7.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 386/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1907, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 386/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, issovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1907 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, issovranità u l-indipendenza tal-Ukrainak (3) if implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi jridu jirrapportaw, qabel l-1 ta' Settembru 2022 jew fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema tkun l-aktar reċenti, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni tal-UE li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

L-informazzjoni li trid tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 (5).

L-obbligu ta' rappurtar skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 ma japplikax qabel l-1 ta' Jannar 2023 fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li jinsabu fi Stat Membru li kien stabbilixxa obbligu ta' rappurtar simili skont id-dritt nazzjonali qabel il-21 ta' Lulju 2022.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU LI 259, 6.10.2022, p. 98).

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU LI 259, 6.10.2022, p. 79.

(5)  L-aħħar verżjoni kkonsolidata disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02014R0269-20220916&qid=1664886241141