02016R2261 — MT — 13.08.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2261

tal-15 ta' Diċembru 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tar-ram(I) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 342 16.12.2016, p. 18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1039 tat-23 ta' Lulju 2018

  L 186

3

24.7.2018




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2261

tal-15 ta' Diċembru 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tal-ossidu tar-ram(I) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut ta' Cu f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: komposti ta' oligoelementi

3b412

—

Ossidu tar-ram(I)

Karaterizzazzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' ossidu tar-ram(I) ma'

— kontenut mimimu ta' ram ta' 73 %,

— Linjosulfonati tas-sodju bejn 12 % u 17 %,

— 1 % ta' Bentonit.

Granulat bil-partiċelli < 50 μm: Taħt l-10 %

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ossidu tar-ramm(I)

Formula kimika: Cu2O

Numru CAS: 1317-39-1

Metodi analitiċi (1)

Għall-identifikazzjoni tas-Cu2O fl-addittiv:

— Diffrazzjoni bir-raġġi X (XRD).

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fl-addittiv:

— Titrimetrija; jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510;

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510 jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15621

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut totali ta' ram fil-materjali tal-għalf u fil-komposti tal-għalf:

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009; jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15621.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

►M1  Bovini:

— Bovini qabel il-bidu tar-ruminazzjoni: 15 (totali)

— Bovini oħra: 30 (totali)

Ovini: 15 (totali)

Kaprini: 35 (totali)

Ħnienes:

— miftuma u mhux miftuma sa erba' ġimgħat wara l-ftim: 150 (totali)

— mill-ħames ġimgħa wara l-ftim sa tmien ġimgħat wara l-ftim: 100 (totali)

Krustaċji: 50 (totali)

Annimali oħra: 25 (totali) ◄

(1)  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

(2)  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn Meta dawk ir-riskju ma jistgħux jiġu eliminati jew mnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittivi u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

(3)  Il-kliem li ġej għandu jiddaħħal fit-tikkettar:

— Għall-għalf tan-nagħaġ jekk il-livell tar-ramm fl-għalf jaqbeż l-10 mg/kg:

— 

“Il-livell tar-ram f'dan il-għalf jista' jikkawża l-avvelenar f'ċerti razez tan-nagħaġ.”

— Għall-għalf tal-bovini wara l-bidu tar-ruminazzjoni jekk il-livell tar-ram fl-għalf ikun anqas minn 20 mg/kg:

— 

“Il-livell tar-ram f'dan il-għalf jista' jikkawża defiċjenzi tar-ram fil-mergħat fejn jirgħu il-bovini b'kontenuti għoljin ta' molibdenum jew ta' kubrit.”

Il-5 ta' Jannar 2027

(1)   Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu disponibbli fuq l-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.