariffa li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 japplika biss mid-data u għall-perjodi stabbiliti b’skambji ta’ ittri li għandhom ikunu konklużi kull sena bejn il-Partijiet Kontraenti sabiex jistabbilixxu t-termini u regoli ddettaljati.

Artikolu 13

Għall-prodotti elenkati taħt li joriġinaw fit-Turkija d-dazju tad-dwana fuq importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità għandhom ikunu mnaqqsa b’30 % fil-limitu ta’ kwota tal-Komunità ta’ tariffa annwali ta’ 90 tunnellata metrika.



NNumru tat-titolu tat-TDK

Deskrizzjoni

20.06

Frott ippreparat jew ippreżervat mod ieħor, li jikkonsisti miz-zokkor miżjud jew mill-ispirtu jew mingħajr:

B.  Oħrajn:

II.  II Li ma jikkonsistux mill-ispirtu miżjud

(ċ)  Ma hemmx fih zokkor miżjud, f'pakketti immedjati ta' volum nett:

1.  Ta' 4.5 kg jew iżjed

eż aa)  Berquq

— polpa tal-berquq

Artikolu 14

Fejn meħtieġ, għandhom ikunu adottati regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’mod konformi mal-proċedura ddettata fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 jew, skond il-każ, fl-Artikoli korrispondenti f’Regolamenti oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

Artikolu 15

1.  Is-segwenti huma mħassra:

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1233/71 tas-7 ta’ Ġunju 1971 dwar importazzjonijiet ta’ frott taċ-ċitru li jorġina fit-Turkija ( 7 );

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1235/71 tas-7 ta’ Ġunju 1971 dwar importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa mit-Turkija ( 8 );

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2754/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar importazzjonijiet ta’ ċerti ċereali fit-Turkija ( 9 );

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2755/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fit-Turkija ( 10 );

— Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 113/76 tad-19 ta’ Jannar 1976 dwar importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw fit-Turkija ( 11 ).

2.  Referenzi għar-Regolamenti mneħħija taħt paragrafu 1 għandhom ikunu miftiehma li japplikaw għal dan ir-Regolament.

Ċitazzjonijiet u referenzi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Artikoli tar-Regolamenti msemmija għandhom jinqraw b’mod konformi mal-lista ta’ ekwivalenza mogħtija fl-Anness V.

Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Lulju 1977.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Numru tat-titolu tat-TDK

Deskrizzjoni

Rata tar-tnaqqis %

01.01

Żwiemel ħajjin, ħmir, bgħula imħalltin bejn żiemel u ħmara u bejn debba u ħmar:

 

A:Żwiemel:

 

II.Għall-qatla ()

80

02.01

Laħam u fdalijiet ta' l-istess li jistgħu jittieklu li jaqgħu taħt l-intestatura nru 01.01, 01.02, 01.03 jew 01.04, friski, iffriżati jew imkessħin:

 

A:Laħam:

 

Ex.1taż-żwiemel, ħmir, bgħula imħalltin bejn żiemel u ħmara u bejn debba u ħmar:

 

—  Taż-żwiemel:

80

03.01

Ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew iffrizat:

 

B.Ħut ta' l-ilma ħelu:

 

II.Sallura

70

B.Ħut ta' l-ilma mielaħ

 

I.Sħiħ, mingħajr ras jew f'biċċiet:

 

(ċ)Tonn

100

03.02

Ħut, niexef, fil-melħ jew f'ilma mielaħ; ħut skurat, imsajjar jew m'huwiex minn qabel jew waqt il-process tat-tidħin

60

03.03

Krustaċeji u molluski, fil-qoxra jew mingħajr, friski (ħajjin jew mejtin), imkessħin, iffriżati, fil-melħ jew fl-ilma mielaħ; krustaċeji fil-qoxra, sempliċiment moqlija fl-ilma:

 

A.Krustaċeji:

 

I.Awista

100

II.Awista (Homarus sp.p.)

100

III.Granċijiet u awisti ta' l-ilma ħelu

100

IV.Gambli u gambli

100

B:- - -

 

IV.Oħrajn

60

06.01

Basal, tuberi, għeruq tuberużi, basal tal-qasab, klil u riżomi, reqdin li qed jiżviluppaw jew fil-fjura:

 

B.Fl-iżvilupp jew fil-fjura

50

07.01

Ħaxix, frisk jew imkessaħ:

 

E.Chard (jew pitrava taz-zokkor) u karduni

60

F.Ħaxix leguminali, fil-qoxra jew le:

 

II.Fażola (ta' l-ispeci Phaseolus)

 

ex a)Mill-1 t a' Ottubru sat-30 ta' Ġunju

 

—  Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April:

60

ex III.Oħrajn

 

—  Ful kbir (Vicia faba major L.) mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' April

60

ex H.Basal, basal twil u tewm:

 

—  Basal mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

60

N.Żebbuġ:

 

I.Għall-użu apparti mill-produzzjoni taż-żejt ()

60

O.Kappar

60

ex T.Oħrajn:

 

—  Brunġiel, mill-15 ta' Jannar sat-30 ta' April:

60

—  Qargħa aħmar jew qargħa u qargħa bagħli żgħir, mill-1 ta' Diċembru sa l-aħħar ġurnata ta' Frar

60

—  Karfus fil-forma ta' stikek, mill-15 ta' Jannar sat-30 ta' April:

60

—  Tursin

50

07.03

Ħaxix, proviżjonalment ippreżervat fis-salmura, f'ilma bil-kubrit jew f'taħlita oħra preżervattiva, iżda mhux ippreparati speċjalment għall-konsum immedjat:

 

N.Żebbuġ:

 

I.Għall-użu apparti mill-produzzjoni taż-żejt ()

60

B.Kappar

60

07.04

Ħaxix niexef, mingħajr ilma jew evaporat, sħiħ, imqatta' f'biċċiet imkisser jew fi trab, imma mhux ippreparat aktar:

 

A.Basal

16 1/2

ex B.Oħrajn:

 

—  Tewm

12 1/2

07.05

Ħaxix niexef leguminali, fil-qoxra, imqaxxar jew mhux jew maqsum:

 

A.għat-tiżriegħ:

 

ex I.Piżelli (bl-inklużjoni taċ-ċiċri) u ful (jew l-ispeċi Phaseolus):

 

—  Piżelli

60

II.Lentilli:

80

ex III.Oħrajn

 

—  Ful twil u ta' l-għelieqi

60

08.02

Frott ċitru, frisk jew niexef

 

ex A.Larinġ:

 

—  Frisk

60

ex B.Mandolina (bl-inklużjoni ta' tanġerin u satsumas), klementini, wilkings u tipi oħra ta' frott taċ-ċitru mħallat

 

—  Frisk

60

D:Lumi Larinġ

80

08.03

Tin, frisk jew iffriżat

 

A.Frisk

60

08.04

Għeneb, frisk jew niexef:

 

A.Frisk:

 

I.Tabella ta' l-għeneb:

 

ex a)Mill-1 ta' Novembru sa l-14 ta' Lulju

 

—  Mill-15 ta' Novembru sat-30 ta' April

60

08.05

lewż apparti minn dawk li jaqgħu taħt it-titolu nru 08.01, friski jew nexfin, fil-qoxra jew mingħajr:

 

D.Pistaċċi

60

E.Pecans

60

ex G.Oħrajn:

 

—  Żerriegħa tal-Pin:

60

08.06

Tuffieħ, lanġas u sfarġeli, friski:

 

Ċ.Sfarġel.

60

08.07

Frott tal-ġebel, friski:

 

D.Għanbaqar

 

ex II.Mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Ġunju

 

—  Mill-1 ta' Mejju sal-15 ta' Ġunju

60

ex 08.09

Frott ieħor, frisk:

 

—  Bettieħ, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju

50

—  Dulliegħ, mill-1 ta' April sal-15 ta' Ġunju

50

08.12

Frott, niexef, apparti minn dawk li jaqgħu taħt it-titoli numri 08.01, 08.02, 08.03, 08.04 jew 08.05.

 

A.Berquq

75

B.Ħawħ, li jinkludi nuċiprisk

60

D.Tuffieħ u lanġas

60

E.Papaws

60

F.Insalata tal-Frott:

 

1.Li ma jikkonsistix mill-pruna

60

G.Oħrajn:

60

12.03

Żerriegħa, frott u spori, tat-tip użat għaż-żriegħ.

 

A.Żerriegħa tal-pitrava ()

30

Ċ.Ħaxix u żerriegħa oħra erbali:

 

ex I.Żerriegħa ta' l-Għasluġ tal-Meadow (Festuca pratensis); żerriegħa tal-ġulbiena; żerriegħa tat-tip Poa (Poa palustris, Poa trivalis, Poa pratensis); sikrana (Loltum perenne, Lolium multiforum) ħaxix tat-timothy (Pleum pratense), Għasluġ aħmar (Festuca rubra); ħaxix tal-cocksfoot (Dactylis glomerata); ħaxix mgħawweġ (Agrostis):

 

—  Żerriegħa tal-ġulbiena ()

50

16.04

Ħut ippreparat jew ippreżervat, bl-inklużjoni ta' sostitwenti tal-kavjar:

 

ex F.Bonito (Sarda sp.p.), kavall u inċova

 

—  Bonito (Sarda sp.p.) u kavall

16

16.05

Krustaċeji u Molluski, ippreparati jew ippreżervati

60

20.01

Ħaxix u frott, ippreparat jew ippreżervat b'mod differenti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, biz-zokkor jew mingħajru, irrispettivament ta' jekk ikunxfihom melħ, ħwawar jew mustarda;

 

ex B.Oħrajn:

 

—  bl-esklużjoni tal-ħjar żgħir

60

20.02

Ħaxix ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku;

 

ex Ċ.Tadam:

 

—  Tadam imqaxxar

30

D.Asparagu

20

F.Kappar u żebbuġ

70

G.Piżelli, ful fil-fesdaq

20

ex H.Oħrajn, li jinkludi fih it-taħlitiet:

 

—  Bl-esklużjoni ta' karrotti u taħlitiet

60

—  Karrotti, bl-esklużjoni tat-taħlitiet

20

—  Taħlitiet tat-“turlu” li jikkonsistu minn ful Franċiż, brunġiel, qargħa bagħli żgħir u tipi varji oħra ta' ħaxix

50

20.05

Ġelatina ta' ġamm tal-frott, marmellata, krema tal-frott u għaġina tal-frott, li jkunu preparazzjonijiet imsajra, irrispettivament ta' jekk jikkonsistux miz-zokkor jew le:

 

Ċ.Oħrajn

 

ex III.Oħrajn:

 

—  Krema tat-tin

60

20.06

Frott ippreparat jew ippreżervat mod iehor, li jkun fih jew ma jkunx fih zokkor miżjud jew mill-ispirtu:

 

A.Lewż (bl-inklużjoni tal-ġewż), imsajjrin fil-forn

60

B.Oħrajn:

 

II.Li ma jikkonsistux mill-ispirtu miżjud:

 

(ċ)Mhux konsistenti miz-zokkor miżjud, f'pakketti immedjati ta' volum nett ta' iktar minn kilogramm wieħed:

 

2.Segmenti tal-Lumi larinġ:

80

7.Ħawħ u Berquq:

 

ex aa)Bil-kontenut taz-zokkor li jeċċedi 13 % bil-piż:

 

—  Berquq

20

ex bb)Oħrajn:

 

—  Berquq

20

ex 8.Frott ieħor:

 

—  Lumi larinġ

80

(b)Mhux konsistenti miz-zokkor miżjud f'pakketti immedjati ta' volum nett ta' kilogramm wieħed jew inqas:

 

2.Segmenti tal-Lumi larinġ

80

ex 8.Frott ieħor:

 

—  Lumi larinġ

80

(ċ)Konsistenti miz-zokkor miżjud, f'pakketti immedjati ta' volum nett:

 

1.ta' 4.5 kg jew iżjed:

 

ex aa)Berquq:

 

—  Nofsiet tal-berquq

20

ex dd).Frott ieħor:

 

—  Lumi larinġ

80

2.Ta' inqas minn 4.5 kg;

 

ex bb)Frott ieħor u taħlitiet tal-frott:

 

—  Lumi larinġ

80

20.07

Sugu tal-frott (li jinkludi nbid ġdid ta' l-għeneb) u sugu tal-ħaxix, irrispettivament ta' jekk għandhomx zokkor miżjud jew m'għandhomx, iżda mhux iffermentati u mhux konsistenti mill-ispirtu:

 

A.Ta' piż speċifiku li jeċċedi 1.33 fi 15oC:

 

III.Oħrajn:

 

ex a)Ta' valur li ma jaqbiżx 30 u.a. kull 100 kg piż nett

 

—  Lumi larinġ

70

ex b)Ta' valur li ma jaqbiżx 30 u.a. kull 100 kg piż nett

 

—  Lumi larinġ

70

B.Ta' piż speċifiku ta' 1.33 fi 15oC:

 

II.Oħrajn:

 

ex a)Ta' valur li ma jaqbiżx 30 u.a. kull 100 kg piż nett

 

2.Lumi larinġ

70

ex b)Ta' valur li ma jaqbiżx 30 u.a. kull 100 kg piż nett

 

2.Lumi larinġ

70

(1)   Dħul taħt din is-sub-intestatura huwa soġġett għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

(2)   Din il-konċessjoni tapplika biss fir-rigward taż-żrar b'mod konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttivi dwar il-kummerċ taż-żrar u pjanti.

(3)   Din il-konċessjoni tapplika biss għaż-żrar kummerċjali skond it-tisfira ta' l-Artikolu 2 D tad-Direttiva tal-Kunsill numru 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 (ĠU C 125, 11.7.1966).




ANNESS II

Dazji minimi fuq ir-residwi li jistgħu jiġu applikati taħt il-kondizzjonijiet ta’ l-artikolu 1(2)



I.  DANIMARKA

Tariffi Doganali tad-Danimarka taħt it-titolu Nru.

Deskrizzjoni

Ir-rata tad- dazju ta' l-1.1.1977

1

2

3

08.02

Frott ċitru, frisk jew niexef

 

A.Larinġ:

 

I.Larinġ ħelu, frisk:

 

(a)Mill-1 sat-30 ta' April:

2,6 %

(b)Mill-1 t sal-15 ta' Mejju

1,2 %

(ċ)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottubru

0,8 %

(d)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Marzu

4 %

II.Oħrajn:

 

ex a)Mill-1 ta' April sal-15 ta' Ottubru:

 

—  - Frisk

3 %

ex b)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Marzu

 

—  Frisk

4 %

ex B.Mandolin (li jinkludu tanġerin u satsumas); klementini, wilkings u frott ieħor ibridu taċ-ċitru ibridi bħal dan

 

I.Frisk

4 %



II.  L-IRLANDA

Tariffi Doganali tad-Danimarka taħt it-titolu Nru.

Deskrizzjoni

Ir-rata tad- dazju ta' l-1.1.1977

1

2

3

03.02

Frott ċitru, frisk jew niexef

 

A.Larinġ:

 

I.Larinġ ħelu, frisk:

 

(a)Mill-1 sat-30 ta' April:

2,6 %

(b)Mill-1 t sal-15 ta' Mejju

1,2 %

(ċ)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottubru

0,8 %

(d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu

4 %

II.Oħrajn:

 

ex a)Mill-1 ta' April sal-15 ta' Ottubru:

 

1.Frisk

3 %

ex b)Mis-16 ta' Ottubru sat-31 ta' Marzu

 

1.Frisk

4 %

ex B.Mandolin (li jinkludi tanġerin u satsumas); klementini, wilkings u frott ieħor ibridu taċ-ċitru bħal dan:

 

I.Frisk

4 %



III.  IR-RENJU UNIT

Tariffi Doganali tad-Danimarka taħt it-titolu Nru.

Deskrizzjoni

Ir-rata tad- dazju ta' l-1.1.1977

08.02

Frott ċitru, frisk jew niexef

 

A.Larinġ:

 

I.Larinġ ħelu, frisk:

 

(a)Mill-1 sat-30 ta' April:

2,6 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg

(b)Mill-1 t sal-15 ta' Mejju

1,2 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg

(ċ)Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Ottubru

0,8 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg

(d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu

 

1.Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru

4 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg

2.Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Marzu

4,4 %

II.Oħrajn:

 

(a)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru

 

1.Friska

3 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg

(d)Mis-16 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu:

 

1.Friska

 

(aa)Mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru

4 % ar minimali maksu 0,0688/100 sterlina per kg

(bb)Mill-1 ta' Dicembru sal-31 ta' Marzu

4,4 %

B.Mandolina (bl-inklużjoni tat-tanġerin u satsumas): Klementini, wilkings u frott ieħor taċ-ċitru bħal dan imħallat:

 

I.Frisk

 

(a)Mill-1 ta' April sat-30 ta' Novembru

4 % bil-prezz minimu ta' 0,0688/100 sterlina kull kg

(b)Mill-1 ta' Dicembru sal-31 ta' Marzu

4,4 %




ANNESS III



Tariffi Doganali tad-Danimarka taħt it-titolu Nru.

Deskrizzjoni

Ir-rata tad- dazju ta' l-1.1.1977

19.03

Makaroni, spaghetti u prodotti bħal dawn

75

21.07

Preparazzjonijiet ta' ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor:

 

A.Ċereali fil-qamħa jew fil-forma tal-widna, imsajjar minn qabel jew ippreżervat x'imkien ieħor

50

E.– Fondues tal-ġobon

50

F.Oħrajn:

 
 

exI b) 2 cc)

 
 

ex I c) 2 cc)

—  Qamħirrum imfarrak, imsajjar bil-pressjoni fl-ilma, li jkun fih estratt tax-xgħir, zokkor u melħ, intiż għall-użu bħala prodott bejjien fil-manifattura tal-biċċiet tal-cornflakes u preparazzjonijiet bħal dawn

50

ex I a) 2 bb)

 
 

ex I a) 2 cc)

—  Prodotti magħrufa bħala “Bulgur barli” midħun tal-qamħ bħal parzjalment imqaxxar, qamħ ta' l-art imħaxxen bi kwantità żgħira tal-qalba tal-qamħ, li ġew imsajrin minn qabel

50

exI a) 2 aa)

 
 

exI a) 2 bb)

 
 

exI b) 2 aa)

 
 

ex I b) 2 bb)

—  Patata helwa għall-konsum uman, ippreparata jew ippreżervata b'mod iehor milli biz-zokkor jew bil-ġulepp

50

exI e) 1

 
 

exI e) 2

 
 

ex I f)

—  Preparazzjonijiet ta' l-ikel li jikkonsistu minn għasel naturali miżjud bil-ġelatina rjali

50




ANNESS IV

sat-30 ta’ Ġunju 1978)



Daqs

Kwantità netta

Piż semi-grossa

Kapaċità/volum

Koeffiċjenti

Prezzijiet minimi (dazji tad-dwana inklużi) f' u.k., kull kartuna ta' 100 landa

Speċifikazzjonjiet tal-Kummerċ

It-Tul Totali (mm)

Uqijiet

Grammi

Grammi

ċm3

 

Il-Komunità:

Fiż-żejt taż-żebbuġ

oħrajn

Bażi rettangolari:

 
 
 
 
 
 
 
 

1/10 debbuża

20

2

56

95

53

0,60

11,70

10,80

1/8 debbuża

25

23/4

80

120

75

0,70

13,65

12,60

1/4 imnaqqas

18

25/8

74

130

73

0,77

15,02

13,86

1/8 debbuża

30

31/4

90

140

93

0,80

15,60

14,40

1/4 speċjali

25

31/6

90

140

90

0,85

16,58

15,30

1/8 Roqgħa baxxa

24

33/8

95

145

96

0,90

17,55

16,20

1/4 debbuża

30

43/8

125

190

125

 
 
 

1/8 P 25

 
 
 

176

125

 
 
 
 
 
 
 
 
 

1,00

 
 

1/4 normali

22

33/4

105

180

106

 

19,50

18,00

1/8 (debbuża 30)

 
 
 

188

130

 
 
 

1/4 normali

24

43/8

125

195

125

1,10

21,45

19,80

1/4 normali

30

51/4

150

240

169

 
 
 

1/4 debbuża

40

61/4

175

250

178

1,30

25,35

23,40

1/4 P 30

 
 
 

250

187

 
 
 

1/4 Amerikan

30

7

200

300

207

1,60

31,20

28,80

1/4 normali

40

91/4

260

326

250

 
 
 

1/3/P

 
 
 

337

250

1,80

35,10

32,40

1/4 debbuża twila

40

83/4

248

320

241

 
 
 

1/2 baxxa

30

91/4

260

370

245

2,20

42,90

39,60

1/4 normali twila

40

111/2

325

423

313

2,50

48,75

45,00

1/4 normali

48

11

310

390

297

2,60

50,70

46,80

1/2 kbira

40

111/2

325

460

330

 
 
 
 
 
 
 
 
 

2,70

52,65

48,60

1/2 P

 
 
 

476

375

 
 
 

1/1

 
 
 

902

750

 
 
 
 
 
 
 
 
 

4,65

90,68

83,70

4/4

80

271/2

780

950

771

 
 
 

Bażi rettangolari:

 
 
 
 
 
 
 
 

1/2 ovali

40

15

425

555

452

3·40

66·30

61·20

(Mill-1 ta’ Lulju 1978 sat-30 ta’ Awissu 1979)



Daqs

Kwantità netta

Piż semi-gross

Kapaċità/volum

Koeffiċjenti

Prezzijiet minimi (dazji tad-dwana inklużi) f’u.k., kull kartuna ta’ 100 landa

Speċifikazzjonjiet tal-Kummerċ

It-Tul Totali (mm)

Uqijiet

Grammi

Grammi

cm3

 

Il-Komunità

Fiż-żejt taż-żebbuġ

oħrajn

Bażi rettangolari:

 
 
 
 
 
 
 
 

1/10 debbuża

20

2

56

95

53

0,60

12,30

11,40

1/8 debbuża

25

23/4

80

120

75

0,70

14,35

13,30

1/4 imnaqqas

18

25/8

74

130

73

0,77

15,79

14,63

1/8 debbuża

30

31/4

90

140

93

0,80

16,40

15,20

1/4 speċjali

25

31/6

90

140

90

0,85

17,43

16,15

1/8 Roqgħa baxxa

24

33/8

95

145

96

0,90

18,45

17,10

1/4 debbuża

30

43/8

125

190

125

 
 
 

1/8 P 25

 
 
 

176

125

 
 
 
 
 
 
 
 
 

1,00

 
 

1/4 normali

22

33/4

105

180

106

 

20,50

19,00

1/6 (debbuża 30)

 
 
 

188

130

 
 
 

1/4 normali

24

43/8

125

195

125

1,10

22,55

20,90

1/4 normali

30

51/4

150

240

169

 
 
 

1/4 debbuża

40

61/4

175

250

178

1,30

26,65

24,70

1/4 P 30

 
 
 

250

187

 
 
 

1/4 Amerikan

30

7

200

300

207

1,60

32,80

30,40

1/4 normali

40

91/4

260

326

250

 
 
 

1/3 P

 
 
 

337

250

1,80

36,90

34,20

1/4 debbuża twila

40

83/4

248

320

241

 
 
 

1/2 baxxa

30

91/4

260

370

245

2,20

45,10

41,80

1/4 normali twila

40

111/2

325

423

313

2,50

53,30

49,40

1/4 normali

48

11

310

390

297

2,60

53,30

49,40

1/2 kbira

40

111/2

325

460

330

 
 
 
 
 
 
 
 
 

2,70

 
 

1/2 P

 
 
 

476

375

 

55,35

51,30

1/1

 
 
 

902

750

 
 
 
 
 
 
 
 
 

4,65

 
 

4/4

80

271/2

780

950

771

 

95,33

88,35

Bażi rettangolari:

 
 
 
 
 
 
 
 

1/2 ovali

40

15

425

555

452

3,40

69,70

64,60




ANNESS V

TABELLA TA’ L-EKWIVALENZA



Regolament (KEE) Nru 1233/71

Dan ir-Regolament

Artikolu

Artikolu

1.

4. (1) (1)

2. (1)

4. (1)

2. (2) l-ewwel sub-paragrafu

4. (2)

2. (2) it-tieni sub-paragrafu

14.

2. (3)

4. (3)

3.

4. (4)

4.

4. (5)

5.

4. (6)

6.

4. (7)

Regolament (KEE) Nru 2754/75

Dan ir-Regolament

Artikolu

Artikolu

1.

6.

2.

7. (1)

3.

7. (2)

4.

14.

Regolament (KEE) Nru 2755/75

Dan ir-Regolament

Artikolu

Artikolu

2.

8.

3.

2.

4.

5. (2)

Anness II.

Anness II.

Regolament (KEE) Nru 113/76

Dan ir-Regolament

Artikolu

Artikolu

1.

Artikolu 1(1) u Anness I (3)

(1)   Japplika biss għal-lumi li jaqa' taħt is-subintestatura 08.02 ex C tat-Tarriffi Doganali Komuni.

(2)   Din l-ekwivalenza tapplika biss għall-kwantità tal-21 700 tomniet ta' prodotti li jaqgħu taħt is-subartikolu ex 08.05 G tat-Tarriffi Doganali Komuni.

(3)   Din l-ekwivalenża tapplika biss fir-rigward tal-prodotti indikati fl-Artikolu korrispondenti tar-Regolamenti rtirati.



( 1 ) ĠU C 118, tas-16.5.1977, p. 68.

( 2 ) ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

( 3 ) ĠU L 93, tat-8.4.1976, p. 6.

( 4 ) ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1.

( 5 ) ĠU L 354, ta' l-24.12.1976, p. 1.

( 6 ) ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 1.

( 7 ) ĠU L 130, tas-16.6.1971, p. 51.

( 8 ) ĠU L 130, tas-16.6.1971, p. 55.

( 9 ) ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 95.

( 10 ) ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 97.

( 11 ) ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 55.