|
31.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/872
tat-28 ta’ Mejju 2021
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2020
(notifikata bid-dokument C(2021) 3686)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 131 u 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mir-Renju Unit, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja kkonċernata. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2020, bl-għan li l-perjodu ta’ referenza għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jiġi allinjat ma’ dak tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mir-Renju Unit bejn is-16 ta’ Ottubru 2019 u l-15 ta’ Ottubru 2020, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2). |
|
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jipprevedi li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand ir-Renju Unit jew ikunu pagabbli lilu, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti billi l-pagamenti intermedji għas-sena finanzjarja kkonċernata jitnaqqsu min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena f’konformità mal-Artikolu 33(1).Il-Kummissjoni trid tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss, jew iżżidu miegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottometta r-Renju Unit u kkomunikat ir-riżultati tal-kontrolli tagħha lir-Renju Unit, flimkien mal-emendi meħtieġa. |
|
(5) |
Għall-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency”, il-kontijiet annwali u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi. |
|
(6) |
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li l-pagamenti intermedji jridu jsiru mingħajr ma jinqabeż il-kontribut totali pprogrammat tal-FAEŻR. Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, meta t-total ikkombinat tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jaqbeż il-kontribut totali pprogrammat għal programm tal-iżvilupp rurali, l-ammont li jrid jitħallas għandu jiġi llimitat għall-ammont ipprogrammat, mingħajr ħsara għal-limitu stipulat fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. L-ammont limitat ikun soġġett għal rimborż aktar tard mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tal-pjan finanzjarju emendat, jew mal-għeluq tal-perjodu tal-programmazzjoni. |
|
(7) |
F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-regoli dwar l-iskadenzi tal-pagamenti għall-miżuri fi ħdan l-iżvilupp rurali fil-kuntest tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll japplikaw mis-sena tat-talba 2019. It-tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 5a tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (3), isegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 40 u 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u għandu jitqies f’din id-Deċiżjoni għas-sena finanzjarja 2020. Fejn xieraq, dan it-tnaqqis jista’ jiġi eżaminat, skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Renju Unit jenħtieġ li jħallas 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistipula li flimkien mal-kontijiet annwali li jrid jissottometti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, ir-Renju Unit irid jehmeż tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu minnu skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tar-Renju Unit li jirrappurta l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li r-Renju Unit irid juża biex jipprovdi l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba’ snin jew tmien snin rispettivament, abbażi tat-tabelli li r-Renju Unit ikun mela. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġġustifikati kif xieraq, ir-Renju Unit jista’ jiddeċiedi li ma jsegwix l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li x’aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rrikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba ta’ rkupru, jew fi żmien tmien snin qabel ma jitressaq l-irkupru quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru jenħtieġ li jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom ir-Renju Unit iddeċieda li ma jsegwix l-irkupru u l-bażi li fuqha jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu jinsabu fir-rapport ta’ sinteżi msemmi fl-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 flimkien mal-punt (c)(iv) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 102(1) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li t-tali ammonti ma jitħallsux mir-Renju Unit iżda jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni minflok. |
|
(10) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tqis ukoll l-ammonti li għad iridu jitħallsu mir-Renju Unit minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 b’rabta mal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-FAEŻR bejn l-2007 u l-2013. |
|
(11) |
F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency” huma b’dan approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fir-rigward tas-sena finanzjarja 2020 u b’rabta mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand ir-Renju Unit jew li jistgħu jitħallsu lilu fi ħdan kull wieħed mill-programmi tal-iżvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
L-ammonti li jridu jitħallsu mir-Renju Unit minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014 sal-2020 u għall-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2007 sal-2013 għall-FAEŻR, huma stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
It-tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti f’konformità mal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fi ħdan kull programm tal-iżvilupp rurali huwa stabbilit fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
(3) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
ANNESS I
Nefqa tal-FAEŻR approvata mill-programm tal-Iżvilupp Rurali għas-sena finanzjarja 2020
Ammont li jiġi rkuprat mingħand ir-Renju Unit jew li jitħallas lilu għal kull programm
Programmi approvati bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR 2014-2020
|
F’Euro |
||||||||
|
|
CCI |
Nefqa 2020 |
Korrezzjonijiet |
Totali |
Ammonti mhux riutilizzabbli |
Ammont aċċettat approvat għas-SF 2020 |
Pagamenti interim rimborżati lir-Renju Unit għas-sena finanzjarja |
Ammont li jrid jiġi rkuprat (-) mir-Renju Unit jew imħallas lilu (+) |
|
|
|
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii - iv |
vi |
vii = v - vi |
|
UK |
2014UK06RDRP001 |
529 807 924,15 |
0,00 |
529 807 924,15 |
0,00 |
529 807 924,15 |
529 808 201,17 |
- 277,02 |
|
UK |
2014UK06RDRP002 |
25 812 674,15 |
0,00 |
25 812 674,15 |
0,00 |
25 812 674,15 |
25 814 264,57 |
-1 590,42 |
|
UK |
2014UK06RDRP003 |
126 330 959,43 |
- 118 133,55 |
126 212 825,88 |
0,00 |
126 212 825,88 |
127 283 254,57 |
-1 070 428,69 |
|
UK |
2014UK06RDRP004 |
83 277 004,77 |
0,00 |
83 277 004,77 |
0,00 |
83 277 004,77 |
83 277 005,89 |
-1,12 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS II
Approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti
Sena finanzjarja 2020 - FAEŻR
Korrezzjonijiet skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 1306/2013
|
|
|
Korrezzjonijiet marbutin mal-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2014-2020 |
Korrezzjonijiet marbutin mal-Perjodu ta’ Programmazzjoni 2007-2013 |
||
|
|
Munita |
F’munita nazzjonali |
F’Euro |
F’munita nazzjonali |
F’Euro |
|
UK |
GBP |
1 249,48 |
0,00 |
57 807,72 |
0,00 |
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS III
Approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti
Sena finanzjarja 2020 - FAEŻR
Tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti skont l-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013
|
F’Euro |
||
|
|
CCI |
Tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenzi għall-pagamenti għas-SF 2020 |
|
|
|
|
|
UK |
2014UK06RDRP001 |
0,00 |
|
UK |
2014UK06RDRP002 |
0,00 |
|
UK |
2014UK06RDRP003 |
0,00 |
|
UK |
2014UK06RDRP004 |
0,00 |